| |
Jghidu li dawn it-tifkiriet, f’diversi f’cirkostanzi matul ix-xjuhija, mill-gdid jergghu jiehdu l-hajja f’mohhna u ghal ftit tal-hin mhux biss jaljenawna u jehduna lura fiz-zmien, izda xi kultant kapaci wkoll ifakkruna fi grajjiet li nkunu nsejnihom ghal kollox. Ghal xi whud, ritratt antik ta’ xi hadd ghaziz tieghu kapaci jfakkru fl-ambjent li jkun trabba fih u fuqu jibni storja. Dawn it-tifkiriet insejhulhom nostalgija!
Naf b’xjuh li dejjem jirrakkontaw fuq tfulithom. Iharsu lejn ritratt u jghidulek storja! Xi kultant. jien jigrili bhalhom, u nahseb li din l-emozzjoni sabiha jesperjenzawha dawk kollha li ghalqu s-60 sena u aktar. Sintendi, mhux ir-ritratti kollha jaghmlu l-istess impatt fuqna.
Apparti dawk familjari, jien nahseb, li dawk kollha li ghexu fil-bliet u l-irhula ta’ madwar il-Port il-Kbir, kull ritratt ta’ dan il-port storiku mehud qabel u wara t-Tieni Gwerra Dinjija jimliehom b’hafna tifkiriet. Dak iz-zmien, il-Port il-Kbir bhal dak ta’ Marsamxett kien mimli hajja u mizghud bil-bastimenti tal-gwerra, apparti dawk tat-taghbija. Din l-attivita’ marittima ggenerat hafna xoghol, u permezz tieghu qallghet l-ghajxien lil mijiet ta’ familji, specjalment lill-barklori u lil dawk kollha li xogholhom kien konness mal-hidma tal-portijiet.
Kull ritratt fih l-istorja tieghu. U appuntu, f’dawn il-kitbiet jien se naghti harsa lejn xi ritratti antiki u minnhom nipprova nislet frak mill-istorja ta’ pajjizna.
Il-Lanec tal-Pass
Dan l-ahhar kont qed inqalleb album tar-ritratti antiki u xi whud minnhom gabuli nostalgija kbira. F’hin minnhom harsti waqghet fuq tlieta minnhom li kienu jirrapprezentaw il-Lanec tal-Pass, li sa qabel it-Tieni Gwerra Dinjija kienu l-uniku mezz ta’ trasport bil-bahar fil-portijiet taghna, apparti dak tad-dghajjes tax-xoghol. Kienu Lanec imdaqqsa li kapaci jgorru mat-80 passiggier. Sa qabel il-gwerra kienu jezistu zewg kumpaniji, wahda maghrufa bhala ta’ Mattie li twaqqfet fl-1882 (bnadar homor) u li kienet topera fil-Port ta’ Marsamxett, bejn ix-xtut ta’ tas-Sliema, Marsamxett, l-Imsida u San Giljan, u l-ohra maghrufa bhala n-National Steam Ferry Boats ta’ Gollcher li twaqqfet fl- 1897 (bnadar blu bl-isfar) u li kienet topera fil-Port il-Kbir bejn il-Belt, l-Isla u l-Birgu.
Dawn il-Lanec kienu jittrakkaw ma’ Pont kbir ( pontun kbir maghluq fuq iz-zewg nahat u msaqqaf ) imserrah fuq pilastri tal-hadid fuq il-blat ta’ qiegh il-bahar u mwahhal bi travi tal-hadid mal-moll. Il-passiggieri, wara li jaqtghu l-biljetti minghand il-kaxxier kienu jintasbu bilqieghda fuq bankijiet twal fil-gnub tal-Pont u jistennew il-wasla ta’ wahda miz-zewg Lanec. Dawn normalment kienu jitilqu flimkien. Tal-Birgu kienet taqsam lejn l-Isla u wara tkompli triqtha lejn il-belt, waqt li tal-belt kienet taqsam dritt lejn il-Birgu.
Dawn il-Lanec (mizbughin suwed) kellhom ekwipagg ta’ erbgha min-nies, it-tmunier ( maghruf bhala l-kaptan), l-inginier li kien jiehu hsieb il-magna, l-fokista li kien jitfa’ l-faham fil-boiler, u l-bahri li kien jiehu hsieb jorbot u jholl il-hbula malli l-Lanca tittrakka mal-Pont.
Kull Lanca kienet mghammra bil-bankijiet fuq quddiem u fil-gnub waqt li fuq wara kien hemm kabina maghluqa bil-bankijiet ghal dawk li kienu jippreferu jiskennu mix-xita jew mix-xemx. Fix-xhur tas-sajf, f’xi hinijiet matul il-gurnata, kienu jsiru wkoll xi vjaggi bejn iz-zewg portijiet, b’waqfa f’Marsamxett, tas-Sliema u San Giljan.
Is-Servizz ta’ dawn il-lanec kien bejn ts-sitta ta’ fil-ghodu u s-sitta ta’ fil-ghaxija. In-nies kienet tinqeda’ bihom tista’ tghid il-hin kollu, b’mod specjali l-haddiema tat-Tarzna li ma kinux joqoghdu fil-Kottonera jew fl-irhula tal-qrib. Dawn kienu jidhlu l-Belt, jinzlu bil-Lift u jaqsmu bil-LanCa ghall-Isla. In-noll kien ta’ zewg soldi (8 mills) u l-haddiema li kienu jivvjaggaw fuqhom lejn u lura mix-xoghol kellhom skont fil-noll.
/F'dan ir-ritratt jidhru tliet Lanec tal-Pass qrib wiehed mill-Pontijiet tal-Lanec fix-xatt ta' tas-Sliema[1].JPG)
(F'dan ir-ritratt jidhru tliet Laneċ tal-Pass qrib wieħed mill-Pontijiet tal-Laneċ fix-xatt ta' tas-Sliema)
Niftakar ukoll, meta fix-xhur tas-sajf il-Ponta ta’ l-Isla kienet tkun mizghuda bit-tfal jghumu, meta konna nisimghu t-tisfira tas-sirena tal-lanca tal-belt, u nosservaw lill-bahri jholl il-hbula minn mal-pont, konna nitilghu fuq t-truncieri, u hekk kif il-lanca kienet tghaddi minn quddiemna, konna ninfexxu nkantaw ghanja li taf origini taghha fil-Port ta’ Marxamxett, izda li kienet ghadha popolari hafna fi tfulitna: ‘ Lanca gejja u ohra sejra, minn Tas-Sliema ghall-Marsamxett, il-kaptan bil-pipa f’halqu, jidderiegi l-bastiment; Sewwa sewwa f’nofs ta’ bahar, il-kaptan hassu hazin, ma kellux min idur mieghu; daru mieghu l-bahrin, Aghmillu karta, aghmillu karta, aghmillu karta ghal tax-xjuh.’
Ma’ l-ahhar kelma ta’ din l-ghanja konna naqbzu l-bahar b’pika kbira min minnha kien jirnexxilu johrog l-aktar ‘il barra. Xi whud mit-tmuniera ( kaptani) kienu jiehdu pjacir b’din l-ghanja, ghax kienu jirrisponduna b’tisfira mkarkra tas-sirena, qisu kienu jridu jghidulna ‘ u mhux hekk nibqghu’.
/Il-Lanca tal-Pass tittrakka mal-Pont fix-xatt ta' l-Isla[1].JPG)
(Il-Lanċa tal-Pass tittrakka mal-Pont fix-xatt ta' l-Isla)
Ironikament dawn il-lanec li kienu ilhom jahdmu fil-portijiet taghna ghall-ghexieren ta’ snin temmew is-servizz taghhom nhar 31 ta’ Awissu 1959. Fl-1996 kien sar tentattiv biex dan is-servizz jerga’ jibda mill-gdid fil-Port il-Kbir, izda minhabba xi ragunijiet, aktarx finanzjarji ma rnexxiex. |