Giuseppina
Strepponi twiedet fil-belt ta’ Lodi fil-Lombardija f’Settembru ta’
l-1815. Kienet meqjusa bhala wahda mill-aqwa soprani ta’ zmienha
u mfittxija hafna mill-imprezarji ta’ bosta teatri l-aktar ghall-interpretazzjonijiet
drammatici taghha. Insibu li fl-1830 kienet diga' kantat Amina fl-opra
‘La Sonnambula’ (1831) ta’ Bellini; Adina fl-'Elisir d'Amore’ (1832)
u Lucia fl-‘Lucia di Lammermoor’ (1835) ta’ Donizetti. Fil-fatt,
l-ewwel debutt taghha fit-teatru La Scala fl-20 ta’ April 1839 hi
kantat Elvira fil-'I Puritani' (1835) ta’ Bellini. Strepponi kienet
maghrufa ghat-timbru car taghha kif ukoll ghad-doni kbar li kienet
tippossjedi kemm muzikali kif ukoll ghall-abbilta’ taghha drammatika.
L-istorici
jghidulna li wara li Giuseppina Strepponi rrikkmandat lil Verdi
lill-imprezarju tat-Teatru La Scala Bartolomeo Merilli, kienet ukoll
strumentali biex dan il-kompozitur zaghzugh jiddebutta f’dan it-teatru
bl-ewwel opra tieghu ‘Oberto, Conte di San Bonifacio’ fl-1839. Originalment
kien ippjanat li Giuseppina tinterpreta l-parti ewlenija ta’ din
l-opra fl-ewwel rapprezentazzjoni taghha f’La Scala izda dan il-pjan
ma rnexxiex. Xi storici jsostnu li l-kawza principali li zammha
lura milli taccetta din l-offerta kienet l-ghejja kbira li hakmitha
wara depressjoni qawwija li kellha kkawzata minn problemi ta’ zewg
tqalit fiz-zmien relattivament qasir u l-impatt socjali li gabet
maghha din is-sitwazzjoni, kif ukoll minhabba l-kuntratti kbar ta’
xoghol li kellha. Fl-1841 Geatano Donizetti, aktarx il-mahbub taghha
f’dik l-epoka holoq il-karattru ta’ ‘Adelia’ ghaliha, izda l-ewwel
rapprezentazzjoni ta’ din l-opra fit-teatru Apollo ta’ Ruma sabet
lil Giuseppina mhix f’sikkitha.

Kien
proprju f’dan iz-zmien difficli li Giuseppina rnexxielha tinterpreta
b’success kbir il-parti drammatika ta’ Abigaille, il-protagonista
ewlenija ta’ l-opra ‘Nabucco’ (1842) ghalkemm ftit tal-jiem qabel
it-tobba taghha kienu talbuha biex tieqaf mill-kant ghax setghet
timrad bit-tizi. Hafna storici ta’ l-opra huma tal-fehma li Giuseppina
ma tatx widen tat-twiddib tat-tobba u kompliet kanta diversi karattri
difficIi bhal Giselda fil- ‘l Lombardi’ (1843) u Elvira fl-‘Ernani’
(1844). Fil-fatt kienu dawn il-partijiet drammatici u l-ghejja kontinwa
li hakmitha li bdew jheddulha serjament lill-karriera brillanti
taghha sakemm fl-1846, kontra qalbha rtirat ghal kollox mill-opra
u marret tghix f’appartament gewwa Parigi. Il-waqfien mhux mistenni
tal-karriera gab mieghu problemi finanzjarji kbar ghal Giuseppina
tant, li biex tkopri mal-hajja socjali taghha kellha tibda taghti
lezzjonijiet tal-vuci. Kien proprju fl-1847 li Giuseppina regghet
iltaqghet ma’ Verdi, ghalkemm jinghad li l-hbiberija ta’ bejniethom
ma naqset qatt u baqghet hajja b’korrispondenza kontinwa.
Il-laqghat
spissi taghhom u x-xoghol rivedut ta’ l-opra l-Lombardi f’‘Gerusalem’
(1847) qarrbithom mill-gdid lejn xulxin u kompliet theggighom fl-imhabba.
Minn Parigi nizlu f’Busseto, izda l-ghajdut u seksik tan-nies fuqhom
ma qata’ xejn! Kien proprju f’dak iz-zmien li Verdi kkompona t-trittico
tieghu ‘Il Trovatore’ (1853), ‘Rigoletto’ (1851) u ‘La Traviata’
(1853). Hafna huma tal-fehma li fost l-opri kollha li kkompona Verdi
‘La Traviata’ kienet l-aktar opra ghall-qalbu, ghaliex l-istorja
mqanqla u emozzjonali tal-koppja Germont u Violetta kienet tixbah
hafna l-hajja kif kienu jghixu hu u Giuseppina. F’wiehed mill-vjaggi
tieghu ma’ Giuseppina waqfu f’Piemonte, u ftit granet wara, ezattament
fid-29 ta’ Awissu 1859 izzewgu fil-knisja parrokkjali ta’ San Martin
fir-rahal ta’ Collonges-sous-Sale've.
L-unjoni
ta’ Giuseppina u Verdi kienet ibbazata fuq affezzjoni u r-rispett.
Peppina kellha natural simpatiku, sincier u mzejjen b’karattru cajtier
waqt li Verdi ciniku, kwiet u b’karattru kemmxejn nervuz. Waqt li
Peppina kienet taf tajjeb il-Franciz u l-Ispanjol, Verdi kien kapacI
hafna fit-Taljan izda jsibha difficli li jikkomunika verbalment
f’lingwi ohra .B’danakollu, dawn iz-zewg personaggi kbar fl-istorja
ta’ l-opra Taljana kellhom l-istess interessi fil-hajja, muzika,
hbieb u ikel tajjeb. Il-koppja Verdi ma kellhomx tfal izda fl-1867
huma addottaw lil Filomena Maria Cristina Verdi li kienet bint wiehed
mill-kugini ta’ Giuseppi u kienu jhobbuha daqs li kieku kienet binthom.

Giuseppina
ma kinitx mara edukata u ntelligenti biss izda kienet ukoll ghaqlija
u pacenzjuza hafna. Meta zewgha tilef ghaqlu fuq is-sopran Teresa
Stolz (1834 - 1902) li kien iltaqa’ maghha 30 sena qabel u li kienet
interpretat il-parti ta’ Gilda fil-Rigoletto fit-Teatru tal-Kajr
fil-ftuh tal-Kanal tas-Suez (1869), u wara nterpretat ukoll b’success
kbir il-parti ta’ ‘Aida’ (1871) meta din l-opra finalment saret
fl-istess teatru fil-Kajr fl-24 ta’ Dicembru 1871, kif ukoll interpretat
il-karattru ta’ Leonora fil-‘Forsa del Destino’ (1869) u kantat
fir-‘Requiem’ (1874), Giuseppina kellha il-hila tikkontrolla l-emozzjoni
taghha u zzomm kollox mistur fiha.
Imdejqa
u konfuza Giuseppina finalment irnexxielha tirbah u tohrog minn
din it-trawma emozzjonali, meta wara seba’ snin ta’ qtigh il-qalb
u incertezza Verdi rega’ lura f’daru u l-paci u s-sliem rega’ beda
jsaltan f’mohhha u f’qalbha. L-istorici jghidulna li ghalkemm is-soluzzjoni
ghal din it-trawma qatt ma giet solvuta, b’danakollu, il-korrispondenza
li baqghet ghaddejha bejn iz-zewg nisa ma baqghetx mimlija theddid
u nsulti, izda hadet xerja ta’ hbiberija.
Ghalkemm
mugugha bl-atteggament ta’ zewgha, Giuseppina qatt ma naqset l-affezzjoni
kbira li kellha lejh. Hi baqghet thobbu dejjem! Giuseppina Verdi
Strepponi mietet f’Sant’ Agata nhar 4 ta’ Novembru 1897. Kienet
ix-xewqa taghha li ittra li ntbaghtet lilha minn Verdi 51 sena qabel
- ittra li hadd ma kien qraha hliefha u Verdi li kitibha, kellha
titpogga fuq qalbha u tindifen maghha, Izda sfortunatament xewqitha
ma gietx mitmuma ghaliex l-envelop instab wara li t-tebut taghha
gie issiggillat. L-ahhar kliem lil zewgha kienu dawn “U issa addio
Verdi tieghi ... nittama li kif konna maghqudin f’hajjitna, Alla
jerga’ jghaqqadna fis-sema…”.
|