Id-Dwell Fi  Zmien l-Ordni F’Malta

Id-drawwa tad-dwell dahlet f’bosta pajjizi ta’ l-Ewropa. Ghalkemm il-gvernijiet kollha ppruvaw irazznuha b’ligijiet horox u penali ta’ habs ghal min jinqabad jidwella, din id-drawwa kompliet toktor u teqred  bosta vittmi innocenti u thalli warajha niket kbir. Sintendi, matul il-medda tas-snin, inkitbu diversi kotba u artikli interessanti dwar din id-drawwa mishuta li sfortunatament hadd ma seta’ jsib tarfha.

Written by Joseph Serracino

 
 
 

Fil-fatt fiz-zmien il-Gran Mastru Manuel Pinto (1741-1773) gie fostna certu Patrick Brydone, vjaggatur Ingliz li kiteb dwar id-dwell li kien isir f’Malta. Dan il-vjaggatur jghidilna, li biex isir dwell f’Malta, wiehed ried bilfors josserva certi regolamenti biex ma jaqax taht il-penali horox tal-ligi, fosthom, li d-dwell seta’ jsir biss fi triq wahda fil-belt Valletta, u li d-dwell kien ikollu jieqaf jekk jintalab biex jieqaf minn mara, qassis jew kavallier.

Brydone isostni li huwa ghadd madwar ghoxin salib imhazzin  tul il-hajt  ta’ din it-triq dejqa, u li dawn is-slaleb barra li huma prova cara li juru n-numru ta’ vittmi li hallew hajjithom f’diversi dwellijiet li saru f’din it-triq, thallew hemm biex ifakkru lil min kien jghaddi minnha l-kruha ta’ din id-drawwa.

Izda dan il-kittieb Ingliz ma kienx ghal kollox ezatt f’kitbietu ghaliex id-dwell kien isir f’bosta toroq tal-belt Valletta, u li t-triq imsemmija, li hafna kienu jassocjawha ma’ Strada Stretta ma kellhiex xi privilegg fuq it-toroq l-ohra. Peress li l-kavallieri kienu mharrgn tajjeb fl-uzu tax-xwabel, xi whud minnhom kienu jippreferu li jidwellaw fi triq dejqa biex ix-xwabel taghhom jilhqu lil xulxin sewwa u hadd minnhom ma jkun jista’ jerga’ lura minhabba d-djuq taghha.

Fil-fatt, l-isem proprju tat-triq li rrefera ghaliha Brydone fil-kitba tieghu nsibuha f’kitba ohra dwar id-dwell f’Malta mill-Konti ta’ Borch ( 1782 ). Dan kiteb, li d-dwell kien isir fi triq dejqa magenb il-Palazz tas-Sultan, u hawnhekk dan il-kittieb kien qed jirreferi ghal Triq Federiku u mhux ghal triq Strada Stretta kif jahsbu hafna.  

Insibu dwell li sar barra minn xtutna fiz-zmien il-Gran Mastru Pinto. Il-Kavallier Deonat Dolomieu, waqt li kien jaqdi dmiru fuq ix-xwieni f’Gaeta gie insultat minn wiehed minn shabu u dan stiednu ghad-dwell u qatlu. Dolomieu gie arrestat, imnehhi minn Kavallier u ssentenzjat ghall-ghomru l-habs, izda peress li huwa kellu hafna hbieb f’Ruma u fil-qorti tar-Re ta’ Franza, wara disa’ xhur prigunerija fil-kastell, il-Gran Mastru  hafirlu u dahhlu mill-gdid fl-Ordni.

L-istorici taghna jghidulna wkoll li mhux kull dwell spicca hazin. Insibu kaz fejn l-intervent waqtu ta’ xi kavallieri ghen hafna biex tberred il-qilla tal-protagonisti u gie evitat it-tixrid tad-demm, Izda xi kultant ghalkemm fid-deher wiehed jahseb li l-kwistjoni tkun irrisolviet ruhha u saret il-paci, il-protagonisti jibqghu miksurin daqs li kienu zewg  ghedewwa.

Kaz simili gara fi zmien l-inkwizitur Fabio Chigi. Waqt li n-nobbli kavallier Prospero Colonna kien ghaddej minn quddiem il-palazz, gemgha ta’ kavallieri nehhew il-kappell u sellmulu b’inkin profond, izda Fra Pietro Cesarini baqa’ bil-kappell f’rasu u dawwar harstu fuq in-naha l-ohra, qisu ghalih ma kien ghaddej hadd.

Fra Prospero, mghaddab, resaq fuqu u sfidah ghad-dwell, izda xi kavallieri rnexxielhom imewtu l-qilla taz-zewg kavallieri u b’hekk evitaw it-tixrid tad-demm. Jidher car li bejn il-familji ta’ dawn iz-zewg kavallieri kien hemm xi tilwim serju, izda r-rikoncilazzjoni bejniethom sehhet meta Cesarini kiseb l-approvazzjoni mill-familja tieghu.

Fl-1784 kienet har’et ligi li kienet tghid li meta jsiru dwellijiet u dawn ma  jispiccawx b’mewt ta’ wiehed mill-protagonisti, sew dak jew dawk li jkunu stiednu ghad-dwell, kemm dak jew dawk li jkunu laqghu l-istedina, kif ukoll dawk li b’xi mod ikunu ghenu jew xewxu ghad-dwell jigi mwahhla lkoll il-piena ta’ ghaxar snin qdif fuq ix-xwieni. Izda jekk id-dwell jispicca bil-mewt, sew dawk li jidwellaw kemm dawk li taw xi ghajnuna jew xewxu, inkella kienu shab ma’ min idwella jkollhom ilkoll il-piena tal-mewt.

Ghalkemm il-kavallieri li kienu jidwellaw fil-belt Valletta ma kinux jigu maghduda bhala hatjin ta’ reat, mhux kulhadd seta’ jidwella, b’mod specjali dawk il-kavallieri li kienu jkunu qeghdin jaghmlu t-tahrig taghhom fuq ix-xwieni. Dawn, jekk kienu jinqabdu jidwellaw kienu jigu maghduda bhala hatja u jehlu l-prigunerija. Sfortunatament, minkejja l-lig’ijiet horox, xorta wahda d-dwell baqa’ jsir f’postijiet ‘il boghod mill-belt u mill-ghajnejn ta’ l-ispjuni tal-Gran Mastri.

Fit-13 ta’ Lulju 1764 sar dwell, fejn wiehed mill-protagonisti baqa’ mmankat ghall-ghomru. Il-hasra hi, li l-ferut dahal fih intortament! Il-karattru stramb u selvagg tal-kavallier Franciz Le Bruttuniere gieghel lil shabu ma jhallux jiekol fuq il-mejda maghhom. Peress li hadd minnhom ma ried iwassallu din il-bxara, iddecidew li jtellghu l-isem bix-xorti.

L-isfortuna waqghet fuq il-kavallier Deletoie, li malli dan gharrfu bid-decizjoni ta’ shabu l-kavallieri, Bruttuniere b’rabju kbira fuqu stiednu ghad-dwell. Delatoie, konxju mis-sitwazzjoni li sab ruhu fiha, u bezghan li jekk jirrifjuta l-istedina kien se jitlef  giehu ma’ shabu, kontra qalbu kellu jaccetta l-istedina. F’dan id-dwell Delotoie safa ferut serjament u de Bruttuniere gie arrestat u wara eziljat minn Malta.

Fis-17 ta’ Gunju 1761 kien sar dwell bejn il-kavallier Sales u Servient Viet, b’ta’ l-ahhar jisfa  ferut. L-iehor sar fis-6 ta’ Settembru 1761, fejn wiehed mill-prota’onisti safa ferut ukoll. Fit-13 ta’ Jannar 1772 kien sar dwell minn erba’ kavallieri, tnejn kontra tnejn, iz-zew’ kavallieri De Siena kontra l-kavallieri Bonifacju u Du Seine. F’dan id-dwell, xi kavallieri ppruvaw iferrquhom u spiccaw bi tnejn minnhom sfaw feruti.

Fil-25 ta’ Marzu 1762 Fra Montefre  gie sfidat ghad-dwell mill-kavallier Sales u marru jidwellaw fi triq Federico. F’hin minnhom Montefre gie midrub f’gnbu waqt li kien qed jahrab mid-daqqiet. F’daghdigha kbira, Montefre xejjer ix-xabla u laqat lil Sales f’ghonqu. Sales waqa’ fl-art u talab lil Montefre biex jiehdu l-isptar. Montefre, soghbien haddnu mieghu u talab zewg kavallieri biex jehduh l-isptar.

Montefre mar jgharraf b’kollox lil Gran Mastru Pinto, u dan ordnalu li jmur dritt id-dar u jibqa’ hemm sakemm isiru l-investigazzjonijiet mehtiega. Mill-isptar, il-kavallier Sales talab lil Gran Mastru jahfer lil Montefre ghax il-htija kienet tieghu, u talbu wkoll biex minnufih jibaghtu l-isptar biex jghannqu mieghu qabel ma jmut.
Insibu diversi kazi ohra ta’ dwell fiz-zmien l-Ordni f’Malta, izda minhabba n-nuqqas ta’ spazju se jkolli nieqaf hawn, u fil-harga li jmiss nibdew nirrakkontaw xi kazi ta’ dwell fi zmien il-hakma Ingliza f’Malta…

                                                                                                                                                                      

                                                                                                            Article by Joseph Serracino


 

 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2011. All rights reserved.
1