Joseph Serracino writes about 'Il-Karnival ta' Dari'

Kull gens jiftahar bil-folklor antik tieghu u ahna l-Maltin m’ahniex xi eccezzjoni. Fil-folklor taghna nsibu diversi drawwiet religjuzi u ohrajn li m’humiex, fosthom il-karnival.

Hafna jassocjaw l-origini tal-karnival mal-migja tal-kavallieri fostna, izda ohrajn isostni li din id-drawwa f’pajjizna hi aktar antika milli fil-fatt jahsbu. L-istoriku Joseph F. Grima jghidilna li sab zewg riferenzi antiki li jittrattaw dwar il-karnival f’Malta li kienu nhargu mill-Kunsill ta’ l-Imdina fl-1468 u fl-1481. Wahda minnhom taghmel riferenza dwar il-morda ta’ l-Isptar Santu Spirtu tar-Rabat u tghid li fi zmien il-Karnival kienu jaghtuhom ikel ahjar minn tas-soltu.

Joseph Serracino

 
 
 

Sintendi x’tip ta’ karnival kien isir f’dik l-epoka ma nafux, izda jien nimmagina li xi negozjanti u bahhara Maltin, qabel sew il-migja tal-kavallieri f’Malta, minn jaf kemm-il darba vvjaggaw lejn Napli u Venezja, u hemmhekk raw il-maskarati jizzuffjettaw fit-toroq ewlenin ta’ dawn il-bliet sbieh u osservaw mill-qrib il-bluhat li jgibu maghhom dawn il-jiem festeggjuzi tal-karnival.

Sintendi, mal-migja tal-kavallieri f’Malta, il-karnival ha xejra ohra. Il-briju kbir li kienu joholqu l-kavallieri fil-ballijiet li kienu jorganizzaw fil-bereg taghhom matul il-jiem tal-karnival, kemm biz-zfin li kienu jizfnu kif ukoll bl-ilbies ikkulurit tal-maskarati nisa tant intoghgob mill-antenati taghna, li f’qasir zmien, il-karnival sar popolari hafna fost il-poplu taghna u baqa’ jsir ta’ kull  sena.

Mal-karnival hemm marbutin zewg drawwiet ohra antiki. Il-Kukkanja, li kienet tikkonsisti f’arblu twil li kien jitwahhal fil-pjazza quddiem il-palazz tal-Gran Mastru u jindilek bix-xaham. Fit-tarf tieghu kien ikun hemm rota kbira li maghha kienu jdendlu bi hbula bxiekel bil-bajd, zalzett, salami, gobon, fliexken ta’ l-imbid, fniek, tjur u hwejjeg ohra ta’ l-ikel. Gruppi ta’ rgiel kienu jippruvaw jitilghu ma’ l-arblu biex jilhqu wiehed mill-premjijiet, izda l-premju l-kbir kien ikun il-bandiera (il-Fama) li kienet tkun fuq globu mimli hamiem ‘il fuq mir-rota. Min kien jirnexxilu jahtaf il-bandiera kien jirbah il-Kukkanja u maghha premju ta’ flus.

(il-kukkanja)

Il-karnival jiftah biz-zifna tal-Parata. Dari aktarx kienet tinzifen mill-kavallieri quddiem il-palazz tal-Gran Mastru, izda aktar tard bdiet issir fil-palazz biz-zeffina jilbsu kostumi nobbli. Fiz-zmienna, din iz-zifna ssir bhala tifkira  ta’ Assedju l-Kbir ta’ l-l565 u tinzifen fi Pjazza Helsien mit-tfal (subien u bniet), libsin ta’ kavallieri u Torok u armati bix-xwabel ta’ l-injam. Mal-hsejjes tax-xwabel u d-daqq taz-zaqq u t-tambur, it-tfal ikomplu z-zifna taghhom b’passi meqjusin, sakemm finalment tifla (l-gharusa tal-parata) tintrefa’ fuq l-idejn, u waqt li b’id wahda tibda xxejjer stallett (bhala sinjal ta’ rebha ), bl-ohra tibda titfa’ l-bews lin-nies migbura.

Sintendi n-nostalgija tal-karnival ta’ l-imghoddi ghadha qawwija hafna fost ix-xjuh taghna li ghandhom tifkiriet sbieh tal-briju u l-ghors kbir li kien jahkem lil pajjizna fi tfulithom, Jghidulek, li waqt li l-ballijiet li kienu jsiru fil-Palazz, fil-Borza, fil-Kazin Malti u fic-Civil kienu jkunu ghal certa klassi ta’ nies, il-Veljuni tat-Teatru Rjal kienu ghal kulhadd u tghidx xi briju kbir kien isir fihom. 

L-atmosfera ta’ ferh u allegrija li kien igib maghhom dawn il-jiem kienet tinhass hafna fl-isfilata tal-karnival li kienet tghaddi minn triq Merkanti u triq Rjali (illum triq Repubblika) li kienu jkunu mahnuqin bin-nies, waqt li l-mistiedin li kienu jkunu fil-gallariji tal-kazini tal-baned, tal-Kazin Malti u ta’ l-Overseas kienu jitfghu xita ta’ perlini fuq il-maskarati huma u ghaddejjin minn tahthom fuq il-karrijiet dekorati u fuq il-karozzini mzejnin akkumpanjati minn mijiet ta’ zghazagh, tfajliet u guvintur lebsin xi kostum. Sintendi l-gosti tat-tfal kienu l-maskri grotteski u maskarati lebsin ta’ kummidjanti li bil-gesti taghhom kienu jnisslu tbissima fuq fomm it-tfal u jzidu l-briju fost l-eluf kbar ta’ nies imrassin fuq il-bankini

Hafna xjuh jiftakru li bejn iz-zewg Gwerer Dinjija kien isir karnival iehor fl-Isla, xi drabi kien jisboq lil dak tal-belt. Jinghad li s-Sengleani kienu jiccelebraw il-karnival, b’karrijiet, bil-kumpaniji lebsin il-kostum akkumpanjati bil-baned taghhom, b’ghadd gmielu ta’ karettuni bil-hmir u zwiemel imghobbijin bin-nies ta’ kull eta’ jdoqqu l-kitarri u jghannu ghana spirtu pront mimlija cajt u botti, b’karozzini mzejnin bil-fjuri mimlijin maskarati b’kostumi helwin, kif ukoll b’ghexieren ta’ maskarati ohra lebsin ta’ Arlekkini, Domino, Torok, Xjaten, Mummji, Rahhala, Shahar, Zingari, Nobbli  u rgiel u nisa li kienu jinzlu jizfnu matul Strada Vittorja. Dak iz-zmien kienet uzanza li min idahhak kien ikun il-mira tal-poplu hafna tisfir u ssuttar ta’ pastizzi u qassatat.

Sintendi t-tfigh tal-perlini mill-gallariji fuq il-maskarati lebsin kienet xena komuni u mistennija mill-gemghat ta’ nies li kienu jingabru minn kmieni fi Strada Vitorja biex jaraw il-ghors tal-boloh. Kien zmien ukoll meta xi whud mill-kumpaniji taz-zfin li kienu jiehdu sehem fil-karnival tal-Belt kienu jigu mistiedna biex jizfnu fis-swali tal-ballijiet ta’ Mabli  u wara jizfnu wkoll fil-pjazzez ewlenin ta’ l-Isla. Fl-istess epoka, it-Teatru Realto ta’ Bormla kien imsemmi hafna ghall-ballijiet brijuzi li kienu jigu organizzati fih fil-karnival, u li ghalihom kienu jattendu ghadd kbir ta’ maskarati mit-tlett ibliet u mill-belt. Il-ballu tat-tlieta kien jispicca ftit qabel nofs il-lejl, fejn il-maskarati kienu johorgu jduru b’tebut b’ragel tat-tiben fih u fost hafna ghajjat u zufjettar jaghtu l-addio lill-jiem tal-bluha li kienu  jintemmu mat-tokki ta’ nofs il-lejl.

Fi tfuliti, niftakar li kien isir briju kbir il-belt u ghandi tifkiriet ta’ ritratti sbieh ta’ diversi karrijiet dekorati, kumpaniji kbar taz-zfin u  maskarati jaghtu fastidju lin-nies. Niftakar hafna  dilettanti Sengleani (Salvu Bonello, Salvino Scicluna u l-ahwa Casha) li ppruvaw iqajmu mill-gdid il-karnival fl-Isla b’karrijiet sbieh u bil-kumpaniji taz-zfin, billi wara l-isfilata fil-belt kienu jigu l-Isla u flimkien ma’ kumpaniji ohra minn Bormla, il-Birgu u r-Rahal Gdid kienu jizfnu quddiem il-kazini u wara jmorru jizfnu f’Bormla u l-Birgu. Niftakar ghexieren ta’ maskarati jduru mat-toroq ta’ l-Isla, jimbxu lil xulxin u jiffastidjaw lin-nies. Dawn kienu biss tifkiriet ta’ l-imghoddi!        

Intemm din il-kitba billi nfakkar li l-kelma Karnival gejja mit-Taljan Carnivale u li originat mil-Latin carnem levare  li tfisser twarrab il-laham. Il-Hamis ta’ qabel il-karnival jissejjah Giovedi Gras u jissejjah ukoll ‘il-Gifa ghax hu l-ahhar Hamis qabel Ras ir-Randan (40 jum ta’ sawm u penitenza) li jibda jghodd mat-tokki ta’ nofs il-lejl ta’ l-Erbgha ta’ wara.

(karru tradizzjonali)

 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2011. All rights reserved.
1