Ovvjament,
min kien fil-militar jew qara dwaru jaf tajjeb kemm dan il-korp
hu strett u ghajjur ghall-gieh ir-rekluti li jidhlu fih, u minhabba
hekk, kull min kien jingagga fih ried ikollu kondotta nadifa. Bhala
korp kien kontra d-dwell u ma’ riedx lill-membri tieghu jiddwellaw.
Ironikament, ghalkemm bhala korp miltari kien jahfer lil dak l-ufficjal
li jkun mistieden ghad-dwell, min kien jirrifjuta stedina ghad-dwell
kien jibqa’ maghdud bhala gifa fost shabu, jitlef giehu maghhom
u sahansitra l-karriera tieghu.
Fatt ckejken li jsahhah din t-tezi hu dak li gara fiz-zmien meta
l-Gvernatur Hasting (1824 -1826 ) kien il-kmandant tat-truppi f’Malta.
Darba ghazel persuna li kellha tkun promossa ghall-fizzjal fir-rigment
tal-Maltin, izda meta sema’ li l-persuna maghzula darba gie mistieden
ghad-dwell minn fizzjal iehor ta’ l-istess rigment u rrifjuta li
jiddwella huwa regga’ lura d-decizjoni tieghu. Meta l-persuna kkoncernata
semghet bid-decizjoni tal-kmandant talbet biex minnufih tkellmu,
u meta matul it-tahdita taghhom zvelat mal-kmandant li hu kien diga’
ha sehem fi tliet dwellijiet ohra, Lord Hasting bla tlaqliq wiegbu,
li kien ghajb ghalih li ma riedx jiddwella ghar-raba’ darba wkoll.
Insibu li sal-1841 darbtejn biss il-hatja gew arrestati u fiz-zewg
okkazjonijiet instabet skuza u gew mehlusa. Izda fl-1842 l-istorja
nbidlet, u beda jsir il-haqq ma’ min kien jinqabad jidwella kif
se naraw f’dawn it-tliet kazi:
Fl-4 ta’ Mejju ta’ l-1802 qrib il-bieb tal-Forti tas-Salvatur l-Birgu
sar dwell bejn il-kurunell Baylis tar-Rigment Sessex u l-kaptan
Newman ta’ l-ewwel Battaljun tal-Lancashire Fusiliers. Ir-ragunijiet
ewlenin li kkawzaw dan id-dwell u li fih il-kaptan Newman safa ferut
gravi u miet fit-13 ta’ Mejju kienet mara u l-ghira sfrenata tal-kurunell
Baylis. Dan il-kurunell gie arrestat, mixli bi qtil, imghoddi Qorti
Marzjali u s-sentenza ntbaghtet l-Ingilterra biex tigi ffirmata
mir-Re. Wara rrizulta, li l-kurunell Baylis gie mehlus, bl-iskuza
li l-istedina ghad-dwell giet mibghuta mill-kaptan Newman u mhux
minnu.

Kaz
iehor ta’ dwell kien dak li sehh fl-ghodwa ta’ 20 ta’ April bejn
John Williams, messman tal-bastiment Ingliz Regulus u l--logutenent
David Calleway. Iz-zewgt irgiel flimkien ma’ parrinu wiehed erhewla
lejn ghalqa fil-Furjana li kienet taghti ghal fuq Marsamxett bil-hsieb
li jidwellaw sal-mewt jew sakemm il-parrinu jkun sodisfatt u jitfa’
l-kappell tieghu fl-art.
Fid-dwell
intuzaw il-pistoli. Wara li hlew il-balal kollha bla hadd minnhom
ma gie ferut, John Williams ried li ssewwu l-bicca ta’ bejniethom
izda Calleway ma accettax. Ghalhekk il-parrinu tela’ l-belt biex
jixtri l-polvri u rega’ lura ftit tal-hin wara. Iz-zewgt irgiel
minnufih imlew mill-gdid il-pistoli taghhom, marru f’posthom ( tnax-il
pass imbeghdin minn xulxin) u mas-sinjal tal-parrinu sparaw fuq
xulxin, fejn Calleway baqa’ mejjet fil-post. John Williams gie arrestat
u mixli bi qtil ta’ Calleway, izda wara l-process tieghu ntbaghtet
talba lill-Gvernatur Sir Thomas Maitland (1813 -1824), dan wara
li kellem lit-tliet imhallfin tal-Qorti kriminali u heles lil Williams.
Kaz iehor kurjuz hafna gara fl-10 ta’ Gunju 1809 bejn Pietru Dena’
u Karlu Buscioni. Dawn kellhom xi jghidu f’hanut mimli bin-nies
fil-belt qrib sewwasew il-Lukanda La Diana. F’hin minnhom Dena’
stieden lill-avversarju tieghu ghad-dwell u ftehmu li jiltaqghu
l-ghada xit-8 ta’ filghodu barra s-swar tal-belt.
Manwel
Zanchini, habib tal-qalb ta’ Buscioni, meta sema’ li siehbu kien
se jidwella mar isibu u pprova jdawwarlu hsiebu izda ma rnexxilux.
Buscioni kien rizolut li jzomm kelmtu u talab lil Zanchini biex
ikun parrin tieghu f’dan il-dwell. Zanchini accetta, mhux ghax qabel
ma’ dan id-dwell izda ghaliex kien miksur ma’ Dena’.
F’hin
wara Zanchini rega’ ltaqa’ ma’ Buscioni fl-istess kafe fejn qabel
kienet inqalghet il-tilwima, u meta ntebah li siehbu kien qed jistenna
lill-Dena’ biex imorru jidwellaw mill-gdid ipprova jdawwarlu hsiebu
billi fakkru li l-kwistjoni li hu kellu ma’ Dena’ seta’ jgibha quddiem
il-qorti. Meta Dena’, ghal xi raguni deher li ma zammx l-appuntament
miftiehem, Buscioni hareg mill-hanut, u Zanchini wara ftit hareg
ukoll.
F’hin
minnhom, huwa u miexi wara siehbu, Zanchini osserva li fizzjal tas-suldati
kien qed ighasses lil siehbu. Huwa minnufih rega’ lura fil-hanut,
bil-hsieb li jghaddi minn triq ohra u jgharraf b’kollox lil siehbu.
Izda hekk kif dahal fil-hanut lemah lil Dena’, mar fuqu, u talbu
biex imur mieghu halli jlaqqghu ma’ Buscioni.

Peress
li Dena’ kien miksur ma’ Zanchini rrifjuta t-talba tieghu u qallu
li hu ma xtaqx li jkollu x’jaqsam mieghu. Hawnhekk Zanchini talbu
biex jistennieh fil-hanut sakemm hu jmur ifittex lil siehbu u jghidlu
li kien qed jistennieh.
Iz-zewgt
ihbieb iltaqghu hdejn l-Qorti. Ftit wara Zanchini flimkien ma’ tfajjel
mghobbi b’zewg xwabel hareg mill-belt u qaghad jistenniehom il-Furjana,
izda meta ghadda il-hin u Buscioni ma deherx, huwa halla lit-tfajjel
il-Furjana u rega’ dahal il-belt ifittex lil siehbu. Meta ltaqa’
mieghu, Buscioni qallu li Dena’ kien talbu skuza u ftehmu li jergghu
jiltaqghu halli jirrangaw it-tilwima li kellhom bejniethom quddiem
il-parrinijiet. Zanchini kuntent, rega’ lura lejn il-Furjana u ha
x-xwabbel id-dar.
Peress
li l-pulizija kienet saret taf b’dan id-dwell arrestat kemm lil
Buscioni u lil Dena’ kif ukoll lil certu <anni Enrico li kien
ser jaghmilha tal-parrin tieghu. F’dik l-epoka kienet drawwa li
meta l-pulizija kienet tarresta xi nies ta’ kondotta tajba, minflok
titfaghhom il-habs, huma kienu jigu mitluba li jibqghu maghluqa
fi djarhom sakemm il-gustizzja tindaga l-kaz sewwa.
Fit-12
ta’ Gunju 1809 Buscioni kiteb ittra lill-imhallef tal-kriminal,
u wara li stqarrlu li l-kwistjoni li kellu ma’ Dena’ kienet irrisolviet
ruhha, talbu permess biex hu jithalla jmur il-qorti biex jitlob
li jigi mehlus mill-arrrest u b’hekk ikun jista’ jkompli jiehu hsieb
in-negozju tieghu. Dena’ wkoll kiteb ittra ohra lill-Gvernatur,
fejn wara li gharrfu li l-kwistjoni li kellu ma’ Buscioni kienet
spiccat talbu biex johrog digriet li bih jehles mill-arrest lilu
u lil dawk kollha li kellhom x’jaqsmu mal-kwistjoni.
|