| |
Fil-gwerra, il-genituri
tieghi, bhall-maggoranza tas-Sengleani hargu mill-Isla u sabu l-kenn
l-ewwel f’Haz-Zebbug u wara r-Rabat. Wara l-Gwerra, nizlu Wied il-Ghajn
fejn jien ghaddejt parti minn tfuliti u fl-1952 ergajna lura l-Isla.
S'intendi, l-ambjent u l-hajja socjali fl-Isla kienet differenti hafna minn dik ta’ Wied il-Ghajn. Fis-snin 50, l-ambjent u l-karattru ta’ belt marittima bhalma hi l-Isla kienu differenti hafna milli huma llum! L-Isla, belt antika, b’aktar minn nofsha mdawra bis-swar, mibnija fuq ilsien art mahrug ghal gol-Port il-Kbir u msawra fuq pjanta ta’ gradilja, bil-parti kbira tag]ha mibnija mill-gdid wara l-gwerra u bit-toroq kollha li jaghtu ghall-bahar b’hafna turgien.
F’dak iz-zmien il-popolazzjoni ta’ l-Isla kienet pjuttost kbira, b’zewg knejjes kbar, dik ta’ San Filippu (l-antika) waqt li l-Bazilka kienet qed tinbena mill-gdid. Fit-tarf tal-belt il-Gnien sabih tal-Gardjola jaghti ghal gol-Port, il-mollijiet taghha mill-Ponta sax-xatt mizghud bid-dghajjes tal-Pass u b’diversi tipi ta’ frejgatini. Ix-xatt taghha, kbir u spazjuz, mimli bil-hwienet tax-xorb li ta’ kull filghaxija kienu jilqghu fihom mijiet ta’ bahrin, f’nofsu l-Pont tal-Lanec tal-Pass u ftit ‘il boghod minnu l-gabbana ta’ Kieli. Fit-tarf tieghu d-Dockyard Terrace u magenbu l-bieb tat-Tarzna.
Ghall-ewwel ahna konna noqoghdu f’mezzanin li kien jaghti ghal fuq il-bahar fi Triq is-Sirena - tefa’ ta’ gebla ‘l boghod mill-Gnien tal-Gardjola - u wara morna f’dar akbar u isbah fi Triq San Guzepp. Bhal bosta tfal ohra tampari li kienu joqoghdu f’dawk inhawi, il-vaganzi tas-sajf konna nghadduhom nilaghbu l-ballun il-Ponta, f’ground imdaqqas mimli trab u gebel bejn it-tarag u t-truncieri, u wara b’girja wahda ghall-bahar. Subien ohra kienu jghaddu hafna hin ittellqu bcejjec zghar ta’ l-injam b’musmar kbir f’nofshom u b’kartuna marbuta mieghu bhala qlugh f’ghadira kbira f’ras il-Ponta.
Kien zmien sabih li ghadda malajr! Waqt li ahna bhala tfal konna naljenaw ruhna fil-loghob u fl-ghawn, madwarna u fil-port kien ikun hemm hafna attivita’ kbira. Dghajjes tal-Pass mimlijin bahrin jew passiggieri jaqsmu l-port mill-Ponta sa xatt il-belt, barklori mehdijin jahslu jew jizbghu d-dghajjes taghhom fuq il-moll, bennejja ta’ l-opri tal-bahar aljenati fuq xogholhom fl-imhazen taghhom u bahrin telghin it-tarag wiesa’ tal-Ponta fi triqthom lejn ix-xatt.
/Xena tal-Port li tfakkarna fil-Konvoj ta' Santa Marija.JPG)
Niftakar li l-gnien tal-Gardjola kien jkun mimli bl-anzjani, xi whud minnhom fi zmienhom kienu jbahhru fuq bastimenti merkantili, u kif wiehed jimmagina, il-pjacir taghhom jirrakkontaw l-esperjenzi taghhom fuq il-bahar u fil-pajjizi li zaru. Ohrajn, maqtughin ghalihom, kienu jintilfu jharsu lejn il-bastimenti tal-gwerra u jitghaxxqu bil-hajja marittima u hawtiela li kien jiggenera l-port taghna.
F’dik l-epoka fil-Port il-Kbir kellna l-bastimenti tal-flotta Ngliza, fosthom l-aircraft carriers, cruisers, destroyers, landing barges u minessweepers. Matul il-firxa tal-port, mill-break water sal-Marsa, il-bahar kien ikun mimli b’diversi caters mimlijin bil-bahrin jisserpjaw madwar il-port fi triqthom lejn id-Dwana, diversi wejliet tal-bastimenti, fosthom dik ta’ Sant’ Anglu jitharrgu matul il-port, sparar tal-kanuni minn taht Sant’Jiermu u minn fuq Sant’ Anglu kull darba li bastiment gdid tal-gwerra jidhol ghall-ewwel darba jew tkun l-ahhar vista tieghu fil-port taghna, attivita’ kbira mill-bahrin f’Sant’ Anglu u fuq il-bastimenti kollha navali kull darba li jghaddu l-lanec ta’ C in C jew ta’ l-Ammirall tal-flotta.
/Xena artistika tal-Port il-Kbir.JPG)
X’aktar? Sajjieda fil-Frejgatini jistadu, dghajjes tal-Pass fil-venda qrib il-mollijiet tal-belt, il-Lanec tal-Pass bil-passiggieri jaqsmu mill-belt ghall-Birgu u l-Isla, ix-xatt il-Birgu li f’dik l-epoka kien jaghmel parti mit-tarzna ta’ Bormla mimli braken, lanec zghar ghat-tiswija jew manutenzjoni u bcejjec ohra navali. Niftakar, il-lanec zghar ta’ l-irmonk jigbdu warajhom il- braken tal-faham jew b’taghbijiet ohra, bil-kbar hergin mit-tarzna ta’ Bormla biex idahhlu jew johorgu xi bastiment tal-gwerra, kif ukoll attivita’ kbira mill-haddiema fit-tarznari ta’ Bormla u f’dahlet il-Francizi fuq il-bastimenti navali.
Fuq ix-xaqliba tal-belt, sorguti f’Xatt il-Barriera diversi bastimenti tat-taghbija, PzO, tal-Prince u ohrajn, kif ukoll il-vapur Malti Star of Malta li ta’ kull gimgha kien ibahhar bejn Malta u Sqallija. Il-Lift – struttura kbira tal-hadid b’zewg vaguni, il-hin kollu telghin u nizlin bin-nies, l-attivita’ kummercjali kbira f’Xatt Lascaris, l-aktar fejn kienu jorbtu l-iskejjen Ghawdxin kif ukoll fin-nahat tal-Knisja tal-Liesse.
Dak iz-zmien il-familji Maltin kienu jkunu familji kbar! Il-hajja kienet irhisa izda l-pagi kienu baxxi hafna. hafna familji rari kienu johorgu mill-Kottonera jekk mhux ghal xi qadja jew biex jaraw xi film il-belt jew il-hamrun. Il-karnival u t-teatrin minn dejjem kienu ghal qalb il-familji Sengleani ta’ tfuliti. Niftakar xi kumpaniji taz-zfin jizfnu quddiem it-tlett kazini ta’ l-Isla u ghadd gmielu ta’ maskarati jigru mat-toroq matul il-gurnata. Kull nhar ta’ Sibt ghand il-Gambin konna nattendu ghal xi serata teatrali minn diversi kumpaniji fosthom l-Indipendenza ta’ l-Isla.
Meta fetah ir-Rialto f’Bormla (1958), hafna mill-familji Sengleani kienu jibbukkjaw il-biljetti taghhom f’nofs il-gimgha ghal shows tal-hdud. Fi tfuliti konna nuzaw il-Lanec tal-Pass, izda meta fl-1957 is-servizz ta’ transport gie estiz ukoll ghall-Isla, il-Lanec tal-Pass waqfu.
Il-hajja familjari u socjali kienet wahda ta’ rutina. Il-missier kien ibakkar kmieni ghax-xoghol u filghaxija jghaddiha d-dar jew il-kazin. L-ommijiet, aljenati bit-tobbija tat-tfal u bix-xoghol tad-dar kienu jiehdu hsieb ukoll ix-xjuh taghhom. hafna mit-tfal, wara gurnata loghob, filghaxijiet kienu jattendu l-lezzjonijiet tad-duttrina fil-Muzew jew l-Azzjoni Kattolika.
Matul Awissu sa lejlet il-festa tal-Vitorja, il-Ponta u l-Gnien tal-Gardjola kienu jkunu mimlijin bin-nies ilkoll isegwu t-tahrig u jirrekordjaw il-hinijiet ta’ kull opra tat-tigrija li kienet tiehu l-korsa minn Ras hanzir sad-dwana. Bhalissa qed niftakar f’hafna qaddiefa u habrieka li hadmu hafna biex din it-tradizzjoni tibqa’ hajja fiz-zmienhom fosthom, Kieli l-Favett, Gustu ta’ Battajola, il-Qaddis, il-Pajsu, Cikku l-Blokk, is-surmast Borg, Toni z-|biba, Salvu l-Pa Salv, In-Niger, in-Nanna Klara, Charlie l-Bormliz, Ganni l-Giller u hafna u hafna ohrajn.
/Xena sabiha tal-Port il-Kbir.JPG)
Wara r-Regatta hafna nies mill-belt kienu jaqsmu bil-lanca tal-Pass lejn Isla biex jattendu ghall-purcissjoni tal-Bambina. Sa’ l-1957 il-purcissjoni kienet ghadha tohrog mill-knisja ta’ San Filippu. Kif l-purcissjoni kienet tasal ix-Xatt, il-bastimenti tal-gwerra kienu jitfghu s-search light fuq l-istatwa tal-Bambina u jzommuh fuqha tul ix-xatt kollu fost atmosfera kbir ta’ ferh, capcip u kant Marjan.
Din kienet l-Isla ta’ tfuliti! Allavolja ghaddew 50 sena, dawn it-tifkiriet ghadhom sal-lum hajjin f’mohhi! |