Hawnhekk
tajjeb li wiehed jghid ukoll li waqt li f’kull hakma f’pajjizna
kellha l-ligijiet u l-pieni taghha ghal dawn ir-reati, insibu kazi
fejn il-protagonisti nqabdu, u meta tressqu l-qorti u s-sentenza
taghhom ghaddiet ghall-approvazzjoni quddiem l-awtorita’ suprema
tal-pajjiz, ghal xi ragunijiet li mhux dejjem inghataw ma ttiehdux
passi kontra l-akkuzati. Dan il-fatt l-aktar li jidher u jinhass
kien fiz-zmien il-hakma Ingliza f’Malta kif se naraw f’dawn iz-zewg
kazi:
L-ewwel
kaz sehh f’Jannar tas-sena 1803 waqt ballu f’teatru zghir f’Marsamxett.
F’hin minnhom inqalghet tilwima bejn fizzjal Amerikan u zewg zghazagh
Inglizi John Mill u John Cocoran li spiccat fi glieda. Wara din
il-glieda l-protagonisti stiednu lil xulxin ghad-dwell, u skond
l-uzanza taw il-biljett lil xulxin.
Meta
l-Logotenent Morello baghat ghal Mill u staqsieh dwar l-istedina
tad-dwell, dan qallu li l-kwistjoni kienet irrisolviet ruhha. Surgent
Ingliz li dak in-nhar inzerta ghassa fit-Teatru ta’ Marsamxett ikkonferma
dan! Izda gara, li Mudest Balbi, is-sid tad-dar li fiha kien ighammar
Cocoran, irrapporta lil-Logotenent Morello li tifel Amerikan kien
gab ghandu zewgt pistoli f’gwelaq ghal Cocoran, u hu ghaddielu l-hsieb
li dawn il-pistoli kienu mhejjija ghal xi dwell.
Din
il-kwistjoni kompliet tiggrava ruhha meta ftit jiem wara Cocoran
kien qieghed fit-Teatru Manoel, resaq fuqu fizzjal Amerikan, u waqt
li deher ikellmu xejjirlu daqqa ta’ ponn. L-istess gralu Mill hekk
kif dana dahal fit-teatru u resaq lejn siehbu.

Fil-lejla
tat-13 ta’ Frar 1803 Cocoran flimkien ma’ tabib Ingliz marru ghand
Madalena Zammit, peress li issa kien bidel ir-residenza tieghu.
Hawnhekk Cocoran talab lis-seftur tieghu Cikku Caruana biex jqajmu
fl-erbgha ta’ filghodu. L-ghada, Cikku qajjem lis-sinjur tieghu
u rega’ mar jorqod, izda f’hin minnhom stembah u sema’ lil Cocoran
jitkellem ma’ xi hadd u wara hargu flimkien. Hawnhekk Cikku hareg
warajhom, u fit-triq iltaqa’ ma’ Natal, is-seftur ta’ Mill. Dana
qallu li s-sinjur tieghu ltaqa’ ma’ Cocoran u Ingliz iehor u baqghu
sejrin lejn il-Bieb tal-Bombi fejn kellu ssir id-dwell.
Skond
ix-xhieda tas-surgent Salvu Piott, li xoghlu kien ta’ gwardjan fuq
is-suldati li kienu jsewwu t-toroq fl-inhawi ta’ Hal Qormi, sar
maghruf li l-14 ta’ Frar 1803 f’xi s-sebgha ta’ filghodu, huwa u
hiereg mill-Bieb tal-Bombi osserva zewgt irgiel - bahri Amerikan
u l-iehor Malti telghin mill-foss ta’ taht is-sur, u wara qaghdu
magenb xulxin fuq trunciera li hemm fuq il-foss.
Id-dehra
ta’ dawn irgiel hasbuh hazin u b’kurzita’ kbira resaq lejn xifer
il-foss u ta titwila ‘l isfel. Hemmhekk huwa ra hamest irgiel, zewg
fizzjali - wiehed Amerikan u l-iehor tal-bahar, u t-tlieta l-ohra
kienu lebsin ilbies pajzana. Kif ra hekk, huwa trekken wara trunciera
minn fejn seta’ jara kollox. F’hin minnhom huwa ra lill-Amerikan
jitbieghed mill-erbat irgiel li kienu qeghdin jithaddtu bejniethom.
Wara ftit tnejn minnhom dehru jippruvaw zewg pistoli bil-porvli
u wara li mlewhom bil-balal tbieghdu xi passi minn xulxin.
Mas-sinjal
tal-fizzjal Amerikan, ghollew il-pistoli, immiraw lejn xulxin u
sparaw. Hadd minnhom ma ntlaqat! Fil-pront resqu tnejn min-nies
magenb dawk tal-pistoli, imlew mill-gdid il-pistoli u meta l-parrinijiet
tbeghdu minnhom, inghata mill-gdid is-sinjal mill-fizzjal Amerikan
u faqqet sparatura. Ma’ l-isparatura wiehed mill-protagoisti ntlaqat
f’wiccu u waqa’ fl-art. Malli spicca id-dwell, tlieta minnhom u
l-fizzjal Amerikan hallew il-post u l-iehor baqa’ mal-midrub.
Is-surgent
Piott kompla jixhed li f’hin minnhom ir-ragel li baqa’ mad-midrub
intebah bih u sejjahlu. Meta resaq magenbu talbu biex joqghod ftit
mal-mibrub (John Cocoran) sakemm hu jmur igib kaless. Izda sakemm
wasal lura bil-kaless il-midrub lahaq miet. Fl-access sar maghruf
li John Cocoran - zaghzugh Irlandiz ta’ 23 sena gie maqtul b’tir
ta’ pistola, billi l-balla dahlet minn halqu u baqghet tiela’ f’rasu.
Mill-mistoqsijiet li sar lil Mill sar maghruf li fl-ghodwa ta’ 14
ta’ Frar, Cocoran u Ingliz iehor marru ghandu u xorbu ftit rum flimkien.
Meta gie mistoqsi x’kien jismu dan l-Ingliz, huwa wiegeb li ma kienx
jafu.
Meta
l-qorti insistiet ma’ Mill biex jghidilha l-isem ta’ l-Ingliz l-iehor
u dan naqas li jaghtiha ismu, il-Qorti tefghet il-htija kollha fuqu
u zammitu hati tad-dwell u ghaddiet ir-rapport kollu lill-Gvernatur.
Izda il-Gvernatur halla kollox ghaddej mar-rih u ma ttiehdet l-ebda
sentenza kontra Mill.

Kaz
iehor li kien imdahhal dwell, izda li fortunatament ma sehhx gara
fl-14 ta’ Awissu 1809. James Green, kien gie mgieghel mill-qorti
li jkanta l-palidonija - igiddeb lilu nnifsu milli qal fuq il-mara
tal-Lhudi Mose’ Abeasis f’nofs ta’ triq fejn qabel kien qasqas fuq
ghajru.
<ara
izda li l-ghada li nghatat din is-sentenza, Green baghat stedina
ghad-dwell lil Abeasis, u fiha talbu biex l-ghada filghodu jiltaqghu
wara c-Cimiterju ta’ l-Inglizi l-Furjana u jiehu hsieb li mieghu
jgib il-pistoli u parrin. Izda l-Lhudi minflok laqa’ l-istedina
ghad-dwell mar jgharraf b’kollox lill-qorti u talabha biex Green
jigi mwahhal il-piena skond il-ligijiet ta’ Malta.
Green
gie arrestat u mressaq quddiem il-qorti. Fix-xhieda tieghu Green
stqarr li hu baghat l-istedina ghad-dwell lil Abeasis, u peress
li dan ma laqax din l-istedina huwa kien ser jibqa’ zzommu bhala
ragel gifa. Mix-xhieda li taha, huwa stqarr li kien jahdem bhala
hajjat, u li kien stieden lil Abeasis ghad-dwell wara li dan ghajjar
lilu u lin-niesu, u li t-tifel ta’ Abeasis kien darab lil ibnu f’rasu.
Hawnhekk
il-qorti widdbet lil Green li huwa messu talab haqq mill-qorti u
mhux jistieden lil Abeasis ghad-dwell. Barra hekk il-qorti fakkritu
li t-tilwima taghhom kellha tispicca wara s-sentenza li tat l-istess
qorti fl-14 ta’ Awwissu ta’ dik is-sena, izda minflok li hu accetta
s-sentenza u qaghad ghaliha, huwa fittex li jithallas b’idejh. Barra
hekk, il-qorti fakkritu wkoll li fil-ligijiet ta’ Malta kien hemm
stipulat, li min jistieden ghad-dwell huwa dejjem hati f’ghajnejn
il-ligi u hemm pieni horox ghal min jinqabad li jiksirhom.
Hawnhekk
Green ammetta li kien ghamel hazin u peress li hu kien ilu jghix
f’Malta madwar hames snin ma kienx jaf li l-ligi tipprojbwixxi d-dwell
f’Malta. Wara din l-istqarrija Green gie mehlus bil-kundizzjoni
li jekk jerga’ jkollu xi jghid ma’ Abeasis jew ma’ niesu sew bil-kliem
jew b’xi ghemil, huwa jigi minnufih arrestat u mitfugh xahrejn habs.
|