Joseph Serracino writes about Historic Convent in Cospicua

Wiehed mill-aktar kunventi antiki fil-Kottonera hu dak tal-Patrijiet ta’ l-Ordni ta’ Santa Tereza Karmelitani Skalzi gewwa Bormla. Quddiem dan il-Kunvent u l-Knisja ddedikata lid-Duttura tal-knisja Santa Tereza hemm pjazza mdaqqsa li ssebbah lil dawn l-inhawi traffikuzi. Minn fuq il-bjut tal-kunvent wiehed igib quddiemu wahda mill-isbah veduti tad-dahla pittoreska ta’ Dockyard Creek.

Joseph Serracino

 
 
 

L-istorici jghidulna li mal-qalba tas-seklu 17  Patri Xmun ta’ Gesu Marija li kien is-Superjur {enerali tal-Kongregazzjoni Taljana ta’ dak iz-zmien, xtaq li l-Ordni Terezjan jidhol f’Malta u jiftah kullegg missjunarju li seta’ jservi ta’ tahrig pastorali. Skond l-atti notarili tal-11 ta’ Dicembru 1625, l-Isqof Malti Baldassare Gagliares u ohtu Ursula kienu hargu 1500 skud biex xtraw bicca art u xi djar minghand il-kavallier Fra Claudio Decasse, biex fuqha l-Patrijiet Terezjani jkunu jistghu jibnu Kunvent u Knisja u.jiddedikawha lill-Ommna Marija taht it-titlu tal-Karmelu u lil Santa Tereza. Jinghad ukoll li l-Granmastru Antoine  de Paule (1623 - 1636) kien hareg parti mill-ispejjes tal-kunvent bil-kundizzjoni li meta jitlesta jibdew isiru fih xi rtiri ghall-kavallieri.

Il-hsieb ewlieni ghat-twaqqif ta’ dan il-kullegg f’Malta kien gej mill-htiega li l-Ordni Terezjana tghin fil-formazzjoni u fit-taghlim tal-lingwi Orjentali lil dawk il-partijiet li jkunu jixtiequ jmorru jevangelizzaw il-kelma t’Alla fl-Art Imqaddsa u fil-pajjizi tal-Lvant Imbieghed. Jinghad li meta tlesta dan il-kullegg ingiebu f’Malta l-aqwa professuri tal-lingwi Orjentali u kienu jghixu f’dan il-kunvent. Matul iz-zmien li dan il-kunvent kien jintuza’ ghat-taghlim tal-lingwi (1630-1714) xi whud mill-ghalliema ta’ sikwit kienu jintalbu biex jghinu lill-inkwizitur bhala tradutturi tal-lingwi waqt xi tribunal jew inkella bhala Kunsullieri fit-Tribunali ta’ l-Inkizizzjoni.  

Fl-imghoddi, fil-kripta li hemm taht din il-knisja kien isir id-dfin tal-patrijiet li kienu jmutu f’dan il-kunvent. Barra l-patrijiet u personalitajiet ohra midfunin f’din il-kripta hemm l-inkwizitur Carlo Cavaletti (1649-1652) li miet fis-16 ta’ Mejju 1652, kif ukoll il-pittur famuz Rokku Buhagiar u l-iskultur imsemmi Vincensio Dimech. F’wiehed mill-kurituri twal ta’ dan il-kunvent wiehed josserva diversi pitturi ta’ patrijiet li f’xi zmien jew iehor kellhom konnessjoni kbira ma’ dan il-kullegg, fosthom ta’ Patri Xmun ta’ Gesu Marija li kien minn Genova u li kif ghidt kien il-mohh ewlieni ghat-twaqqif ta’ dan il-kullegg missjunarju f’Malta. Kwadri tal-pittura ohra juru diversi patrijiet ohra li matul hajjithom taw sehem kbir lill-Ordni ta’ Santa Tereza jew baqghu msemmijin ghall-kontribuzzjoni taghhom fit-taghlim  ta’ l-istorja botanika u fir-ricerka.

Il-Kunvent

Il-kunvent tal-Patrijiet Terezjani f’Bormla, li originarjament parti minnu kienet Kullegg tal-Lingwi Orjentali nbena fl-1625, waqt li l-knisja li naraw illum u li f’dawn l-ahhar snin qed sar xi restwar fiha tlestiet fl-1632. Jinghad li fl-istess zmien il-partijiet kienu talbu lill-Granmastru Antoine  de Paule (1623 - 1636) biex tinghatalhom bicca art ohra biex ikabbru l-gnien ( liema gnien illum hu maghluq b’hajt gholi u li jestendi sa l-iskola primarja tal-Gvern ) kif ukoll biex jaghmlu pjazza ( dik li naraw illum ) quddiem il-knisja li taghti ghat-triq u li thares lejn ix-xatt u l-Birgu. Skond xi dokumenti, l-ispejjes ta’ din il-pjazza li originajament kellha tkun mdawra bil-balabostri kien ser jidhol ghalihom wiehed mill-benefatturi tal-patrijiet, izda minhabba ragunijiet personali, ismu ma jidhirx fil-kuntratt.

Meta nbniet din il-Knisja, l-inhawi taghha ma kinux kif narawhom illum. Fis-snin ta’ wara beda tiela’ l-bini madwarha, u xhieda ta’ dan il-fatt huma d-diversi djar antiki li ghadhom jezistu sal-lum f’Triq Nelson u fi Triq Matty Grima, kif ukoll l-inhawi ta’ madwar. Ghalkemm dawn id-djar m’humiex qodma daqs il-Kunvent, l-istruttura u l-gebla taghhom turik li minn fuqhom ghaddew mijiet ta’ snin.

Peress li fiz-zmien il-bini ta’ dan il-Kunvent, din id-dahla kienet mizghuda bis-sajjieda u sintendi b’diversi tipi ta’ ingenji tal-bahar, u li max-xtut ta’ Bormla u tal- faccata taghhom ( magenb il-Macina ) kienu jorbtu x-Xwieni, hafna minn dawn is-sajjieda u n-nies tal-bahar kienu jiffrekwentaw din il-Knisja. Kif wiehed jista’ jimmagina, f’dik l-epoka, in-numru ta’ patrijiet kien wiehed kbir u li l-knisja  kienet iddum aktar miftuha. Forsi z-zewg graffiti ta’ xwieni ta’ l-Ordni, esposti  mal-faccata tal-knisja, wahda fuq ix-xelluq tal-gwarnicun tal-bieb il-maggur u l-ohra, fuq il-lemin, xi zewg metri ‘l isfel mill-koxxa tal-bieb huma prova konkreta ta’ kemm din il-knisja antikament  kienet frekwentata min-nies tal-bahar.

Jien u nipprepara dan l-artiklu giet f’idejja kitba interessanti hafna, fejn il-kittieb isemmi episodju konness ma’ l-istorja ta’ din il-knisja. Fil-fatt, din il-kitba titkellem dwar it-theddid u l-biza’ ta’ Assedju iehor fi zmien il-hakma tal-Granmastru Jean-Paul de Lascaris-Castellar (1636-1657). Fl-1644, l-ispiji li kellu l-Ordni mxerrdin f’diversi pajjizi Mediterranji, fosthom dawk tat-Turkija, kienu gharrfu lill-Granmastru li t-Torok qeghdin ihejju flotta kbira biex jahbtu ghall-Malta.

Fil-fatt fl-istess zmien, 38 gifen Tork taht il-kmand ta’ Bekir Baxa nizlu f’Taranto fi Sqallija u habtet ghal Rocca Imperiale. F’dan il-hbit it-Torok hallew herba shiha warajhom u maghhom hadu madwar 200 ruh ilsiera. Peress li l-Ordni ma kellhiex flotta kbira li setghet tehodha ma’ din il-qawwa Torka, il-Granmastru beza’ li Bekir Baxa fi triqtu lura lejn pajjizu kien se jassedja lill-Malta jew jahbat ghall-gzira ta’ Ghawdex, izda b’xorti tajba l-flotta Torka baqghet sejra lejn il-Lvant.

Wara izda, li ftit jiem wara zewg Galeri ta’ l-Ordni attakkaw Galjun Tork li fuqu kien hemm it-tifel tas-Sultan Ibrahim u wahda min-nisa tieghu, u wara battalja mdemmija rebhuh u dahluh fil-Port. Din ir-rebha, minflok li kif kien jigri s-soltu   nisslet ferh fost il-Maltin bir-rebha ta’ Galjun Tork, nisslet biza’ kbira fost il-poplu, tant, li l-Granmastru minnufih talab l-ghajnuna tal-Papa u tas-slaten insara.

Sadanittant, fit-tentattiv biex iz-zewgt bliet ta’ l-Isla u l-Birgu jkollhom difiza tajba u tonqos il-biza’ ta’ xi imminar mill-ghadu minn barra s-swar  (bhalma kien gara fl-Assedju l-Kbir ta’ l-1565) il-Granmastru ordna, li l-kunvent ta’ Santa Tereza, li skond l-inginiera ta’ l-Ordni, l-ghadu seta’ juzah biex minn fuqu  jattakka lill-Isla u lill-Birgu jigi imminat bil-porvli, biex f’kaz ta’ Assedju jtajruh qabel jittiehed mill-ghadu.                

Fil-fatt fil-gonna ta’ dan il-kunvent jezistu diversi gherien li xi whud minnhom jinghad li jaghtu ghal gol-Birgu. Xi whud jahsbu, li dawn l-gherien li aktarx sahansitra jaslu sal-palazz ta’ l-inkwizitur kienu jaghmlu parti minn ghadd ta’  passaggi sigrieti li gew imhaffra mijiet tas-snin ilu. Hemm min hu tal-fehma, li dawn il-passaggi, li llum hafna minnhom huma mbarrati bil-gebel aktarx kienu jaghtu ghal diversi postijiet fil-Birgu, u li aktarx ukoll  kienu jintuzaw mill-inkwizitur jew mill-ufficjali tieghu f’qadjiet importanti u ta’ segretizza kbira.

Aktarx li fost dawn il-qadjiet, kien hemm dawk ta’ kazi delikati hafna, meta l-inkwizitur kien ikollu bzonn l-ghajnuna immedjata ta’ xi patri. F’xi kazi partikolari, huwa kien jibghat ghal xi patri Dumnikan jew Terezjan biex jiddiskuti maghhom materji delikati li kien jiltaqa’ maghhom f’xi tribunari. Tajjeb li wiehed ifakkar ukoll, li f’diversi epoki differenti matul il-hakma ta’ l-Ordni f’Malta, kien jezisti nkwiet kbir fost il-mexxejja tal-Knisja, l-Ordni u l-Inkwizitur, u ghalhekk f’bosta tribunari li fihom kienu jkunu nvoluti kavallieri, nies prominenti jew fl-amministrazzjoni kienu jsiru fost segretezza kbira minhabba xi skandlu pubbliku.    

Certament li fuq kull kunvent, knisja jew kappella antika li ghandna fil-Kottonera wiehed isib hafna xi jghid. Il-Kunvent u l-Knisja ta’ Santa Tereza ta’ Bormla ghandhom storja kbira u mlewna hafna. Grajja marbuta ma’ din il-knisja u li baqghet tissemma’ minn generazzjoni ghall-ohra hi s-serqa sagrilega tas-Sagrament li kienet saret fis-19 ta’ Ottubru 1837 u li kien instab  jiem wara qrib il-Mina ewlenija tal-Birgu, il-post maghruf bhala ‘fejn sabu s-Sinjur’ Fil-fatt, l-istorja ta’ din il-grajja accennejt ghaliha meta ghamilt riferenza ghal dan il-Kunvent u l-Knisja fis-sensiela li kont ktibt dwar il-Port Il-Kbir.

Riferenzi:

P. Gorg Aquilina: Santa Tereza Ta’ Bormla, Mis-Skiet tal-Karmelu, Fuljett 1991.
P. Martin Borg O.C.D: Il-Karmelitani Skalzi f’Bormla, Programm tal-Festa ta’ Marija Immakulata fil-Belt ta’ Bormla, 2002.
Charles Mizzi: Kunvent Santa Tereza, Bormla, Torca, Il-Ħadd, 26 ta’ Awissu, 2001, pp.20, 21.


 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2011. All rights reserved.
1