Joseph Serracino writes about Christmas Cribs

Fix-xahar ta’ Dicembru niccelebraw zewg festi kbar - il-Kuncizzjoni u l-Milied. L-ghada tal-Kuncizzjoni nizirghu l-gulbiena, nohorgu l-presepju u nfarfruh mit-trab, nirtukkawh, niccekkjaw  id-dwal, u gimgha qabel il-Milied narmawh bil-pasturi u nqeghduh f’post centrali fid-dar fejn jista’ jitgawda minn kulhadd. Ghall-grazzja t’Alla, l-anzjani taghna ghadhom ihossu li l-prezenza tal-presepju fi djarhom tressaqhom spiritwalment lejn il-misteru kbir ta’ l-Inkarnazzjoni, meta l-Iben t’Alla sar bniedem bhalna u gie jghammar fostna.

Joseph Serracino

 
 
 

U proprju, din ir-riflessjoni dwar dan il-jum ghaziz ghall-insara kollha ta’ madwar id-dinja ghaddietli minn mohhi waqt li kont qed ihares lejn magazin kulturali mzewwaq b’ghadd gmielu ta’ ritratti sbieh ta’ presepji, ilkoll mibnijin fuq stil tradizzjonali li tant ghadu jintoghgob minn hafna  dilettanti tal-presepji, anki jekk fi zmienna dahlet id-drawwa, li biex nimxu maz-zminijiet naqilbu ghal stili aktar moderni – stili li fil-fehma tieghi  ma tantx jinzel tajjeb ma’ min jixtieq jzomm hajja t-tradizzjonali tal-presepju Malti.

L-ewwel presepju sar minn San Frangisk li kien ihobb isejjah lill-Milied bhala l-festa tal-festi, ghaliex fih niccelebraw kif Alla sar bniedem bhalna u twieled bhala tarbija. Jinghad li waqt udjenza li Frangisku kellu mal-Papa Onorju III fl-1223, huwa wrieh bix-xewqa li hu flimkien ma’ shabu l-patrijiet jiccelebraw il-quddiesa tal-Milied b’xena li kienet tixbah l-Ghorfa ta’ Betlem, bil-maxtura u bil-baqra u l-hmara.  Il-Papa, konxju mill-ispiritwalita’ u l-qdusija ta’ Frangisku tah permess li ssir din il-quddiesa. Lejlet dan il-jum ghaziz, Frangisku u shabu hejjew maxtura bit-tiben, baqra u hmara f’wiehed mill-gherien ta’ Greccio, u meta lestew kollox talbu lin-nies ta’ dawk l-inhawi biex ghal dik is-sena, il-Milied jiccelebrawh maghhom fil-ghar.

Ftit qabel nofs il-lejl, in-nies tal-post inxew lejn l-ghar bit-torci mixghula f’idejhom u mlew kull rokra tieghu. X’hin sar il-hin bdiet il-quddiesa fuq il-maxtura li kienet isservi bhala l-altar. San Frangisk, bhala djaknu qara l-Vangelu u wara ghamel kelmtejn ta’ l-okkazjoni fuq l-Imhabba ta’ Alla li dehret fost il-bnedmin.  Jinghad li hafna min-nies li hadu sehem f’din ic-celebrazzjoni taw xhieda li raw lil Gesu’ jitbissem f’dirghajn Frangisku. Meta ntemmet ic-celebrazzjoni, in-nies kollha telqu lejn djarhom  ifahhru ‘l Alla ghal dik l-esperjenza sabiha u unika li garrbu f’hajjithom.  

Minn dakinnhar, il-presepju sar parti mit-tradizzjoni u mic-celebrazzjoni tal-patrijiet Frangiskani. Maz-zmien, din it-tradizzjoni tal-presepju dahlet f’kull kunvent tal-patrijiet madwar id-dinja u wara bdiet tinfirex ukoll f’bosta djar, ghall-ewwel f’dawk sinjuri u wara dahlet ukoll f’bosta djar ohra.

(Il-presepju Malti)

Sfortunatament meta u kif din it-tradizzjoni dahlet Malta ma nafx  ezatt. Skond it-tiftix li ghamilt, sibt, li aktarx li l-ewwel immagni ta’ presepju fil-gzejjer dehret fil-knisja tad-Dumnikani fir-Rabat ghall-habta ta’ l-1620.  Jinghad li l-aktar presepju antik li ghadu jezisti  f’Malta u li aktarx kien inbena fl-1826 insibuh fil-monasteru tas-sorijiet Benedittini fl-Imdina. Insibu wkoll li fl-ahhar snin tas-seklu 19, certu Beneditto Papale, Sqalli li kien jghix f’Malta kien esebixxa l-presepju tieghu ghall-pubbliku, waqt li l-ewwel presepju mekkanizzat  f’Malta kien ghamlu certu Muscat Fenech minn Hal Qormi.

Hafna huma tal-fehma li l-presepju Malti jixbah hafna lil dak Sqalli u din it-tradizzjoni  dahlet proprju minn Sqallija. Ma ninsewx li fl-imghoddi Malta kienet taghmel parti mir-renju ta’ Sqallija, il-kulturi taghna jixxiebhu hafna, l-isfqijiet taghna kienu Sqallin, hafna min-nutara li kienu jaghmlu l-testmenti u l-kuntratti kienu Sqallin ukoll, waqt li kemm il-prodotti ta’ l-ikel u htigijiet ohra konna wkoll nimportawhom minn Sqallija.

Dari, hafna mill-presepji li wiehed kien isib fid-djar Maltin kienu jkunu maghmulin mill-karti tas-siment jew tal-gurnali mxarrbin bil-kolla tad-dqiq. L-ewwel kien jigi ffurmat l-ghar principali u wara xi gherien zghar ohra magenbu mbaghad bl-istess karti  jiffurmaw il-blat. Meta l-karti jinxfu kienu jaghtu l-kulur, iferrxu fuqu ftit serratura kulur il-hamrija u xi haxix artificjali, u gimgha qabel il-Milied jarmawh bil-pasturi. Hafna mill-pasturi kienu jkunu tat-tafal li dak iz-zmien kienu maghrufa bhala pasturi tas-sold, izda aktar tard bdejna naraw ukoll pasturi tal-plastic, tal-gibs jew materjal iehor. Illum insibu presepji mibnijin minn gebel rustiku, gagazza, sufri, gablow u sahansitra faham, u sintendi, hafna mill-pasturi tahsihom figorini.

Illum fostna naraw ukoll presepji artistici bi stil Naplitan, izda l-kotra kbira tal-Maltin ghadhom marbutin hafna lejn l-istil tradizzjonali Malti u ftit li xejn japprezzaw stili ta’ presepji ohra. Iz-zmien jidhlu drawwiet u wzanzi godda. Matul il-hakma Ingliza f’pajjizna dahlu l-uzanzi godda li ntoghgbu hafna mill-poplu taghna, bhall- kartolini tal-Milied, bdejna nisimghu aktar b’Father Christmas u dahlet fostna s-sigra tal-Miliedli llum issibha fid-djar kollha Maltin. B’danakollu, il-prezenza tal-presepju u l-Bambin tax-Xemgha ghadna narawha fid-djar taghna, u mhux l-ewwel darba naraw Bambini mdawwar bil-gulbiena taht is-sigra tal-Milied. 

Jinghad li t-tradizzjoni tal-pasturi tat-tafal ilha maghna minn zmien il-kavallieri, ghalkemm issib xi studjuzi li jsostnu li din is-sengha hi antika hafna aktar. Aktarx l-ewwel sett ta’ pasturi tat-tafal bil-kostum Lhudi dahal minn Sqallija. Il-Maltin mal-ewwel tghallmu s-sengha u bdew jaghmlu bhalhom, izda maz-zmien tawhom il-bixra Maltija u biddlu l-kostum Lhudi f’wiehed Malti bil-qalziet, is-sidrija, it-terha u l-milsa f’rashom. Imbaghad fil-presepju ziedu l-girna, il-mithna tar-rih, il-furnar u s-sajjied ukoll. B’danakollu, xorta wahda ghadek issib dilettanti Maltin li jippreferu l-pasturi b’kostum Lhudi minn dak Malti, u forsi wkoll ghadhom jippreferu  l-pasturi tat-tafal minn dawk tal-plastic jew materjal iehor.

Ghalkemm illum issib diversi ghamliet ta’ presepji moderni, id-dilettant Malti ghadu marbut mal-grotta jew ir-razett tradizzjonali Malti, bil-Madonna, San Guzepp u l-Bambin fil-maxtura u l-hmara u l-baqra, imdawrin b’xi rghajja, bhall-aduratur, l-ghageb, ix-xabbatur u r-rieqed. Ftit ‘il boghod mill-grotta ssib tliet rghajja mifxulin iharsu lejn l-anglu mdendel b’fildiferru (miksi bit-tajjar) ma’ sigra tal-palm. F’xi presepji  nsibu ukoll l-mara bil-bomblu ta’ l-ilma fuq spallitha, raghaj qed itella’ l-ilma minn xi bir, l-ghannejja u d-daqqaqa tal-kitarra, taz-zaqq u t-tambur u sintendi xi ftit naghag inferrxin  ‘il hawn u ‘l hinn madwar il-grotta.

B’xorti tajba, mibarra t-tradizzjoni tal-presepju fid-djar taghna, hafna familji ghadhom jghozzu wkoll il-purcissjoni li ta’ kull sena ssir f’kull parrocca mis-socjeta’ tad-duttrina kif ukoll il-priedka tat-tifel jew tifla li ssir fil-quddiesa ta’ nofs il-lejl. U daqshekk iehor xi familji ghadhom bit-tradizzjoni li wara l-quddiesa ta’ nofs il-lejl jiehdu kikkra kokotina ma’ xi hlewwiet  tradizzjonali.

Sintendi l-uzanzi tal- kartolini, tas-sigra tal-Milied u Father Christmasillum saru parti mill-folklor taghna, izda noqoghdu attenti u ma jkunux boloh li biex nimxu maz-zmien ninsew it-tradizzjonijiet taghna li jfakkruna fit-tifsira vera ta’ dan Jum ghaziz. Ix-xjuh taghna kienu jghidu li l-presepju  mhux biss ifakkarhom fit-twelid ta’ Kristu, izda jimlilhom qalbhom bl-ispirtu nisrani u jkattar il-ferh u paci fi djarhom u fuq il-familiji taghhom.

   
 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2011. All rights reserved.
1