Joseph Serracino writes about Christmas

Dicembru lili jgibli ferh u niket. Iferrahni b’zewg festi kbar, il-Kuncizzjoni  u l-Milied u jnikkitni ghax ifakkarni f’missieri li miet f’lejlet l-akbar festa ta’ ferh. B’danakollu l-Milied inhobbu ghax lili jfakkarni hafna fi tfuliti u mohhi jimtela b’tifkiriet sbieh li kibru mieghi u hallew impatt kbir fuqi.

Joseph Serracino

 
 
 

Minn dak iz-zmien sal-lum ghaddew hamsin sena! Tfuliti tfakkarni fl-ghozza kbira li jien u huti trabbejna fiha, fl-gheziez taghna li hallewna, fl-ambjent ta’ l-imhawi fejn trabbejt u fl-atmosfera sabiha u hajja tal-Port il-Kbir. Ifakkarni wkoll fl-imhabba u r-rispett kbir li kellna lejn il-genituri u lejn id-drawwiet taghna, ibbazati fuq il-valuri nsara.

Niftakar li fi tfuliti, il-kotra tal-familji Maltin kienu familji kbar b’sitt ulied jew aktar. Kien zmien meta f’kull belt u rahal kont issib diversi hwienet ta’ l-inbid, mimlijin irgiel, b’xi whud jilaghbu l-karti u ohrajn mitlufin jithaddtu. Xi kultant, kont tghaddi minn hdejn xi hanut u tisma’ lil xi zewg ghannejja jibbottjaw lil xulxin fost hafna dahk u kummenti minn dawk prezenti. Dak iz-zmien hafna mit-toroq ma kinux asfaltati, id-dawl elettriku kien jinqata’ spiss, u minhabba f’hekk, fix-xhur tax-xitwa, meta jidlam ma kontx tara ruh barra.

Kien zmien ukoll il-maggoranza tal-familji Maltin kienu juzaw il-lampi tal-pitrolju ghax lucelettrika ma kellux kulhadd. L-uniku post ta’ rikreazzjoni f’kull lokalita’ kien il-kazin tal-banda, u fix-xhur tax-xitwa, diversi kumpaniji teatrali kienu ttellghu d-drammi, il-fares u l-kummiedji taghhom fis-swali parrokkjali.

Biex tara film kien ikollok tidhol il-belt jew tmur il-Hamrun jew tas-Sliema. Mill-bqija, ma kienx hawn xejn li jhajrek tiddawwar barra, u ghalhekk, il-membri tal-familja, wara l-fatra ta’ filghaxija u r-recita tar-ruzarju kienu jghaddu l-hin joqoghdu jisimghu xi radju dramm  jew xi opra fuq ir-Rediffusion. Matul il-jum, il-mara tad-dar u  l-anzjani kienu jaljenaw irwiehhom bi programmi  mfasslin ghalihom kemm muzikali u kulturali u l-aktar bil-qari tar-rumanzi minn Charles Arrigo.

Ghal bosta, Dicembru hu l-isbah xahar tax-xitwa ghaliex il-familja Maltija bi hgarha kienet u ghadha tipprepara bil-kbir ghall-festa tal-Milied. Niftakar, wara l-festa tal-Kuncizzjoni kienet tinzera’ l-gulbiena fil-bottijiet jew fil-laned tal-kunserva u jintaghmel il-presepju bil-karti tas-siment mghaddsin fil-kolla tal-mastrudaxxa. Wara li kien jinzeba’ bl-isfar u l-kannella, kienu jferrxu fuqu ftit serratura, u x-xquq ta’ l-Ghar u l-blat ta’ madwaru kienu jimlewh bil-haxix artificjali biex b’hekk jinghata bixra ta’ blat naturali. Magenb u wara l-maxtura kien jitqieghed ftit tiben fl-art, bhala indikazzjoni li fl-ghar kien hemm xi annimali, bhalma huma l-baqra, il-hmara u xi naghag li  tradizzjonalment ahna mdorrijin naraw fil-presepji taghna.

Il-presepju li kellna d-dar kien wiehed imdaqqas u mizghud bil-pasturi tat-tafal. Presepji kbar mekkanizzati kienu jintaghmlu wkoll u dawn kienu jkunu miftuhin ghall-pubbliku matul il-jiem tal-festi. Niftakar lil missieri, li ta’ kull sena kien jehodna naraw presepju artistiku hafna fiz-Zejtun u gieli hadna wkoll naraw ohrajn f’irhula ohra.

Fi tfuliti, bhal tfal ohra tampari kont immur il-muzew fl-Isla. Min-nofs Novembru, jien u xi tfal ohra konna nibqghu l-muzew biex nghinu lis-superjun Wenzu Cassar jisbogh il-grotti u l-pasturi tat-tafal. Gimgha qabel il-Milied, minflok il-lezzjonijiet tad-duttrina, konna nitharrgu l-innijiet biex inkantawhom waqt il-Purcissjoni bil-Bambin. Niftakar ukoll, li t-tfal kollha li kienu jattendu regolament  ghal-lezzjonijiet matul is-sena kienu jinghataw Grotta bil-Bambin, il-Madonna, San Guzepp u zewg naghagiet, waqt li t-tfal l-ohra kienu jinghataw Bambin tax-xema’.

F’lejlet il-Milied, kienet issir il-purcissjoni bil-Bambin. Fuq quddiemnett, tfal kbar jerfghu l-fanali bix-xema’,  warajhom zewg fillieri ta’ tfal zghar flimkien mal-genituri taghhom, imbaghad il-Bambin fil-maxtura merfugh mill-maghzulin u  warajh gemgha ta’ tfal ikantaw innijiet popolari tal-Milied akkumpanjati minn xi socji jdoqqu strumenti muzikali  bhal vjolini,  klarinetti,  u akkordjin. Il-purcissjoni kienet tibda mic-centru tad-duttrina, u wara li tghaddi mit-toroq ewlenin ta’ l-Isla kienet tidhol fil-knisja ta’ San Filippu, li sa l-1957 kienet isservi bhala parrocca ta’ l-Isla, u hemmhekk issir il-priedka tradizzjonali mit-tifel.

L-atmosfera tat-toroq waqt il-purcissjoni kienet tkun kwieta u mudlama. Waqt li xi persjana mzejna b’xi Bambin tax-xema’ jew b’xi presepju artistiku bid-dawl fuqu kien jikser dan id-dlam, il-kant hlejju tat-tfal kien jikser il-hemda tas-skiet u jkompli jsebbah din il-manifestazzjoni  qaddisa. Fit-toroq kont tilmah xi gemghat zghar ta’ nies, l-aktar hdejn il-kazini, 

Wara l-funzjoni konna ninzlu l-muzew biex niehdu bicca kejk u kikka kokotina u fost eccitament kbir nassistu ghat-tlugh tal-lotterija ta’ presepju kbir il-gmiel tieghu. Kif jispicca kollox, jien u huti , b’girja wahda konna nitilqu lejn id-dar, fejn konna nsibu festa ohra tistenniena, qaghaq tal-qastanija, imqaret u bosta hlewwiet ohra tradizzjonali. F’nofs il-lejl, jien u huti Maurice u Edwin konna nattendu l-quddiesa izda rari kont nismaghha ghax ghajni kienet tmur bija u norqod f’nofsha.

Fis-snin ta’ wara kont mmur l-Azzjoni Kattolika. Wara l-quddiesa ta’ nofs il-lejl, is-sessjoni rgiel kienu jorganizzaw party kbir ghall-membri li kien jibqa’ sejjer sa xis-sitta ta’ filghodu, u matulu kienet tittella’ serata ta’ kant u sketches helwin. 

Il-festi tal-Milied jispiccaw bil-festa tat-Tre Re. Fl-ewwel tas-sena kont inzur lil zijieti bil-hsieb li jaghtuni l-istrina. Sintendi, l-istrina li kienet tinghata 50 sena ma kinitx bhal dik li tinghata llum. Dak iz-zmien, il-paga medja ta’ haddiem kienet ta’ xi erba’ liri fil-gimgha u kull familja kienet mimlija bit-tfal. B’danakollu x-xjuh taghna kienu generuzi hafna u dejjem iddubbajt  xi haga.

Dawn it-tifkiriet iqanqlu fija nostalgija kbira! Kien zmien sabih li halla mpatt kbir fuqi u nimmagina fuq hafna ohrajn ta’ l-eta tieghi. Jiddispjacini hafna ghat-tfal li telghin fi  zmienna li ma kellhomx ix-xorti li jesperjenzaw diversi drawwiet sbieh li xi whud minnhom ilhom snin li mietu. Veru li kull qasam tad-duttrina f’kull lokalita’ ghadu jaghmel il-purcissjoni tal-Bambin u l-priedka tat-tifel, izda jien nibza’, li ghad jasal zmien li din id-drawwa ghad tispicca wkoll u n-neputijiet taghna ma jkollhomx x’jirrakkontaw lil uliedhom.

   
 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2011. All rights reserved.
1