Hafna
mill-uzanzi taghna l-Maltin kif ukoll dawk barranin huma maghgunin
intimament mal-familja. Hafna minn dawn l-uzanzi jaghtuna stampa
reali kemm l-antenati taghna, irrispettivament il-qaghda socjali
taghhom, kienu jghozzu l-gieh tal-familja u kemm kienu jehduha bi
kbira meta xi hadd jipprova jtebbaghlhom jew ikasbrilhom l-unur
taghhom.
Kaz li kien jinvolvi fih qtil bid-dwell minhabba gieh ta’ familja
gara fil-Karnival tas-sena 1842. Hames fizzjali Inglizi bdew jissuttaw
bil-perlini lill-membri tal-familja ta’ Ingliz li kien ilu jghix
Malta madwar ghoxrin sena. Xi hbieb tal-familja marru jghidu lill-missierhom,
u dan bis-sabar kollu hadhom id-dar. <ara izda li fit-triq huma
regghu ltaqghu mal-fizzjali u dawn komplew bil-fastidju taghhom,
sahansitra fizzjal minnhom azzarda jdahhal idu bil-perlini f’hobb
wahda mill-bniet, u hawnhekk Levick (missierhom) b’rabja kbira fuqu
mbuttah. Ir-reazzjoni rrabjata ta’ Levick tant hasdet lill-fizzjal
Septimus Adams li refa’ l-bastun u tah daqqa bih fuq rasu u tajjarlu
l-kappell.
Wara li wassal lit-tfal id-dar, Levick mar ifittex lill-habib tieghu
Toni Mattei li kien tenent tar-Rigment tal-Maltin u gharrfu bil-grajja
kollha. Hawnhekk huwa talbu biex imur isib lill-fizzjal li nsolenta
lil bintu u jitolbu sodisfazzjon. Sadanitant il-fizzjal Adams mar
ikellem lill-kaptan Jeffries tar-Rigment Connought Rangers, u dik
il-lejla stess, Jeffries kiteb biljett lil Levick u talbu biex jiltaqa’
mieghu l-ghada filghodu ghax xtaq ikellmu. Ghal xi raguni Levick
ma xtaqx li jmur u rega’ talab lil Toni Mattei biex imur hu minfloku,
bil-kundizzjoni li Adams jitlob mahfra ta’ kull ma ghamel. Din il-kwistjoni
wasslet biex finalment isir id-dwell bejn Adams u Levick dak in-nhar
stess wara nofs in-nhar fl-qrib il-Forti Rikazli.
L-armi
kienu pistoli. L-protagonisti hadu posthom u mas-sinjal tal-kaptan
Jeffries ippuntaw il-pistoli lejn xulxin u sparaw tir. <ara izda
li wahda mill-pistoli hadet in-nar u l-ohra ( ta’ Adams) ma haditx.
Toni Mattei xtaq li l-bicca tieqaf hawn, izda Jeffries ried li d-dwell
jissokkta b’Adams jispicca milqut serjament fi drieghu. L-ghada
huwa miet ghaliex il-balla minn drieghu baqghet diehla ‘l gewwa
u nifditlu l-fwied. Aktar tard Levick u Mattei gew arrestati u ghaddew
guri, bl-Ingliz jigi mixli bil-qtil ta’ Adams u l-iehor mixli bhala
komplici fil-qtil. Fil-guri li sar fil-15 ta’ Marzu 1842, l-gurati
gharblu sewwa x-xhieda u ma sabuhomx hajta.

Ironikament
l-isem tal-vapur Amerikan La Salle li kien ha sehem fil-gwerra ta’
l-Iraq ifakkarni zewg kazi ta’ dwell li sehhu f’Malta fil-bidu tas-seklu
dsatax fejn fihom it-tnejn kienu nvoluti bahrin Amerikani. Jidher
car li fil-konflitt li kellhom l-Amerikani mal-Libjani madwar mitejn
sena ilu, il-Port il-Kbir kien qed intuza’ bhala bazi ghall-bastimenti
Amerikani. Kien proprju fi zmien dan il-konflitt ( 17 ta’ Mejju
1803 ) li t-tenenti Vandyke u Osborne nizlu l-art biex jissettiljaw
il-kwistjoni li kellhom bejniethom bi dwell. Intuzaw pistoli f’dan
id-dwell. Wara erba’ ‘rounds’ it-tenent Vandyke gie ferut f’koxxtu
u miet tliet gimghat wara. Fl-istess zmien sar dwell iehor bejn
Ingliz li kien jghix Malta u Amerikan, bl-Ingliz jitlef hajtu f’dan
id-dwell.
U bid-dwell bejn Ingliz u Amerikan naghlaq din is-sensiela qasira
dwar din id-drawwa li hasdet bosta vittmi u halliet biss niket warajha.
Kienet drawwa li hafna kavallieri tul 268 sena tal-hakma ta’ l-Ordni
fuq pajjizna, kif ukoll wara, membri tal-militar fiz-zmien il-hakma
Ingliza nqdew bil-maskra ta’ l-irgulija u bl-abbilta’ fl-uzu ta’
l-armi biex jaqtghu l-ghatx tal-vendetta taghhom.
B’danakollu,
ghalkemm xi whud mill-kavallieri kellhom in-nuqqasijiet taghhom,
irridu nammettu, li l-istorja glorjuza ta’ l-Ordni mhux biss zejnet
l-istorja ta’ gziritna izda halliet patrimonju kbir warajha. Waqt
li l-bosta drawwiet sbieh li gabu maghhom il-kavallieri maz-zmien
integraw mat-tradizzjonijiet taghna u ghadna sal-lum ingawduhom,
sfortunatment issib ohrajn, fosthom din id-drawwa tad-dwell, li
forsi f’ghajnejna hafna drabi tasal biex iccajpar l-immagini tal-kavallieri,
u forsi tasal ukoll biex tnessina l-fatt li bosta membri ta’ l-Ordni
qdew dmirhom b’reqqa kbira u rrispettaw il-voti taghhom tul hajjithom
kollha.
Finalment tajjeb li wiehed ifakkar ukoll, li fil-bidu tas-seklu
ghoxrin f’bosta pajjizi Ewropew id-dwell gie abolit u meqjus bhala
offiza kriminali. Jista’ jaghti l-kaz li t-taqlib socjali li beda
jsir f’bosta’ pajjizi, il-ligijiet horox u l-penali tal-mewt f’kazi
tad-dwell, id-dizapprovazzjoni generali ta’ hafna u hafna socjetajiet
madwar id-dinja kollha kif ukoll il-waqgha mis-setgha tal-monarkija
u l-aristokrazija f’diversi pajjizi kienu il-fatturi li ghenu hafna
biex taw id-daqqa tal-mewt lil din id-drawwa mishuta.
Riferenzi:
Guze Gatt: Id-Dwell f’Malta fi Zmien l-Ordni (l-ewwel
parti), Il-Malti 1925; Id-Dwell f’Malta fi Zmien l- Ordni
(it-tieni u t-tielet parti), Il-Malti 1926; Id-Dwell f’Malta
fi Zmien l-Inglizi (l-ewwel u t-tieni parti), Il-Malti 1927;
Id-Dwell f’Malta fi Zmien l-Inglizi, Il-Malti 1929.
Giovanni
Bonello: ‘Duelling in Malta’, The Sunday Times: October
1, 2000; October 8, 2000; October 15, 2000.
Robert
Attard: ‘200 years ago Malta was a US naval base’, The
Sunday Times, April 1, 2001 P. 65

|