Joseph Serracino writes about the old Lift in Valletta

It-tifkiriet sbieh ihennu lill-bniedem u kapaci jaljenawh ghal hafna hin. Issib min jghidlek li n-nostalgija tfakkrek biss fis-sabih u tnessik l-ikrah tal-hajja. Ghandhom ragun! Hafna drabi t-tifkiriet sbieh ma jaghtukx ic-cans li tirrefletti sewwa l-qaghda jew x’kienu c-cirkostanzi attwali meta jkun ittiehed ir-ritratt li fuqu tkun qed tibni t-tifkiriet tieghek. Forsi, dan hu l-ikrah tal-nostalgija, izda fiha wkoll il-meriti taghha ghax permezz taghha ahna niftakru fil-passat taghna, bil-helu u l-morr tieghu.

Joseph Serracino

 
 
 

Fil-fatt, quddiemi ghandi xi ritratti sbieh tal-Lift u tax-xtut ta’ Lascaris u l-Barrieri li jfakkruni fi zmien tfuliti, ghalkemm meta ttiehdu dawn ir-ritratti, jien kont ghadni fi hsieb t’Alla. Izda l-genituri tieghi li kienu jiftakru tajjeb dawn in-nahat, minn jaf kemm smajthom jirrakkontaw stejjer dwar l-atmosfera u l-kummerc kbir li kien isir  f’dawn ix-xtut u fl-inhawi tal-qrib.              
Ix-xahar l-iehor tajna harsa fil-qosor lejn il-Lanec tal-pass u ktibt dwar l-utilita taghhom bhala l-mezz ewlieni ta’ transport tal-bahar  fiz-zewg portijiet. Kien jinqeda bihom kulhadd, b’mod specjali mijiet ta’ haddiema tat-Tarzna li ta’ kuljum kienu jaqsmu bihom mill-belt ghall-Isla u vici versa.

M’hemmx dubju li hafna min-nies li kienu jaqsmu bil-Lanca tal-pass mill-Kottonera ghal xi qadja fil-belt Valletta kienu jippreferu juzaw il-Lift milli jaqbdulek it-Telgha ta’ Liesse, jghaddu minn taht il-Victoria Gate, jitilghulek dawk it-turgien kollha sa ma jaslu hdejn il-Knisja ta’ Giesu, imbaghad erhilhom ikomplu telghin Triq San Gwann, maghrufa wkoll bhala Triq il-Ganc.

Il-Lift tal-Barrakka ta' Fuq (il-Belt)

Harsa hafifa lejn ir-ritratt tal-Lift jurini struttura kbira tal-hadid imwahhla mal-hajt bi travi tal-hadid, twila madwar 39 metru. Min ghandu madwar 35 sena, il-Lift ma jiftakrux, izda ghal min hu akbar u ghex madwar il-port, mhux biss jiftakru, izda jista’ jkun li  wzah kemm-il darba biex mix-xatt tal-belt, f’temp ta’ ftit minuti jsib ruhu l-Barrakka ta’ Fuq, u b’hekk jiffranka dawk it-turgien li accennajt ghalihom aktar qabel.

Il-kumpanija li bniet il-Lift kien jisimha ‘Malta Tramways and Lifts’, l-istess kumpanija li kienet introduciet it-Tram f’Malta. L-inawgurazzjoni tal-Lift saret fl-ewwel ta’ Jannar ta’ 1906, u kif ghedna, hafna mill-passiggieri li kienu juzaw il-lanec tal-port kienu jaghmlu uzu minnu kontinwament.

Barra hekk, il-Lift  li kien jahdem bl-elettriku u kellu zewg vaguni , kien ta’ utilita‘ kbira kemm ghall-haddiema li kienu jahdmu f’xtut il-belt, kif ukoll ghan-nies tas-servizzi, l-aktar ghall-bahrin li kienu juzawh il-hin kollu.

Jien niftakarni nqum kmieni biex imur ma’ ommi l-belt bil-lanca tal-pass ghax kont naf li se nitilghu u ninzlu bil-Lift. Niftakar darba  waqafna f’nofsu u tghidx kemm bzajna. Bzajt li se jinqata’ l-wajer u li l-vagun li konna fih kien se jaqa’ ghall-isfel u mmutu. Niftakar ukoll li darba ohra nzilna bil-Lift u hekk kif hrigna mill-vagun rajna ragel mghotti b’lizar u mdawwar bil-pulizija. L-ghada  qrajna li l-imsejken kien bahri zaghzugh (aktarx fis-sakra) li kien ghamel imhatra ma’ shabu li jinzel mal-hadid tal-Lift u waqa’ ghall-isfel. Minn dak in-nhar ma tlajniex aktar bil-Lift.

L-introduzzjoni tar-rotot tax-Xarabanks lejn l-Isla u n-nuqqas ta’ kummerc fix-xtut tal-Belt wassal biex fl-1 ta’ Frar 1973 jieqaf is-servizz tal-lanec tal-pass fil-Port il-Kbir u maghhom jintemm is-servizz tal-Lift,  li gie zarmat ghal kollox fl-1982.

Ix-Xatt tal-Belt

Ritratti interessanti ohra li ghandi quddiemi jirrapprezentaw diversi xeni tax-xtut ta’ Lascaris u l-Barrieri mill-imhazen ta’ Pinto sal-Pixkerija.

Fi tfuliti niftakar dawn ix-xtut mimlijin daqs bajda bin-nies, b’ghadd gmielu ta’ hwienet tax-xorb miftuhin sa tard filghaxija ghall-Maltin u l-bahrin. Matul il-gurnata, dawn ix-xtut kif wkoll in-nahat tal-Knisja tal-Liesse kien ikun fihom ghaxqa, b’hafna hwienet miftuhin ghan-negozju, tax-xorb, tal-merca, tal-haxix u frott, tat-tabakk, taz-zebgha, diversi importaturi, imhazen kbar fejn in-nisa tad-dar kienu jbiddlu l-kupuni ta’ prodotti tat-trab tas-sapun (‘Serf’, ‘Tide’ u ‘Spell) f’affarijiet utili ghad-dar, agenziji ta’ kumpaniji ta’ vapuri u  stabbilimenti ohra li kienu joholqu x-xoghol u jaghtu l-hajja lil dawn ix-xtut sbieh.

Imbaghad xi nghidu ghall-kummerc kbir li kienu jiggeneraw l-Ghawdxin kull meta  kienu jidhlu fil-Port il-Kbir bl-iskejjen (tal-Latini) taghhom?. Wara li kienu jittrakkaw mal-mollijiet ta’ taht il-Kurcifiss u jhottu l-prodotti taghhom ghal fuq il-moll, erhilhom ibieghu l-haxix, frott ta’  l-istagun, tjur, fniek, hut, bizzilla, ghasel, qasab u mitt haga ohra.

Sintendi f’dik l-epoka l-Port il-Kbir kien jiggenera hafna xoghol. Minbarra l-bastimenti tal-Gwerra, matul il-moll bejn il-Pont tal-Lanec (quddiem il-Knisja tal-Madonna tal-Liesse) sal-Pixkerija  kienu jorbtu diversi bastimenti tad-ditti maghrufa bhalma huma  tal-Prince, P&O u ohrajn, ihottu u jghabbu l-merkanzija taghhom  minn fuq il-braken.

Niftakar li magenbhom kien jorbot il-vapur Malti l-‘Star of Malta’ li kien speci ta’ ferry boat bejn Malta u Sqallija. Il-lanec tal-pass kienu ghadhom joperaw fil-port waqt li ghadd kbir ta’ barklori bid-dghajjes taghhom kienu jkunu fil-venda  qrib id-Dwana. Dak iz-zmien il-Lift  kien fl-aqwa tieghu.

Sfortunatament xeni bhal dawn illum m’ghadniex narahom fi xtut il-belt. Tarahom biss f’xi ritratti antiki, aktarx f’xi kotba li ssibhom f’xi librerija jew ghall-bejgh ghand tal-kotba. Il-hasra hi, li ritratti bhal dawn jiswew mitqlu deheb ghal dawk l-istudenti li jkunu qeghdin jaghmlu ricerka dwar l-Istorja u l-folklor ta’ pajjizna.

Kull ritratt antik, barra li ghandu l-valur storiku tieghu, jghin hafna lill-istudenti biex jifhmu ahjar l-ambjent ta’ l-epoka meta jkun ittiehed, kif ukoll jaghtihom stampa reali kif kienu jghixu missirijietna matul is-seklu l-iehor.

Finalment nixtieq infakkar il-qarrejja ta’ din il-pagna li dawn ir-ritratti ta’ Xatt il-Belt ittiehdu fi zmien meta pajjizna kien ghadu taht  il-hakma kolonjali Ingliza.
   
 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2011. All rights reserved.
1