| |
Nimmagina
li kull turist li jzur il-Barrakka ta’ Fuq u jaghti harsa panoramika
lejn il-Port il-Kbir, id-dehra potenti u majestuza tal-Forti Sant’
Anglu, mibni fil-ponta tal-Birgu, antikament maghruf bhala l-ghassies
tal-port - minn mohhu jghaddilu l-hsieb, li dan il-port matul l-istorja
tieghu, kemm il-darba serva ta’ arena ta’ glied qalil u mdemmi.
Issib min, sfortunatament anke Maltin, li lil dan il-Forti jassocjah
biss mat-taqbid li sar fuqu fl-Assedju l-Kbir ta’ l-1565, izda naccertakom
li l-istorja tieghu hi eqdem hafna minn dik ir-rebha storika fuq
il-Mislem.
L-istorici jghidulna
li eluf ta’ snin ilu, fuq is-sit fejn illum hu mibni dan il-forti,
il-Fenici kienu bnew tempju u ddedikawh lil Melitta, imsejha wkoll
>ammuna (Astarte) jew Astaroth, aktar tard maghrufa mir-Rumani
bhala Venere - alla ta’ l-imhabba. Fil-fatt, xi whud jahsbu li Melitta
aktarx hu l-ewwel isem moghti lill-gzejjer Maltin.
Wara l-Fenici, ghall-habta ta’ 700 sena QK, il-gzejjer taghna ghaddew
f’idejn il-Griegi u dawn bidlu l-isem ta’ Melitta ghall-Malet li
bl-ilsien Grieg tfisser ghasel. Peress li l-Griegi kienu jippreferu
jghammru fil-qalba tal-gzira milli fix-xtut tal-portijiet, huma
bnew l-Imdina u dawwruha bis-swar. Jinghad li meta l-hakma ghaddiet
f’idejn il-Kartaginizi, it-Tempju ta’ Melitta sar aktar maghruf
fost il-gnus li jhaddan il-bahar Mediterran.
/Il-Forti%20Sant%27%20Anglu.JPG)
X’gara minn
dan it-tempju fiz-zmien ir-Rumani jezistu hafna dubji u fehmiet
, fosthom, jekk it-tempju ddedikat lill-Gunone li l-ghorrief rumani
Tolomew u +icerun rreferew ghalih bhala tempju ghani hafna u meqjus
fost l-aqwa tempji ta’ zmienhom kienx proprju dan it-tempju inkella
tempju iehor li nstab f’tas-Silg.
Fis-sena 870
WK dawn il-gzejjer ghaddew f’idejn l-Gharab. Huma cekknu l-Imdina
ghad-daqs kif nafuha llum, garrfu t-tempju Ruman u minfloku bnew
torri u ghammruh bil-kanuni. Hawn min hu tal-fehma li parti mit-tempju
Ruman kienet testendi ‘l barra mis-swar u tasal sal-bahar, waqt
li partijiet ohra minnu huma mirduma taht is-swar tal-forti.
Meta fl-1090,
dawn il-gzejjer waqghu f’idejn il-Kont Ruggieru, f’dan il-forti
kienet thaffret kappella fil-blat u giet iddedikata lill-Madonna.
Wara n-Normani, ghal kwazi 300 sena, il-gzejjer Maltin ghaddew f’idejn
sidien fewdali.
Kien zmien fejn is-sistema tal-fewdu kienet komuni hafna fl-Ewropa.
Bosta slaten kienu jikru jew ibieghu bcejjec kbar ta’ artijiet lin-nobbli
taghhom, u dawn isiru s-sidien temporanji taghhom bil-jedd li jahkmu
u jittaxxaw lill-popli f’ismu. Dan iz-zmien huwa maghruf bhala Zmien
it-Tiranni, ghaliex bosta minn dawn is-sidien ghakksu kemm felhu
lill-missirijietna, u kull min fettilu jiftah halqu kontrihom sab
ruhu maqful fil-habs ta’ dan il-forti.
/Il-Kappella%20ta%27%20Sant%27%20Anna%20%20fil-Forti%20Sant%27%20Anglu.JPG)
Fiz-zmien
il-hakma ta’ l-Aragonizi dan it-torri gie mkabbar f’sura ohra, aktarx
kwadra. Il-bini ta’ dan il-kastell qawwi f’ras dan il-promotorju
u mghammar tajjeb bil-kanuni u suldati ghen hafna biex xi sajjieda,
bdiewa u nies tas-snajja jersqu lejn dawn l-inhawi u jghammru qrib
tieghu. B’hekk, fi ftit snin, dan il-villagg ckejken li kien maghruf
bhala l-Burgo beda jikber u jitkattar bin-nies. Fl-1239 dan il-kastell
kien issemma f’ittra li r-Re Federiku II kien baghat lill-kastellan
li kien jiehu hsieb dan il-kastell.
Aktarx li l-isem
ta’ Sant’ Anglu nghata minn Angelo de Melfi (1352) u li wara sar
maghruf bhala Castrum Maris - Kastell magenb il-bahar. Bosta mis-sidien
fewdali gabu s-suldati maghhom, ghamluh is-Sede taghhom u ghammruh
bit-taghmir kollu tat-taqbid. Ma nehodhiex bi kbira, li maz-zmien
anke Maltin gew ingaggati bhala suldati. Fl-istorja ta’ Malta jissemmew
bosta sidien fewdali li haqru lill-poplu taghha, fosthom, l-aktar
li jissemma hu l-Konti Gonsalvu Monroi (Aragoniz) li fl-1425 kien
xtara l-gzejjer taghna ghal 30,000 Fjorin minghand Anton de Cardona,
u wara li stabbilixxa ruhu fil-Kastell ta’ Sant’ Anglu bhala hakkiem
ta’ dawn il-gzejjer beda jiggverna b’id tal-hadid.
Mal-wasla ta’
l-Ordni tal-Kavallieri fostna fl-1530, Sant’ Anglu waqa’ f’idejhom,
ghamluh is-Sede taghhom, qatghuh mill-Birgu, sahhew is-swar u tellghu
ohrajn godda u fi zmien de’ Homedes bnew il-kavallier fejn hemm
il-qanpiena. Meta fit-18 ta’ Marzu 1571 il-kavallieri ttrasferew
is-Sede taghhom ghall-belt Valletta, Sant’Anglu beda jintuza bhala
l-habs ta’ l-Ordni.
Mal-wasla ta’
l-Inglizi fostna, Sant’ Anglu waqa’ f’idejhom, ghamluh bazi navali
u baqa’ f’idejhom sa’ l-1979. Kien hemm zmien meta dan il-forti
nghata l-isem ta’ HMS Egmont, izda fl-1938 inbidel l-isem u mill-gdid
sar maghruf bhala HMS Fort St. Angleo. Minhabba r-rabta storika
li dan il-Forti ghandu ma’ l-istorja ta’ pajjizna, niftakar li fi
tfuliti, ta’ kull sena, f’nhar il-festa Nazzjonali tat-8 ta’ Settembru
kien jinfetah ghall-pubbliku.
/Il-Kappella%20ta%27%20Forti%20%20Sant%27%20Anglu.JPG)
Niftakar lill-bahrin
idawruna ma’ Sant’ Anglu u juruna l-postijiet storici li nsibu fih,
bhall-Bir tas-Skieken, il-Guvi, il-Kappella tan-Nativita’ mhaffra
fil-blat, il-Kappella ta’ Sant’ Anna hdejn it-turretta, il-qabar
fejn indifnu l-qalbiena li mietu fl-Assedju l-Kbir u d-dar tal-Gran
Mastru. Niftakar ukoll li fid-dahla tal-bieb kien hemm il-Pulena
tal-bastiment Hiberia li llum tinsab fil-muzew Marittimu ta’ Birgu.
Fiz-zmien l-Inglizi,
Sant’ Anglu kien mizmum tajjeb u nadif hafna, kien hemm diversi
xtieli ta’ ward u sahansitra kienet tikber fih xitla li z-zerriegha
taghha kienet forma ta’ salib tal-kavallieri. Xi whud kienu jghidu
li din ix-xitla kienet tikber hemm biss, illum, din ix-xitla m’ghadhiex
tezisti.
Niftakar li fis-snin 70 gieli attendejt ghal xi party familjari
organizzat mill-ufficjali fl-Offices Mess u gieli f’dawn il-parties
dawru xi film ukoll. Kienu jkunu laqghat sbieh u familjari, fejn
hafna drabi d-diskors kien jaqa’ fuq l-ihirsa u l-hsejjes strambi
li jinstemghu f’dawk l-inhawi matul il-lejl … insomma, dan kien
zmien iehor imzewwaq b’hafna tifkiriet sbieh!
Mit-tluq ta’
l-Inglizi sal-lum, f’Sant’ Anglu saru diversi xoghlijiet ta’ tindif
estensiv, restawr ta’ siti storici, manutenzjoni ta’ swar, twaqqiegh
ta’ strutturi li nbnew ricenti kif ukoll installazzjoni ta’ sistema
ta’ dwal biex jinxteghel wara nzul ix-xemx.
Il-Forti Sant’
Anglu huma monument storiku li bhalu ma ssib imkien fid-dinja. Il-hasra
hi, li hafna Maltin u turisti li jzuru dan il-forti jilmentaw, li
mhux biss ix-xoghol mixi bil-mod izda s-siti storici bhalma huma
l-Kappella ta’ Sant’ Anna u d-dar tal-Gran Mastru ma jkunux jistghu
jarawhom peress li jinsabu fil-parti ta’ fuq tal-forti li hi amministrata
mill-Ordni ta’ San Gwann. |