Joseph Serracino writes about Italian Composer Giuseppe Verdi

Giuseppe Verdi hu meqjus bhala l-aqwa kompozitur ta’ l-opra Taljana.  Fis-27 ta’ Jannar 2009, f’bosta teatri madwar id-dinja kif ukoll fuq il-media internazzjonali gie mfakkar il-mitt anniversarju mill-mewt ta’ dan il-kompozitur kbir Taljan, li matul hajtu mhux biss ferrah u henna miljuni ta’ nies bil-genju muzikali tieghu izda sahansitra rnexxielu jnissel ukoll spirtu patrijottiku fil-poplu Taljan.

Written by Joseph Serracino

 
 
 

Guiseppe Fortunato Francesco Verdi twieled fit-8 ta’ fil-ghodu fis-10 ta’ Ottubru 1813 go villagg ckejken Le Roncole gewwa Parma qrib il-belt ta’ Busseto minn genituri rahhala. Missieru Carlo kien dvernar waqt li ommu Luisa kienet ghazziela tas-suf. Sa minn ckunitu Giuseppe wera li kellu talenti muzikali kbar tant, li nsibu, li ta’ ghaxar snin kien diga' assistent organista fi knisja zghira fl-istess lokal, u ta’ 13-il sena lahaq assistent direttur ta’ l-orkestra ta’ Bussetto u organista tal-knisja tal-belt . Meta Giuseppe gieh ic-cans biex japplika biex jidhol fil-konservatorju biex ikompli l-istudji tieghu, it-talba tieghu giet michuda mid-dirigenti tal-konservatorju ghaliex deherilhom li l-eta tieghu kienet qabzet dik stipulata fir-regoli tal-konservatorju.

Izda dan ir-rifjut ma qatax qalb iz-zaghzugh u kompla jistudja. Jista’ jkun li kieku Giuseppi Verdi ma sabx l-ghajnuna kbira tan-negozjant Antonio Barezzi li kien jemmen fil-kapacita' taz-zaghzugh u ghenu finanzjarjament f’dawk iz-zminijiet difficli, kieku seta’ qata’ qalbu u medd rasu ghal xi xoghol iehor, izda Giuseppi kien determinat li jkompli jistudja sakemm finalment jikseb is-success li tant xtaq.

Verdi zzewweg lil Margerita Barezzi fl-4 ta’ Mejju 1836. Kellhom zewgt itfal u t-tnejn mietu taht is-sentejn. Virginia Maria Luigia twieldet fis-26 ta’ Marzu 1837 u mietet f’Awissu ta’ l-1838 waqt li huha Icilio li twieled fil-11 ta’ Lulju 1838 miet f’Ottubru 1839. Ironikament, f’dan il-perijodu ta’ niket Verdi kkompona l-ewwel opra tieghu  ‘Oberto, Conte di San Bonifacio’ li giet ipprezentata fit-Teatru La Scala ta’ Milan fl-1839. Sadanittant Giuseppe gie mitlub biex jikkomponi opra buffa ‘Un Giorno di Regno’, izda l-mewt ta’ martu Margerita f’Mejju ta’ l-1840 tatu gewwa, u peress li ma setax jikkoncentra bizzejjed, din il-opra ma kisbitx success, tant li l-kritici ta’ l-opra jqisuha bhala fjask.  Verdi ddiskriva hekk din it-tragedja lil siehbu Giulio Ricordi ‘l-isfortuni grew warajja. Fil-bidu ta’ April it-tifel marad u miet fi hdan ommu. Ftit tal-jiem wara, it-tfla mardet u lil din ukoll tlifniha. Fl-ewwel jiem ta’ Gunju 1840, it-tielet tebut nhareg minn dari, din id-darba ta’ marti’  

In-nuqqas tas-success mixtieq u l-imwiet ta’ martu u wliedu tefa’ f’bahar ta’ hemm lil Verdi tant, li wasslu biex ihassar il-kuntratt li kellu mat-Teatru La Scala u qataghha li jieqaf jikkomponi, izda l-imprezjarju Merilli pperswadih jikkomponi opra ohra u tah il-librett ta’ Nabuccodonasor, maghrufa aktar bhala ‘Nabucco’. Hafna snin wara, f’konversazzjoni ma’ siehbu Giulo Ricordi, Verdi ftakar f’dak l-episodju:
‘Merilli sforzali l-librett f’idejja, irrumblajtu u tlaqt lejn id-dar. Kif dhalt gewwa tfajt il-librett fuq il-mejda u bqajt bilwieqfa nhares lejh jirrombla bil-mod il-mod fuq il-mejda sakemm waqa’ fl-art. Mal-waqgha nfetah, u hekk kif grabtu mill-art harsti waqghet fuq il-vers ‘Va pensiero, sull’ ali dorate’ Kif bdejt naqra l-versi hassejti nemozzjona ruhi ghax intbaht li kien il-paragrafu mill-bibja li jien kont tant inhobb naqra. Emminni, fi ftit hin qrajt il-poema ghal darba, tnejn, u  sa filghodu stajt nghid li kont naf il-librett ta’ Solero bl-amment mill-bidu sa l-ahhar.’

Hafna huma tal-fehma li Verdi ha l-librett aktar biex jikkuntenta lil Merilli, izda t-talba tal-poplu Lhudi ‘l Alla biex jehlishom mill-ezilju hassha tqanqlu mill-gdid u l-ispirtu muzikali rega’ tqanqal fih u ha pussess minnu. F’inqas minn sentejn Verdi kkompona n-Nabucco li llum hi meqjusa mhux biss bhala wahda mill-isbah opri tieghu, izda li bil-hila taghha rnexxielu jnissel ukoll spirtu patrijottiku f’qalb il-poplu Taljan. Is-success enormi ta’ din l-opra stimulat lil Verdi, u z-zewg opri ta’ warajha l Lombardi alla Prima Crociata’ u ‘Ernani’ ghollewh fuq pedistall li kien jixraqlu u sar l-idolu tal-poplu Taljan. Kien zmien meta s-sitwazjoni politika fl-Italja kienet imwieghra hafna! Hafna mill-istati Taljani kienu taht il-hakma barranija u ghalhekk lil Verdi bdew iqisuh bhala eroj. Kien zmien ukoll meta madwar l-Italja kollha beda jinhass l-ispirtu ta’ l-ghaqda nazzjonali u ghall-ewwel darba fuq il-hitan tal-belt ta’ Napli bdew jidhru l-kliem ‘Viva Verdi’ li fil-fatt din il-frazi famuza kienet tfisser ‘Vittorio Emanuele, Re d’Italia’ bhala turija ta’ l-appogg kbir lir-Re Taljan ghall-ghaqda ta’ l-Italja.

Bejn l-1844 sa l-1850 Verdi kkompona mhux inqas minn ghaxar opri fejn il-kapacita' muzikali u l-maturita' tieghu lahqet l-ghola livell taghha fl-opri  ‘Macbeth’ (1847), ‘Luisa Miller’ (1849) u ‘Stiffelio’ (1850). Fis-sentejn ta’ wara Verdi kkompona tliet opri ohra ‘Rigoletto’ (1851), ‘Il Trovatore’ (1853) u ‘La Traviata’ (1853) li hafna iqishom bhala l-aktar tliet opri opri li kisbulu success, u li sal-gurnata tal-lum ghadhom popolari hafna u jaghmlu parti mir-repertorju stagunali ta’ hafna teatri madwar id-dinja. Jinghad, li fost l-opri kollha li Verdi kkompona La Traviata kienet l-aktar wahda ghall-qalbu, ghaliex fir-realta’, certi episodji li fuqhom hi bbazata l-istorja ta’ Victor Hugo ghadda minnhom personalment. Kienet opra li fl-ewwel rapprezentazzjoni taghha li saret f’Venezia kienet meqjusa bhala fjask, izda meta l-kompozitur irrevediha mill-gdid kisbet success kbir li ghadha tgawdih sal-lum.   

Fl-1859 Verdi zzewweg it-tieni mara tieghu, is-sopran Giuseppina Strepponi. Fl-istess zmien hu kkompona l-opra ‘Un Ballo in Maschera’ (1859) li gabitu f’hafna nkwiet mal-gvern provizorju Awstriak minhabba c-censura u warajha ‘La Forza del Destino’ ( 1862) u ‘Don Carlos’ ( 1867). Kien ukoll fl-istess zmien li Verdi kien gie elett senatur fil-parlament Taljan fejn hu kien jirrapprezenta lil Busseto. Fl-1869  accetta l-kummissjoni li jikkomponi opra gdida ‘Aida’ ( 1871 ) ghat-teatru  ta’ l-Egittu ghall-ftuh tas-Suez Canal,  izda sfortunatament minhabba l-gwerer, il-vestwarju li kellu jintuza ghal din l-opra gie mizmum f’Parigi u ghalhekk din l-opra ma saritx u minfloka saret l-opra Rigoletto. Fil-fatt l-ewwel rapprezentazzjoni ta’ l-opra Aida fil-Kajr saret fl-24 ta’ Dicembru 1871, u fit-teatru La Scala ta’ Milan saret fit-8 ta’ Frar 1872.

Wara s-success ta’ Aida, Verdi rtira fil-qasam li kellu f’Sant’ Agata. Il-mewt tal-kittieb u patrijott Alessandro Manzoni li kien habib intimu tieghu qanqlitu hafna u geghlitu jlesti malajr il-kompozizzjoni tieghu tal-quddiesa ‘Requiem’ (1874)  li orginalment kienet mahsuba biex tonora lill-kompozitur Gioacchimo Rossini. Wara dan ix-xoghol kbir Verdi haseb biex jirtira mix-xena operistika, izda il-habib tieghu Giulio Recordi kellu hsieb iehor. Jum fost l-ohrajn huwa ntroducih ma’ librettista famuz Arrigo Boito. L-entruzjazmu ta’ dan il-kompozitur zaghzugh, ghalkemm insibu li fil-bidu tal-hbiberija taghhom kien imtappan b’nuqqas ta’ ftehim, tant stimulat lix-xwejjah Verdi, li matul dan il-perijodu kkompona l-aqwa zewg opri tieghu ‘Otello’ (1886)  u l- Falstaff  (1893).

Fil-21 ta’ Jannar ta’ l-1901 meta Verdi kien alloggjat fil-Grand Hotel f’Milan tah hasshazin u mitt filghodu kmieni sitt ijiem wara. Xahar wara li saret id-difna privata skont xewqet il-kompozitur, sar funeral iehor bit-trasferiment tat-twiebet tieghu u ta’ Giuseppina mic-cimiterju ta’ Milan ghall-kripta fil-Casa di Riposo li l-kompozitur kien bena biex fiha jirtiraw l-muzicisti li ma kellhomx min idur bihom. Jinghad li ghal dan il-funeral tieghu attendew madwar 28,000 ruh li ngabru matul it-toroq ewlenin tal-belt minn fejn kellu jghaddi l-korteo, u li fih hadu sehem il-membri tal-familja Rjali Taljana, il-qraba tieghu, is-senaturi u membri parlamentari, kompozituri (Puccini, Mascagni, Leoncavallo u Giordano) u bosta  dinjitajiet ohra minn madwar id-dinja.

Kienet okkazjoni storika fejn il-kor tat-Teatru La Scala taht id-direzzjoni tas-surmast direttur Arturo Toscanini kanta ‘ Va Pensiero ’ mill-opra Nabucco bhala l-ahhar tislima lil dan il-kompozitur kbir li ftit  wara ndifen magenb martu Giuseppina f’Casa di Riposo.

 
Din hi l-lista tas-26 opra li kkompona Giuseppe Verdi.

  • Oberto, Conte di San Bonifacio, 17.11.1839  f’La Scala, Milan. 
  • Un Giorno di Regno.  5. 9. 1840  f’La Scala, Milan.
  • Nabuccodonosor ( Nabucco ),  9. 3.1842  f’La Scala, Milan.
  • I Lombardi alla Prima Crociata, 11. 2.1843 f’La Scala, Milan.
  • Ernani,  9.  3. 1844  f’La Fenice, Venezja.
  • I Due Foscari,  3. 11.1844  fl-Argentina, Ruma. 
  • Giovanna d'Arco, 15. 2.1845  f’La Scala, Milan.
  • Alzira, 12. 8.1845,  fis-San Carlo, Napli. 
  • Attila, 17. 3.1846, f’La Fenice, Venezja. 
  • Macbeth, 14.3.1847  f’Pergola, Firenze. 
  • I Masnadieri,  22. 7.1847  f’Londra.
  • Jerusalem, ( I Lombardi riveduta ) 26.11.1847 f’Parigi,
  • Il Corsaro,  25.10.1848 f’Trieste. 
  • La Battaglia di Legnano,  27.1.1849  fl-Argentina, Ruma.
  • Luisa Miller, 8. 12.1849  fis-San Carlo, Napli.
  • Stiffelio, 16. 11.1850  f’Trieste.
  • Rigoletto, 11. 3.1851  f’La Fenice, Venezja.
  • Il Trovatore,  19. 1.1853 f’Apollo, Ruma. 
  • La Traviata,  6. 3.1853  f’La Fenice, Venezja.
  • Les Vepres Siciliennes, 13 .6.1855 f’Parigi. Giovanna de Guzman (I Vespri Siciliani riveduta)  26.12.1855 fir- Regio, Parma.
  • Simon Boccanegra, 12. 3.1857  f’La Fenice, Venezja. 
  • Aroldo, ( Stiffelio riveduta ) 16.  8.1857  f’Rimini .
  • Un Ballo in Maschera,  17. 2.1859  f’Apollo, Rome.
  • La Forza del Destino, 10.11.1862 fir- Russja.
  • Macbeth,  (riveduta)  19. 4.1865  f’Parigi.
  • Don Carlo, 11. 3.1867 f’ Parigi. Don Carlo (riveduta ) fl-1872, f’Napli.
  • La Forza del Destino, (riveduta) fis-27. 2.1869 f’La Scala, Milan.
  • La Force du Destin, ( riveduta )fl-14. 3.1883, f’Antwerp.
  • Aida,  24.12.1871 fil-Kajr.
  • Simon Boccanegra, ( riveduta ) fl-24. 3.1881 f’La Scala, Milan.
  • Don Carlo, ( riveduta) fl-10.1.1884 f’La Scala, Milan. Don Carlo (riveduta ghat-tielet darba ) fit- 29.12.1886, f’Modena.
  • Otello,  5. 2. 1887  f’La Scala, Milan u f’Parigi fl-1894
  • Falstaff   9.  2.1893 f’La Scala, Milan.

Fost hafna xoghlijiet ohra ta’ Verdi nsibu wkoll:

  • Inno delle Nazioni (1862)
  • Messa da Requiem (1874)
  • Pater Noster (1873)
  • Ave Maria (1880)
  • Stabat Mater (1898).


 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2011. All rights reserved.
1