Joseph Serracino writes about soprano Maria Callas

Maria Callas kienet meqjusa bhala l-aqwa sopran tas-seklu ghoxrin. L-ammiraturi taghha kienu jqisuha bhala l-aqwa Diva li qatt dehret fit-teatri ta' l-opra madwar id-dinja, waqt li l-interpretazzjoni taghha ta'  diversi karattri ta’ l-opri li l-kritici ta' dan il-generu muzikali minn dejjem kienu jqisuhom bhala difficli, maz-zmien ghamluha leggendarja.

Written by Joseph Serracino

 
 
 

Maria Callas twieldet f’New York fl-1923 minn genituri Griegi. Meta ommha u missierha sseparaw fl-1937, hi nghaqdet ma’ ommha fil-Grecja ghalkemm jinghad li ma tantx kienet taqbel maghha. Wara snin ta’ studju intensiv fil-konservatorju ta’ Atenni, Callas bdiet il-karriera taghha ma’ kumpanija ta’ l-opra, izda fl-1945 regghet lura l-Amerika biex hemmhekk tkompli bil-karriera taghha bhala kantanta ta’ l-opra.

Callas bdiet il-karriera taghha fl-eta’ tenera ta’ 15-il sena f’Atenni fejn kienet interpretat b’success il-parti ta’ Santuzza fil-Cavalleria Rusticana (1890) ta’ Mascagni. Sentejn wara ffirmat kuntratt bhala kantanta professjonali u kantat il-partijiet ta’ Flora Tosca fit-Tosca (1900) ta’ Puccini u Leonora f’Fidelio (1805) ta’ Beethoven. Izda m’hemmx l-icken dubju li l-interpretazzjoni tal-Giaconda fil-Giaconda (1878) ta’ Ponchielli fl-Arena ta’ Verona fl-1947 kien il-bidu ta’ kullana twila ta’ successi kbar li kisbet tul il-karriera brillanti taghha.

Wara s-success f’La Gioconda, Callas bdiet tinterpreta diversi karattri li l-kritici kienu iqisuhom bhala ghadma ghal kull sopran ta’ zmienha biex tinterpretahom tajjeb, fosthom dak ta’ Turandot (1926) ta’ Puccini u Isolde f’Isolde u Tristan (1865) ta’ Wagner. Il-laqgha taghha mal-famuz direttur Taljan Tullio Serafin ghenitha hafna biex tirfina l-vuci drammatika taghha, kif ukoll taht il-gwida tieghu qalbet ghall-Bel Canto u nterpretat il-karattri principali ta’ diversi opri ta’ Bellini, Donizetti u  Rossini.

F’qasir zmien Maria Callas saret l-idolu ta’ l-udjenzi kbar li kienu jhobbu l-opra madwar id-dinja kollha. Bil-hila taghha rnexxielha taghti l-hajja mill-gdid lil bosta karattri operistici li kienu ilhom snin twal ma jinstemghu u regghu sabu posthom fir-repertorju ta’ l-aqwa teatri. Il-vuci taghha, li skond il-kritici ma kinitx sabiha daqs tas-sopran Renata Tebaldi, li xi whud kienu iqisuhom bhala l-akbar zewg rivali fuq il-palk ta’ l-opra, kienet maghguna ma’ timbru qawwi ta’ emozzjoni waqt li l-arti drammatika taghha bdiet tigbed udjenzi kbar li kienu lesti li jhallsu flejjes kbar biex jarawha. F’qasir zmien, l-interpretazzjonijiet emozzjonali taghha ta’ diversi karattri operistici pogguha fuq pedestall li l-ebda sopran ohra ta’ zmienha qatt ma rnexxielha titla’.

It-timbru vokali ta’ Maria Callas kien uniku u taghrfu mill-ewwel. Il-kwalitajiet artistici li kellha maghgunin ma’ l-abbilta’ drammatika qawwija li kienet tippossjedi tat libsa gdida lil diversi karattri ewlenin u ghamlithom popolari aktar. L-interpretazzjoni qawwija u artistika taghha ta’ dawn il-karattri dejjem lahqu kalibru gholi, u kull sopran li kienet tinterpretahom dejjem ippruvat tqarreb kemm tista’ lejn dan il-livell. Il-kapacita' flessibbli taghha f’dawn l-interpretazzjonijiet kienet tghaggeb lil bosta kantanti li kienu jkantaw maghha, waqt li l-partecipazzjoni taghha f’diversi opri kienet meqjusa bhala garanzija ta’ udjenzi kbar ghall-imprezarji ta’ kull teatru.

 

Bosta tenuri u baritoni ta’ fama mondjali sostnew, li l-kobor ta’ Maria Callas ma kienx dovut biss ghall-interpretazzjoni qawwija taghha u ghat-teknika vokali li kienet tippossjedi, izda l-aktar ghall-kapacita’ rari li kellha, li f’inqas minn erbgha u ghoxrin siegha kienet kapaci tkantalek zewg opri fejn il-karattri taghhom ikunu kompletament differenti minn xulxin, nghidu ahna FloraTosca fit-Tosca  ta’ Puccini u Rosina fil- Barbiere di Siviglia (1816) ta’ Rossini.

Bosta kittieba ta’ l-opra jsostnu, li jekk f’hajjitha Maria Callas irnexxielha ssahhar ghal warajha eluf u eluf kbar ta’ ammiraturi ta’ l-opra madwar id-dinja, 32 sena wara mewtha ghadha tgawdi popolarita’ kbira, u dan jikkonfermah il-bejgh ta’ madwar tliet kwarti ta’ miljun kopja ta’ diski u Cd’s ta’ kull sena. Dwarha nkibtu bosta kotba u artikli f’rivisti internazzjonali kif ukoll ghadhom isiru dokumentarji dwar hajjitha. Maria Callas kellha repertorju vast hafna li dan kien jinkludi opri ta’ Gioacchino Rossini, Vincenzo Bellini, Gaetano Donizetti, Richard Wagner, Giuseppi Verdi, Giacomo Puccini, Amilcare Ponchielli, Pietro Mascagni, Ruggiero Leoncavallo, Umberto Giordano u ohrajn, kif ukoll operetti u ghadd kbir ta’  recitals.

Kantanti kbar li kantaw maghha jghidulek li Callas kienet artista eccezzjonali u li bil-kapacita’ drammatika taghha rnexxielha ssawwar u taghti l-hajja mill-gdid lil diversi karattri operistici li kienu ilhom is-snin mejta, u li l-ebda sopran ohra qatt ma holmot li tinterpreta l-parti taghhom. Maria Callas kienet tghaggeb lil kull min kien jismaghha u s-swali tat-teatri kull fejn kienet tkanta kienu jkunu mballati bin-nies u b’kjuwijiet  twal ta’ nies jistennew barra forsi jirnexxielhom jarawha diehla fit-teatru.

Maria Callas hi meqjusa bhala l-aqwa sopran ta’ kull zmien u l-interpretazzjonjiet taghha ta‘ diversi karattri operistici bhalma huma ta’ Violetta f’La Traviata, Gilda fir-Rigoletto, Butterfly f’Madama Butterfly, Medea, Leonora f’ Il Trovatore, Norma,  Flora Tosca fit-Tosca, Mimi f’La Boheme, Lucia f’Lucia di  Lammermoor u se jibqghu immortali fuq id-diski ghall-generazzjonijiet ta’ warajna. Hafna mill-kritici jqishu dawn il-recordings  bhala l-aqwa fost dawk li qatt gew irrekordjati. Personalment ma niskantax meta naqra, li f’dawn ir-recordings jinhass hafna l-eccitament li din il-kantanta celebri kienet kapaci tohloq f’kull opra li tkanta  - emozzjoni li bil-hila ta’ l-arti drammatika taghha maghguna mat-timbru vokali li kienet tippossjedi kienet iggieghlek thoss id-dieqa li ggib maghha l-firda u n-niket ikkawzat mill-mewt, id-dwejjaq u s-solitudni ta’ abbandun, l-eccitament u l-genn tad-dillirju, il-biza’ tat-tradiment, id-dieqa tal-mard u l-qtigh il-qalb li jgib mieghu t-terrur, kif ukoll il-ferh u l-emozzjoni li ggib maghha l-imhabba.

Jekk tul il-karriera taghha Callas kantat ma’ l-aqwa kantanti ta’ opra ta’ zmienha,  m’hemmx l-icken dubju li mat-tenur Giuseppe di Stefano kisbet l-aqwa successi taghha. Ma’ dan it-tenur Sqalli li miet sentejn ilu u l-baritonu Tito Cobbi, Callas irrekordjat diversi opri li sal-lum, alavolja xi whud minn dawn ir-recordings huma rrekordjati mono xorta wahda  huma klassifikati bhala unici u ta’ klassi ghalihom.  L-impenn ta’ dan il-kast formidabbli (Di Stefano - Callas - Cobbi ) kien li jipprova jersaq lejn il-perfezzjoni f’kull interpretazzjoni li kienu jaghtu f’diversi teatri ta’ l-opra madwar id-dinja. U dan kienu jaghmluh ghaliex fi zmienhom kien hemm kast iehor famuz kompost minn Mario Del Monaco, Renata Tebaldi u Gino Bechi  li kien qed jaghmel furur kbir f’kull teatru fejn kien jidher.

Jghidulek li Maria Callas kellha karriera qasira. Dan mhu veru xejn ghaliex meta wiehed iqis li mit-2 ta’ April 1939 sal-5 ta’ Lulju 1965 Callas tat aktar minn 600 rapprezentazzjoni ta’ 40 opra u operetta fir-repertorju taghha allura wiehed mill-ewwel tintebah il-kobor taghha. Sintendi Callas kantat fl-aqwa teatri ta’ l-Ewropa u d-debutt taghha f’Covent Garden ta’ Londra kien fl-1952 bl-opra Norma (1831) ta’ Vincenzo Bellini mbaghad estendiet il-mawriet taghha f’Mexico, Beunos Aires u fil-Metropole ta’ l-Amerika. Tajjeb li wiehed ifakkar ukoll li l-opra ta’ Donizetti  Lucia di Lammermoor’  kienet l-ewwel opra li Callas irrekordjat fuq id-diski fl-1953, waqt li bit-Tosca ta’ Puccini li rrekordjat fl-1964 temmet s-sensiela twila ta’ recordings ma’ kantanti celebri. Meta din is-sopran famuza rtirat mill-opra hadmet Media ghad-direttur Taljan Pier Paolo Pasolini, izda dan il-film ma  kisibx success.

Maria Callas mietet kawza ta’ attakk tal-qalb fis-16 ta’ Settembru fl-1977 fl-eta ta' 53 sena fl-appartament lussuz taghha li kellha f'Parigi -  kwazi solitarja minn dawk kollha li tant habbet f'hajjitha. }afna hbieb tal-qalb taghha sostnew li Maria mietet b’qalbha maqsuma wara li kien telaqha l-miljunarju Aristole Onassis biex jizzewweg lil Jacqueline Kennedy - mart il-president Amerikan John F. Kennedy li kien gie assassinat f’Dallas fit-22 ta’ Novembru 1963. Ghall-imhabba ta’ Onassis, Maria telqet kollox, ittraskurat il-karriera brillanti taghha kif ukoll lil zewgha Giovanni Battisa Meneghini - miljunarju anzjan, li ghalkemm fl-eta’ kien akbar minnha u fid-dehra kien jidher qisu missierha kien ihobbha tassew.

Din kienet Maria Callas - id-diva li sahhret ghal warajha l-akbar udjenzi li qatt ippakkjaw it-teatri ta’ l-opra madwar id-dinja ...


 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2011. All rights reserved.
1