Personalment kull bini
antik li ghandu storja marbuta mieghu jaffaxxinani hafna. U propju
llum quddiemi ghandi zewg ritratti interessanti ta’ wiehed mill-isbah
palazzi li ghandna fil-Birgu, il-Palazz ta’ l-Inkwizitur – palazz
storiku, mimli stejjer tal-biza’ u leggendi li jaf il-bidu tieghu
fl-ewwel snin ta’ l-Ordni f’Malta, u li ghall-grazzja t’Alla ghadna
ngawduh sal-lum. Peress li l-inkwizizzjoni f’Malta hi suggett li
lili jinteressani hafna u ktibt ukoll xi artikli dwarha, kif wiehed
jimmagina, lil dan il-palazz zortu kemm-il darba, xi kultant wahdi
u drabi ohra ma’ xi hbieb li xtaqu jaqsmu mieghi l-hsibijiet taghhom
fuq l-istorja mdemmija tieghu .
Fl-1574 dan il-palazz sar ir-residenza ufficjali
ta’ l-Inkwizitur, li apparti r-renti ta’ l-Ordni, kull l-ewwel tas-sena
kien jircievi 1040 skud minghand l-isqof. L-istorici jghidulna li
qabel il-migja tal-kavallieri f’Malta ma kinitx tezisti l-inkwizizzjoni
f’pajjizna, ghalkemm certi reati kienu jaqghu taht gurisdizzjoni
diretta ta’ l-Inkwizitur +enerali ta’ Sqallija. Sa dak iz-zmien
l-isfqijiet ta’ Malta kienu residenti fi Sqallija u d-djocesi kienet
titmexxa mill-vigarju generali.
Il-migja tal-kavallieri fostna ghenet hafna biex l-Isqof Spanjol
Domenico Cubelles jigi jghix f’Malta. Dan l-isqof, li jista’ jitqies
bhala l-ewwel inkwizitur f’Malta kellu jhabbat wiccu ma’ tliet Gran
Mastri, Juan d’ Homedes, Claude de la Sengle u Jean de la Valette
li t-tlieta kellhom jiffaccjaw kazi serji ta’ erezija li dehru quddiemu.
Wara mewtu, l-ghazla tal-Papa waqghet fuq Mons. Martino Royas li
sar Isqof ta’ Malta u Ghawdex kif ukoll pro-inkwizitur. Minhabba
tilwim serju li sikwit beda jinqala’ bejnu u l-Gran Mastru, il-kunsill
ta’ l-Ordni talab lill-Papa biex inehhilu s-setgha tieghu fl-inkwizizzjoni.
Il-Papa Gregorju XIII wara li gharbel sewwa l-kwistjoni li kienet
inqalghet bejn l-Isqof u l-Kunsill ta’ l-Ordni ddecieda li jibda
jahtar inkwizituri li ma jkunux isfqijiet ta’ Malta.
Ironikament, fi zmien il-hakma ta’ l-Ordni f’Malta kellna tliet
qrati - ta’ l-Ordni li kienet tiggudika r-reati tal-kavallieri,
ta’ l-Isqof li kien jiggudika l-htijiet tal-religjuzi u dik ta’
l-Inkwizitur li kien jiggudika reati kontra l-erezija jew il-fidi
nisranija.
L-ewwel Inkwizitur ufficjali u delegat appostoliku li hatar il-Papa
Gregorju XII fl-1 ta’ Dicembru 1574 kien Mons. Pietro Dusina li
matul il-hatra tieghu pprova jirranga xi kwistjonijiet li kienu
nqalghu bejn il-Gran Mastru Jean de la Cassiere u l-Isqof Martino
Royas.
Interessanti hu l-fatt li mhux l-inkwizituri kollha li gew wara
Dusina ppreferew li jghixu f’dan il-palazz li sa dak iz-zmien kien
nieqes mill-kumditajiet u htigijiet mehtiega li kienet titlob id-dinjita’
ta’ Inkwizitur u biex fih isiru t-tribunali tal-qorti. Fil-fatt
kien hemm diversi inkwizituri, fosthom Gian Battista Gori Pannellini,
Tommaso Ruffo u Gio Francesco Stoppani li kienu strumentali biex
dan il-palazz kbir inbidel f’bini residenzjali u gustizzjali.
/Il-Palazz%20ta%27%20l-Inkwizitur.JPG)
L-erezija, offizi religjuzi, qari ta’ kotba kkundannati
mill-knisja, tishir, uzu ta’ maghmul mit-Torok u d-dagha kienu xi
whud mill-akkuzi li setghu facilment iwassluk quddiem l-Inkwizitur.
Kull min kien jigi akkuzat u misjub hati ta’ xi whud minn dawn l-offizi
kien jigi kkundannat u ssentenzjat il-habs. Reati aktar gravi kienu
jinghataw sentenzi ta’ xoghol iebes u sahansitra anke ezilju. F’kazi
fejn kienu jidhlu nisa, dawn kienu jintbaghtu f’xi monasterju jew
jinghataw ghoti ta’ penitenzi spiritwali.
Jinghad li f’dan il-palazz kienu jsiru l-ehrex tribunali tal-gustizzja,
fejn l-akkuzati kienu jixhtuhom f’celel zghar, u dan sahansitra
kien isir fuq l-icken akkuza li ssir kontra taghhom. Ironikament
kull akkuza kienet tkun wahda sigrieta u x-xellej qatt ma kien jinkixef.
L-akkuzati kienu jghaddu minn martirju mentali u fiziku kbir sakemm
jippruvaw l-innocenza taghhom. Biex tinkiseb il-verita’ kollha,
l-akkuzati kienu jghaddu minn diversi torturi, fosthom dak tal-kavalett
ghalkemm mhux l-istorici kollha jaqblu li din it-tortura qatt intuzat
f’Malta. Fil-fatt, l-uzu tat-tortura ‘dare la corda’ fejn persuna
kienet tiddendel minn idejha u fl-istess hin jintrabtu oggetti tqal
ma’ riglejha kienet issir f’kazi rari hafna u dejjem bil-permess
specjali, aktarx wiehed mediku.
/Il-Palazz%20ta%27%20l-Inkwizitur%20fil-Birgu.JPG)
Hafna mill-akkuzati kienu jinzammu f’celel apposta, u l-hatja li
kienu jigu kkundannati mit-tribunal kienu jghaddu hajjithom fil-guvi.
Sfortunatament tiltaqa’ ma’ stejjer fejn il-verita’ tal-kaz harget
hafna snin wara, b’mod specjali f’kazi fejn ix-xellej jistqarr htijietu
fuq is-sodda tal-mewt. Kaz simili kien meta mara xliet sacerdot
b’gurament falz u gie mitfuh il-habs. Snin wara l-mara mardet serjament,
u fil-pont tal-mewt stqarret il-gidba taghha. L-Inkwizitur minnufih
heles lis-sacerdot mill-habs u ordna li ssir purcissjoni bis-sacerdot
taht il-Baldakkin biex juri l-innocenza tieghu.
Fost il-62 Inkwizituri li kellna f’Malta 26 minnhom lahqu kardinali
u 2 minnhom papiet - Fabio Ghigi (Alessandru VII) u Antonio Pignatelli
(Innocenzo XII). Zewg Inkwizituri minnhom mietu f’Malta u Mons.
Giovanni Pietralata difnuh fil-Knisja ta’ San Lawrenz il-Birgu waqt
lil Mons. Carlo Cavalletti difnuh fil-Knisja ta’ Santa Tereza Bormla.
Tajjeb li wiehed ifakkar ukoll li barra il-Palazz tal-Birgu, l-Inkwizitur
Onorato Visconti fl-1625 kien bena l-Palazz tal-Girgenti bhala residenza
tieghu tas-sajf.
Mal-wasla tal-Francizi spiccat l-Inkwizizzjoni f’Malta u dan il-palazz
beda jintuza minnhom. Warajhom ghadda ghand l-Inglizi u beda jintuza
bhala sptar. Peress li fit-Tieni Gwerra Dinjija l-Knisja tal-Lunzjata
ntlaqtet bil-bombi, dan il-palazz beda jservi bhala Kunvent tal-partijiet
Dumnikani u kien isir xi quddies fih.
Wara dan il-palazz gie attrezzat bhala muzew ta’ l-istorja Folkloristika
ta’ pajjizna. Illum dan il-muzew storiku hu mfittex hafna kemm mill-Maltin
kif ukoll mit-turisti, l-aktar minn dawk li jixtiequ jsiru jafu
aktar dwar l-istorja ta’ l-inkwizizzjoni f’pajjizna. |