Joseph Serracino writes about St. John's Co-Cathedral

Il-gzejjer Maltin huma maghrufin mad-dinja kollha ghall-istorja u l-isbuhija taghhom. Barra minn hekk, l-ospitalita‘ tal-poplu taghna mal-barrani, il-klima Mediterranja, il-bahar car u nadif, l-ikel tradizzjonali Malti, il-festi brijuzi u l-knejjes sbieh li ghandna, jaghmlu lill-gzejjer taghna unici u mfittxijin minn eluf kbar ta’ turisti li ta’ kull sena jippjanaw il-btala taghhom fil-Mediterran.

Joseph Serracino

 
 
 

Dan l-ahhar qarib tieghi tani sett ritratti sbieh tal-Konkatidral ta’ San Gwann, u jien u nhares   lejhom mhux biss ammirajt l-isbuhija ta’ dan it-tempju antik, izda wkoll is-seher u l-kobor ta’ l-arti tal-fotografija. Il-poplu taghna minn dejjem kien poplu religjuz. Dan il-fatt jikkonfermah l-ghadd gmielu ta’ tempji tal-hagar li ghandna mxerrdin mal-gzejjer Maltin kif ukoll  il-knejjes u kappelli li naraw f’kull lokalita’. Meta darba staqsejt li xi turisti x’joghgobhom l-aktar f’Malta, qaluli, li l-aktar li jaffaxxinawhom huma l-istorja, il-folklor u l-knejjes sbieh li ghandna fil-bliet u fl-rhula  taghna. U jien naqbel maghhom ukoll.

Ovvjament il-knejjes parrokkjali ta’ kull lokalita‘ huma l-ghozza ta’ kull komunita‘. Jekk f’dawn il-knejjes antiki nsibu r-rikkezzi  u kwadri sbieh ta’ arti sagra, m’hemmx l-icken dubju, li l-isbah tempju storiku li ahna l-Maltin inqisuh bhala gawhra imprezzabbli hu l-Konkatidral ta’ San Gwann - il-knisja konventwali ta’ l-Ordni, maghrufa mad-dinja kollha ghas-sbuhija, l-istorja, ir-rikkezzi u ghall-arti sagra li nsibu fiha.

Jinghad li qabel l-Assedju l-Kbir, kien gie propost li l-Ordni jibni Knisja Konventwali fil-Birgu ddedikata lil San Gwann Battista – il-patrun ta’ l-Ordni. Dan il-hsieb sfaxxa fix-xejn kemm minhabba t-theddida imminenti ta’ assedju mit-Torok, kif ukoll ghall-fatt, li l-Ordni kienet ddecidiet li tibni belt fortizza fuq l-Gholja Xebb-ir-ras, u wara li jittrasferixxi s-Sede taghha mill-Birgu jahseb mal-ewwel biex tibni l-Knisja Konventwali fic-centru tal-belt.

Fil-fatt, fit-18 ta’ Marzu 1571 l-Ordni ttransferixxat is-Sede tieghu mill-Birgu ghall-belt Valletta. Fl-1 ta’ Novembru 1573 tqieghed il-pedament tal-knisja konventwali u tlestiet fit-23 ta’ Gunju 1577. Il-benefattur ta’ din il-knisja kien il-Granmastru Jean de la Cassiere li bnieha minn butu, u l-arkitett taghha kien Glormu Cassar. Originalment il-knisja kienet se tkun itwal u tasal sal-palazz tal-Gran Mastru, izda Glormu Cassar ma qabilx mal-progett u qassar il-pjanta ghal dik li hi llum. Il-knisja giet  ikkonsagrata mill-Isqof Ludovico Torres ta’ Monreale  fl-20 ta’ Frar 1578.

(Il-Katidral ta' San Ġwann fl-imgħoddi)

Din il-knisja hija meqjusa bhala muzew ta’ l-arti sagra. Il-pittura sabiha tas-saqaf tal-knisja hija l-kapulavur ta’  Mattia Preti li ghamilha bejn l-1661 u 1680. Dan il-pittur Kalabriz li miet fl-1699 u ndifen f’San Gwann, barra s-saqaf ta’ dan it-tempju pitter bosta xoghlijiet ohra f’diversi knejjes ohra.

Din il-knisja ghandha tmien kappelli, wahda ghal kull lingwa li jiffurmaw l-Ordni: il-kappella ta’ Provenza (San Mikiel), dik ta’ Alvernja (San Bastjan), ta’ Franza (San Pawl), ta’ l-Italja (Santa Katarina), ta’ Aragona, Navarra u Katalonja (San Gorg), tal-Germanja (Trere), ta’ Leon, Kastilja u l-Portugall  (San Gakbu) u l-kappella ta’ San Karlu (Anglo-Bavara ). Hemm ukoll il-kappella tas-sagrament.

Il-konkatidral ta’ San Gwann hu mizghud bil-monumenti tal-Gran Mastri, wiehed isbah mill-iehor, fosthom ta’  de Rohan, Carafa, Adrien u Aloph de Wignacourt, de Paule, Lascaris, Nicola u Raffaele Cottoner, Perellos, de Redin, Pinto, de Vilhena u diversi monumenti ohra ta’ l-irham kif ukoll statwi, fosthom l-istatwa sabiha ta’ l-irham abjad tal-maghmudija ta’ Kristu li tinsab fil-kor.  

F’din il-knisja storika nsibu wkoll diversi kwadri ta’ xbihat sagri mpittrin minn Mattia Preti u artisti ohra, kif ukoll rikkezzi ohra bhal l-irham rikk  ta’ l-altar maggur, il-Kancell tal-Fidda li fiz-zmien il-hakma tal-Francizi nzebagh mis-sangristan biex ma jinsteraqx, is-salib Bizantin li ngieb mill-Ordni minn Rodi, il-kwadru sabih tal-Madonna ta’ Caraffa  u hafna u hafna xoghlijiet ohra tal-fidda li jzejnu din il-knisja tal-kavallieri. Fiz-zmien l-episkopat ta’ l-Isqof Mattei (Senglean), din il-knisja giet imtella’ ghad-dinjita‘ ta’ Kon-Katridral.        

Fl-Oratorju tal-Kurcifiss insibu l-pittura maghrufa bhala “ Il-Qtugh-ir-Ras ta’ San Gwann” - kapulavur ta’ Michelangelo Marisi minn Caravaggio. Xoghol iehor sabih u mfahhar hafna ta’ dan il-pittur hu l-kwadru ta’ San Glormu.  Rikkezzi kbar bhalma huma l-Arazzi ta’ Perellos, paramenti sagri u kotba antiki wiehed jista’ jarahom  fil-muzew ta’ din il-knisja.

Sintendi, hemm hafna u hafna rikkezzi ohra x’wiehed isemmi, izda minhbba nuqqas ta’ spazju insemmi  biss  il-paviment kuluriet ta’ din il-knisja - paviment maghmul minn 374 lapida sepolkrali ta’ dinjitarji ta’ l-Ordni, prijuri tal-knisja, kavallieri u kappillani.

    

(Il-qabar tal-Gran Mastru Jean de la Cassiere li jinsab fil-Katidral) 


Fil-kappella tal-kripta ddedikata lill-Kurcifiss, maghrufa wkoll bhala l-kripta tal-Gran Mastri, insibu l-oqbra ta’ diversi Gran Mastri, fosthom ta’ Jean de la Cassiere li l-qabar tieghu jinsab taht l-artal maggur, l’Isle Adam, Pietrino del Ponte, Juan de Homedes, Claude de la Sengle, Jean Parisot de la Vallette, Pietro del Monte, Hugues Loubenx de Verdalle, Martin Garzes, Aloph de Wignacourt, Luis Mendez de Vasconcellos u Ximenes de Texada.

Interessanti hu l-fatt li f’din il-kripta hemm midfun ukoll  Sir Oliver Starkey li kien is-segretarju ta’ la Vallette. Barra din il-kripta, hemm ukoll zewg cimiterji ohra, wiehed fil-bitha li taghti ghal Tiq Merkanti u l-iehor akbar taht l-Oratorju b’kappella ddedikata lill-Madonna tal-Grazzji.

Fost ir-ritratti li semmejt, ghandi ritratt li juri l-istatwa ta’ Marija Bambina ta’ l-Isla quddiem il-bieb tal-konkatidral ta’ San Gwann. Niftakar, li fl-okkazjoni ta’ l-eghluq il-75 sena mill-inkurnazzjoni tal-Bambina (1996), din l-istatwa mirakoluza ttiehdet f’dan il-katidral u giet esposta ghall-qima tal-Maltin. Wara l-Bambina ttiehdet lura fis-santwarju taghha ta’ l-Isla b’pelligrinagg Marjan li wassalha sa Xatt il-Barrieri, imbaghad fuq barkun tat-tarzna kompliet triqtha bil-bahar lejn ix-Xatt ta’ l-Isla eskortata minn mijiet ta’ ngenji tal-bahar mimlijin bin-nies. Din kienet l-akbar manifestazzjoni Marjana f’dawn l-ahhar 50 sena, fejn ghal darb’ohra l-poplu Malti wera l-imhabba tieghu lejn ommna Marija.

Sintendi fuq il-Konkatidral ta’ San Gwann hemm hafna x’wiehed jghid. Nghid ghalija, kull darba li nidhol fih, inhossni dhalt fl-istorja. L-isbuhija tax-xoghol fl-iskultura, l-arti tal-kwadri sagra, il-finezza tal-monumenti ta’ l-irham, il-gmiel tal-lapidi artistici tal-paviment u r-rikkezzi  li ssib fih isahhruni. Jien konvint li kull min ghandu  ghall-qalbu l-istorja ta’ pajjizna mhux biss iqis lill-Konkatidral ta’ San Gwann bhala l-isbah monument li ghandna ta’ zmien l-Ordni, izda jibda jirrealizza x’patrimonju kbir hallewlna l-kavallieri.

   
 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2011. All rights reserved.
1