Joseph Serracino writes about Fortifications in Cottonera

Ritratt sabih tas-swar tal-Kottonera li juri tabilhaqq il-kobor u l-isbuhija taghhom hajjarni biex ghal din il-harga nikteb xi haga fil-qosor dwarhom. Kif nafu,  dawn is-swar  majestuzi  jhaddnu warajhom il-bliet antiki tal-Birgu, l-Isla u Bormla – tlett ibliet bi storja kbira u folklor li hafna minna tant qraw u semghu dwarhom

 

Joseph Serracino

 
 
 

Biex id-destin ikompli jghaqqad flimkien lil dawn il-bliet storici, il-Gran Mastru Nikola Cottoner, ghal skop ta’ diviza, dawwarhom b’linja ta’ swar b’sahhithom u qawwijin li baqghu msemmijin ghalih - is-Swar tal-Kottonera. Ironikament fl-istess zmien kienet qed tinbena linja ohra ta’ swar madwar dawn il-bliet maghrufa bhala ta’ Santa Margerita. Issib hafna li jistaqsu x’kienet ir-raguni li nbnew zewg linji ta’ swar madwar il-Kottonera. Mistoqsija valida li jaghmluha hafna nies u biex wiehed iwegibha  jkollu jqalleb il-pagni ta’ l-istorja.

Wara l-Assedju l-Kbir kien stmat li biex il-kavallieri jergghu jibnu mill-gdid is-swar tal-Birgu, tal-Isla u ta’ Sant’ Anglu  kien se jiswa lill-kaxxa ta’ l-Ordni daqs kemm l-istess Ordni kellha bzonn flus biex tibni belt gdida fuq l-Gholja Sciberras. Izda minkejja li fl-1568 kienet ittiehded decizjoni biex jibnu dawn is-swar, il-biza’ ta’ xi assedju iehor fil-qrib biddel din id-decizjoni u minflok saret biss manutenzjoni mghagga hafna.

Kien zmien meta il-koncentrazzjoni u l-energija tal-kavallieri kienet aktar koncentrata fuq il-bini tal-belt gdida. Id-decizjoni li tinbena belt fortifikata fuq l-Gholja Sciberras kienet ittiehded f’Marzu ta’ 1566, izda meta fl-1633 l-ispiji ta’ l-Ordni gharrfu lill-Gran Mastru li t-Torok kienu qeghdin jhejju flotta kbira, l-Ordni minnufih ordnat spezzjoni fuq is-swar tal-bliet tal-Isla u l-Birgu u kien smat li biex issir il-manutenzjoni u tishih fuqhom kienet  tehtieg is-somma ta 33,000 skud.

Mal-hatra tal-Gran Mastru Lascaris fl-1636 gera l-ghejdut li t-Torok kienu se jassedjaw lil Malta, u aktarx li l-biza’ ta’ assedju iehor ghen hafna fil-process li tinbena l-ewwel linja ta’ swar madwar il-bliet tal-Isla, Bormla u l-Birgu, dik maghrufa bhala ta’ Santa Margerita.

Is-Swar ta’ Santa Margerita

Fl-1638 wasal Malta l-inginier militari Vincenzo Maculano minn Firenzuola, u dan mill-ewwel enfasizza li l-Gholja ta’ Santa Margerita kienet l-aktar post dghajjef ghad-difiza tal-Port il-Kbir Jekk din l-gholja strategika kienet taqa’ f’idejn l-ghadu, dan seta’ facilment jikkontrolla liz-zewgt ibliet tal-Isla u l-Birgu.       

Fuq parir tal-Kunsill ta’ l-Ordni, il-Gran Mastru kkummissjona lil Firenzoula biex jippjanta linja ta’ swar li kienu kapaci jsahhu d-difiza tal-ibliet. Peress li meta nbeda x-xoghol fuq is-swar ta’ Santa Margerita fl-1638, f’xi partijiet mis-swar tal-bliet tal-Birgu u l-Isla kienu ghadhom imgarrfa, fis-26 ta’ Novembru 1638 Firenzuola pprezenta l-pjanta ta’ linja ta’ swar b’sahhithom b’sitt bastjuni f’forma ta’ nofs cirku li kienet tibda mill-foss tal-Birgu, iddur ma’ Bormla u tasal sal-Isla. Din il-linja ta’ swar kienet stmata li se tiswa lill-Kunsill  ta’  l-Ordni 70,000 skud.

Xi kritici li kienu kontra dan il-progett ilmentaw mal-Ordni li skond il-kalkoli taghhom l-ispiza ta’ dawn is-swar kienet se taqbez sew il-100,000 skud,  se jiehdu hafna zmien biex jistlestew u finalment trid eluf ta’ suldati biex jiddefenduhom. Mid-dehra l-Gran Mastru ftit li xejn ta kas dawn l-ilmenti ghaliex kollox baqa’ sejjer kif kien ippjanat bl-ewwel gebla ta’ din il-linja tas-swar (Santa Margerita) titqieghed fit-30 ta’ Dicembru 1638. Il-bieb ewlieni ta’ dawn is-swar huwa dak ta’ Santa Elena.

Ġara izda li peress fl-istess zmien kien inbeda wkoll ix-xoghol fuq is-swar tal-Furjana fuq pjanta ta’ l-inginier  Pietro Paolo Floriani, kien hemm perijodi ta’ zmien fejn x-xoghol fuq is-swar ta’ Santa Margarita kellu jieqaf kemm minhabba nuqqas ta’ rizorsi ta’ flus kif ukoll nuqqas ta’ haddiema.

Kien proprju fl-1736 meta s-swar ta’ Santa Margerita tlestew u warajhom ghalqu t-tlett ibliet u Dahlet ix-Xwieni li fiha kienu jsorgu x-xwieni ta’ l-Ordni. B’danakollu ghalkemm din il-linja ta’ swar kienet tinkludi fiha sitt bastjuni, xi inginiera militari sostnew li ghalkemm is-swar kienu gholjin u jidhru b’sahhithom, dawn ma kinux jifilhu assedju fit-tul. Il-linja tas-swar ta’ Santa Margerita kellha seba’ bibien, izda illum baqa’ biss dawk ta’ Verdala u ta’ Santa Liena.

Is-Swar tal-Kottonera
Jidher car li l-Gran Mastru Nikola Cottoner (1663) ma kienx kuntent bil-linja tas-swar li kienet qed tinbena fuq l-Gholja ta’ Santa Margerita. Huwa  ta’ spiss kien jisma’ bl -ilmenti ta’ xi whud mill-inginieri militari dwar id-dghjufiha  taghhom u l-biza’ li jekk l-ghadu jirnexxielu jehodhom, kien jahtaf lill-Birgu u lill-Isla taht idejh u jdawwar il-kanuni taghhom ghal fuq il-Belt Valletta.

Meta fl-1669 it-Torok hatfu l-gzira ta’ Candia u beda jinfirex l-ghajdut li issa kien imiss il-gzira ta’ Malta, il-Kunsill ta’ l-Ordni haseb biex minnufih isahhah id-difiza tal-port, u ghalhekk talab lill-inginier Antonio Maurizio Valperga biex jaghmel rapport fuq id-difiza tal-gzejjer Maltin.

Fir-rapport tieghu ta’ l-1670, Valperga ssuggerixxa, li linja ta’ swar godda li jokkupaw l-gholjiet ta’ madwar il-port kienet issahhu hafna d-difiza tat-tlett ibliet kif ukoll tal-Port il-Kbir, waqt li  toffri wkoll difiza adekwata f’kaz ta’ assedju fit-tul. Il-Kunsill ta’ l-Ordni accetta s-suggeriment ta’ Valperga u talbu biex jaghmel pjanta tas-swar godda. L-ewwel gebla tas-swar tal-Kottonera ( li huma twal madwar 5 kilometri ) tqeghdet fit-28 ta’ Awissu 1670.

Ironikament din il-linja ta’ swar li kienet tikkonsisti fi 8 bastjuni u tmien  bibien ( tas-Salvatur, San Luwigi, San >akbu, Motre Dame, San Klement, l-Polverista, San Gwann u San Pawl damet madwar 100 sena biex tlestiet minhabba nuqqas ta’ flus kif ukoll ic-caqlieq ta’ haddiema li kellhom bzonnhom fuq progetti ohrajn. Kien ikkalkulat li f’kaz ta’ assedju kienu mehtiega  madwar 6,000 suldat biex jiddefenduha. Kien ippjanat ukoll li bejn iz-zewg linji ta’ swar ma jinbena xejn biex f’kaz ta’ xi assedju, din il-medda art kbira tkun tista’ taghti kenn lil madwar 50,000 persuna li kienu jghixu barra s-swar.
 

Sintendi xi whud minn dawn is-swar gew modifikati skond il-htigijiet li nqalghu matul iz-zmien. Partijiet minn dawn is-swar twaqqghu biex infethu toroq godda jew saru mini fihom. Sfortunatament xi whud mill-bibien sbieh fis-swar tal-Kottonera gew imbarrati bil-gebel fi zmien l-imblokk tal-Francizi u ghadhom hekk sal-lum.

F’dawn l-ahhar snin sar ir-restawr tal-Mina ta’ San Liena u nstab li tahtha kien hemm bieb iehor bit-tarag li aktarx xi darba kien jinfed ghal go xi mahzen fis-swar. Ħaga ta’ l-iskantament hu l-fatt, li l-gebla  li ntuzat ghall-bazi ta’ dawn is-swar ma tidherx li giet miftiefsa mill-ilmijiet u l-umdita’ li ggeneraw f’dawn l-inhawi. Fortunatament f’dawn l-iskavi nkixef  wicc il-Wied li fuqu nbnew dawn is-swar majestuzi.

   
 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2011. All rights reserved.
1