Joseph Serracino writes about Funeral Folklore

Ix-xahar ta’ Novembru, lilna l-insara jfakkarna fl-gheziez mejtin taghna, u matulu ahna obbligati li mhux biss li niftakru aktar fihom fit-talb taghna, izda wkoll li mmorru nzuru l-oqbra taghhom fic-cimiterju.

Dan l-ahhar gew f’idejja ftit ritratti antiki u fosthom gibduli l-attenzjoni xi ritratti minnhom li ghandhom rabta kbira mal-mewt. Wiehed minnhom kien tal-Vjatku li llum m’ghadux isir, u l-iehor kien tal-Karru tal-Mejtin li sfortunatament posthom illum haduh il-karrozzi.

 

Joseph Serracino

 
 
 

Zewg ritratti li lili jfakkruni fi tfuliti meta bhala abbati kont niehu  sehem fihom. Il-purcissjoni tal-Vjatku ilha li spiccat is-snin, izda min ghandu qrib il-50 sena u fuqhom nahseb li jiftakarha tajjeb, waqt li l-Karrijiet tal-Mejtin, kemm dawk ta' l-adulti  kif ukoll dawk tat-tfal m’ilhomx daqshekk neqsin mit-toroq taghna.

Kienet drawwa taghna l-Maltin li meta marid ikun wasal biex imut jaghmlulu l-ahhar sagramenti u jwasslulu lil Gesu Ewkaristija permezz tal-Vjatku. Jinghad li fl-antik  kienu jsiru zewg tipi ta’ vjatku, dak normali u l-kbir ( tal-morda).

Il-Vjatku l-Kbir

Dak normali, il-qassis kien jimxi taht l-umbrella merfugha minn fratell wara l-istandard tas-Sagrament, waqt li fartell iehor kien jakkumpanjah bid-daqq ta’ qanpiena ckejkna biex jigbed l-attenzjoni tan-nies migbura fit-toroq jew fi djarhom li ghaddej il-vjatku. Meta l-vjatku kien johrog fix-xita, il-qassis kien jitwassal sa ghand il-moribond fis-Suggetta, li dari kienet forma ta’ transport li kienu juzawha l-ghonja, merfugha fuq zewg lasti minn erbat irgiel.

Dari, meta t-tabib tal-familja kien josserva li l-marid jkun qaleb ghall-aghar, kien jitlob lill-kappillan biex isirlu l-Vjatku, li kien johrog f’kull hin, anke bil-lejl, akkumpanjat minn hames tokki ripetuti tal-qanpiena tal-knisja. Meta l-vjatku kien isir tard filghaxija, l-abbatini u l-irgiel kienu jakkumpanjawh bil-fanali mixghulin, waqt li n-nies kienu jpoggu l-lampi tal-pitrolju jew jixeghlu xi xemgha u jqieghduha fit-twieqi biex jaqtghu xi ftit mid-dlam. Jinghad li fiz-Zejtun u f’lokalitajiet ohra , meta kien ikun ghaddej il-Vjatku, kienu jinghalqu l-hwienet ta’ l-inbid u l-irgiel kienu johorgu fit-triq, jintefghu gharkubbtejhom u jitolbu ghall-moribond.

Il-Vjatku l-Kbir, maghruf bhala tal-morda, kien isir  tmint ijiem wara l-Ghid il-Kbir fil-ghodu kmieni b’purcissjoni li fiha kienu jiehdu sehem l-abbatini u l-kleru tal-parrocca. Dawn kienu jimxu wara l-istandard tas-Sagrament u l-fratelli. Warajhom kien jimxi fratell bl-umbrella u c-celebrant bil-Pissidi f’idu taht il-baldakkin merfugh minn erba’ jew sitt fratelli. Peress li l-Vjatku kien jghaddi mit-toroq ewlenin, meta l-marid ikun joqghod fi triq sekondarja, ic-Ċelebrant, flimkien ma’ zewg abbatini jgorru s-salta ta’ l-ilma mbierek, il-purifikatur, il-korporal u ktieb tat-talb, kien jaqsam it-triq taht l-umbrella waqt li l-kleru u n-nies kienu jibqghu fit-triq jitolbu ghall-moribond.       

Ghalkemm illum il-Vjatku m’ghadux isir bhal dari, wiehed ta’ spiss josserva xi sacerdot, li b’qima kbira jkun qed igorr fuqu lil Gesu Ewkaristija biex iwasslu ghand il-morda, li b’herqa kbira jkunu qeghdin jistennewH u b’tama kbira f’qalbhom jitolbuH li jkollu hniena minnhom, ifejjaqhom u jsalvalhom ruhhom.

Tajjeb li wiehed jghid ukoll li sa qabel il-Koncilju, dan is-sagrament li kien jissejjah il-Grizma tal-Morda kien ikkonsidrat bhala l-ahhar  tislima lill-marid qabel imut. Fil-fatt, dan is-sagrament kien jinghata fl-ahhar mumenti ta’ hajjet il-marid, u jekk l-imsejken moribond ikun ghadu f’sensih,  aktarx li kif kien jara lis-sacerdot magenbu qed jamministralu s-sagrament kien  jimtela bil-biza’ ghax jirrelizza li jkun wasal f’xifer il-mewt. Minhabba din il-biza’, il-knisja bidlet l-isem, u llum jissejjah is-Sagrament tal-Morda. Dan is-sagrament illum qed jigi amministrat bhala talba lill-Mulej ghall-fejqan fiziku tal-marid, u mhux bilfors jigi amministrat meta l-marid ikun wasal fl-ahhar, izda jista’ jigi amministrat diversi drabi fuq l-istess marid f’perijodi differenti.

Nota dwar is-Suggetta: Fortunatament f’diversi muzewijiet ta’ parrocci antiki nsibu numru ta’ Suggetti li kienu nghataw minn xi familji ghonja biex jintuzaw ghall-Vjatku.

(Is-Suġġetta li kienet tintuża waqt il-Vjatku)

Il-Karrijiet tal-Mejtin
Ritratti ohra  li ghandi quddiemi jirrapprezentaw diversi  Karrijiet  tal-Mejtin u jien  nhares lejhom ftakart fil-Palazz ta’ l-Inkwizitur tal-Birgu. F’wahda mis-swali kbar li jhaddan dan il-palazz antik li fih issawret l-Istorja ta’ l-Inkizizzjoni f’pajjizna hemm esebiti ghadd gmielu ta’ karrijiet tal-mejtin li kienu jintuzaw f’pajjizna madwar tletin sena ilu jew ftit aktar.

Niftakar li dawn il-karrijiet kellhom skultura sabiha kulur id-deheb, bil-hgieg fil-gnub u jinfethu b’bieba fuq wara. Normalment dawn il-karrijiet kienu migbudin b’erba’ zwiemel suwed waqt li l-kuccier u r-reffiegha kienu jilbsu l-iswed ukoll.

Liz-zwiemel kienu jxeddulhom il-faldrappa sewda u rixa twila sewda fuq rashom. Wara l-karru tal-mejtin kienet timxi bil-mod karrozzella zghira sewda b’zewg bibien ghas-sacerdot u zewg abbatini, wiehed bis-salib u l-iehor bis-salta ta’ l-ilma mbierek. Din il-karrozzella kienet tingarr ukoll minn zewg zwiemel suwed.

Meta l-isfortuna kienet tmiss lil xi tarbija jew xi tifel jew tifla taht it-12-il sena, il-karru kien ikun abjad (kulur it-tebut) u z-zwiemel  gieli kienu jkunu bojod ukoll, waqt li dawk tal-karrozzella (tal-qassis) kienet tingarr minn zewg zwiemel suwed. Meta d-dfin kien isir f’cimiterju ta’ xi rahal, il-karru tal-mejtin kien jwassal il-katavru sal-kancell, imbaghad it-tebut kien jitwassal sal-qabar fuq l-ispalla akkumpanjat  mis-sacerdot u mill-abbatini, izda meta d-dfin kien isir fic-~imterju ta’ Santa Marija Addolorata, il-karru u l-karrozzella bis-sacerdot kienu jwasslu lill-katavru sa hdejn il-qabar.

Illum il-karrijiet tal-mejtin m’ghadniex narawhom iterrqu fit-toroq taghna ghax xogholhom kif nafu qed isir bil-karrozzi. Mat-tmiem taghhom, mhux biss spicca l-biza’ li xi ziemel jista’ jisfrattalek waqt xi funeral, izda jkollna naccettaw il-fatt li mat-tmiem taghhom  inghalqet ukoll pagna ohra tal-folklor taghna.

(Karru Funebri armat)

   
 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2011. All rights reserved.
1