Id-Dwell Fi  Zmien l-Ordni F’Malta

Naqraw li mad-dahla tas-seklu sbatax id-dwell kien sar popolari  hafna f’diversi pajjizi madwar l-Ewropa. Fi Franza, id-dwell  beda jikkaguna hafna mwiet, tant li fl-1602  kien inhareg digriet li kien jghid, li kull min kien jippartecipa fi dwell u jinqabad jigi ssentenzjat ghall-mewt.

Written by Joseph Serracino

 
 
 

Insibu wkoll li fl-istess zmien din id-drawwa sabet art fertili wkoll fl-Ingilterra, l-aktar fiz-zmien Oliver Cromwell, fejn jinghad, li f’172 kaz ta’ dwell hallew hajjithom 72 ruh.
Insibu li fl-Amerika, li fl-imghoddi kienet influwenzata  bil-kbir mill-kultura Ewropea, l-ewwel tracci ta’ din id-drawwa jmorru lura sa l-1621. Jinghad li f’diversi kazi ta’ dwell li saru matul is-sbatax u t-tmintax is-seklu spiccaw fatali. Izda f’nofs is-seklu dsatax, is-senat Amerikan ghamel ligijiet fejn abolixxa kull tip ta’ dwell u harrax is-sentenzi  ta’ habs ghal kull min jinqabad jidwella.

U bid-drawwa tad-dwell tinfirex f’pajjizi ohra nergghu mill-gdid nidhlu fl-istorja ta’ pajjiizna fi zmien l-Ordni f’Malta. Nerga’ ntenni, li l-Ordni, sa minn qabel il-migja taghha f’Malta, ippruvat tikkontrolla l-vizzju tad-dwell kemm b’sentenzi twal ta’ prigunerija fil-habs kif ukoll  b’nuqqas ta’ l-anzjanita’ fil-grad ghal dawk li jinqabdu jidwellaw u  bit-tkeccija mill-Ordni, id-dwell baqa’ jsir  u l-vittmi jizdiedu.

L-ewwel hjiel ta’ dwell imur lura sa l-1538, jigifieri tmien snin biss wara l-migja ta’ l-Ordni f’Malta, meta l-kavallier Filippu Dalbion sfida lil Fra Pedro de Feilizes ghad-dwell. L-ewwel vittma ta’ dwell sehhet erba’ wara jigifieri fl-1542 meta l-kavallier Franciz de Bloquieu safa maqtul minn kavallier ta’ l-istess lingwa Claude de la Chatiere  li wara tkecca mill-Ordni.    

Fl-1573, il-kavallier Fra Juan Periera wara li nstab hati li fera lil Fra Giorgio Correa fid-dwell, tilef sentejn anzjanita’ u ghaddihom maghluq fil-Kastell Sant’ Anglu, waqt li l-kavallieri Fra Ludovic Puget u Fra Pierre de Spermier tkeccew mill-Ordni ghal reati simili.

Insibu kazi fejn fi dwell hadu sehem aktar minn tnejn. Fl-1574, kien sar dwell li fih kienu involuti erba’ kavallieri, fosthom zewgt ahwa. F’dan id-dwell kienu hadu sehem Fra Francesco Di Napoli u Fra Francesco Sierri kontra Fra Isodoro di Napoli u Fra Gaspare Ferrer, b’Isodoro di Napoli jitlef hajtu u Ferrer jisfa ferut serjament.

Fl-1577 kien sar dwell li fih kien involut Malti, certu Matteo Briffa. Probabbilment dan ma kienx l-uniku Malti li tul 268 sena ta’ hakma ta’ l-Ordni f’Malta kellu xi jghid ma’ xi kavallier b’armi. Hawnhekk ukoll, ir-raguni ewlenija wara dan id-dwell mhix maghrufa. Nafu biss li l-kavallier Fra Cesare Leria li sfida lin-nutar Matteo Briffa ghad-dwell instab hati u wehel sitt xhur prigunerija fil-Kastell Sant’ Anglu.

Fl-1584 kien sar dwell fl-inhawi ta’ l-Irnella bejn zewg kavallieri Naplitani, Vespasiano Longo u Annibale Rocco, b’Longo jispicca ferut. Peress li d-drawwa tad-dwell kienet qed iggarrab hafna kavallieri, l-aktar zghazagh,  ma’ l-icken hjiel ta’ dwell, l-Ordni kienet tinvestiga immedjatament bhalma gara fl-1595 meta zewg kavallieri Taljani Carlo Mazzinghi u Ludovico Cassano  kienu nvoluti fi dwell.

Ghalkemm tradizzjonalment ix-xabla kienet l-arma preferuta ghad-dwell, l-ewwel darba li ntuzaw pistoli f’Malta aktarx  kien fl-1596. Dan kien fi dwell bejn zewg kavallieri Sqallin Fra Nicola Zumbo u Fra Jacono Zumbo, zewgt ahwa li mid-dehra ma tantx kellhom biex jiftahru ghall-kondotta taghhom.

Kaz kurjuz hafna li wassal zewg kavallieri ghad-dwell, liema mottiv hu maghruf gara fiz-zmien il-Gran Mastru Alof de Wignacourt (1601 -1622). Fil-fatt, f’dan id-dwell kien involut in-neputi ta’ l-istess Gran Mastru, Henri de Lancy de Brains, li kien xela lil Fra Francesco del Antella (li kien jokkupa l-kariga ta’ segretarju tal-Gran Mastru) li qed jivvalena lil zijuh. Kien kollu ghalxejn li Del Antella pprova b’kull mod jevita’ dan id-dwell ghax De Brains ma ried jisma’ b’xejn u baqa’ jippersisti bl-akkuzi tieghu.

Id-dwell sar u n-neputi tal-Gran Mastru waqa’ mejjet bix-xabla ta’ Del Antella tniffidlu qalbu. Is-segretarju soghbien talab lill-Gran Mastru Wignacourt biex voluntarjament jezilja ruhu, izda l-Gran Mastru li kien maghruf hafna ghall-gustizzja tieghu wara li gharbel sewwa c-cirkustanzi tal-kaz ordnalu biex ikompli jaqdi dmiru bhala segretarju tieghu.        

Sintendi l-kazi spissi tad-dwell fost il-kavallieri beda jinkwetaw  hafna l-Gran Mastri, l-aktar meta kien jispicca b’xi feriment serju jew b’mewt ta’ wiehed mill-protagonisti. Peress li l-maggoranza tal-kavallieri kienu mnisslin mill-aqwa familji ta’ l-Ewropa, huma kienu kburin bil-pozizzjoni taghhom, u ghalhekk, ma l-icken nuqqas ta’ ftehim bejniethom huma kienu jisfidaw lil xulxin ghad-dwell. Ironikament, minhabba l-unur tal-familja, hadd minnhom ma seta’ jirrifjuta l-istedina ghad-dwell, anki jekk l-isfidant, bl-accettazzjoni ta dwell kienet tfisser feriment gravi jew mewta certa.

Id-diversi kazi tad-dwell li fihom kienu jkunu involuti l-kavallieri, mhux biss jaghtuna stampa reali ta’ l-arroganza u l-ghira li kienet tezisti fost il-kavallieri, izda juruna car u tond  li l-ligijiet horox li ghamlet l-Ordni biex twaqqaf din id-drawwa fost il-membri taghha ma sew ghal xejn. Xorta wahda xi whud minnhom kienu jsibu mezz jaqtghu l-ghatx tal-vendetta taghhom billi jew jiftehmu li jiltaqghu f’postijiet ‘il boghod mill-bliet inkella jistennew il-waqt li jkunu ‘l boghod minn xtut dawn il-gzejjer.

Biex l-Ordni tkompli tifrex l-kmand taghha, kif ukoll trazzan kemm tista’ din il-pjaga li maz-zmien saret stigma, fiz-zmien il-Gran Mastru Antoine de Paule (1623- 1636) wissiet, li dawk il-kavallieri u n-novizzji li jekk jinqabdu b’reati ta’ dwell f’Malta, fi Sqallija, fuq ix-xwieni jew f’xi postijiet ohra, xorta wahda jitqiesu bhala hatja ta’ dwell. L-istess ligijiet kienu jorbtu wkoll lil dawk il-kavallieri li kienu jinqabdu jidwellaw f’toroq ohra fil-belt. Dawn  kienu jigu akkuzati quddiem it-tribunal bhala hajta tad-dwell u kienu jigi moghtija sentenza ta’ habs fil-Kastell ta’ Sant’ Anglu  jew jigu eziljati minn Malta.       

9


Maz-zmien hafna mill-kavallieri kienu saru arroganti ferm. Insibu kazi fejn kavallieri ta’ l-istess lingwa hajru lil shabhom jiehdu sehem maghhom fi dwell kontra kavallieri ohra. Fl-10 ta’ Ottubru 1657, fiz-zmien il-Gran Mastru de Redin (1657-1680) kienet saret ligi li kienet tghid, li jekk isir xi dwell minn kavallieri jew novizzji, tnejn kontra tnejn jew izjed b’kull ghamla ta’ arma, kemm f’Malta kif ukoll barra xtutna  huma jigu mixlija bhala hatja u mwahhla skont l-istatut u l-ordinanzi li jitrattaw id-dwell. 

 

 

Ikompli..


 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2011. All rights reserved.
1