Joseph Serracino writes about the First Chapel in Cospicua

 M’hemmx l-icken dubju li l-poplu ta’ din il-belt antika mill-ibghad zminijiet ta’ l-ezistenza tieghu kellu mhabba kbira lejn il-Madonna. Fil-belt ta’ Bormla wiehed isib diversi knejjes u kappelli dedikati lill-Madonna. Kull lok religjuz ghandu l-istorja tieghu u jaghmel parti mill-wirt partimonju Marjan ta’ din il-belt antika. Izda xi kultant jigri, xi postijiet sagri bhalma huma kappelli antiki li ma jibqghux jintuzaw regolament jintesew biz-zmien, u b’hekk il-poplu, bla ma jintebah, ikun tilef mhux biss parti mill-patrimonju religjug tieghu izda wkoll parti mill-istorja ta’ Beltu jew rahal twelidu.

Joseph Serracino

 
 
 

Kaz tipiku huwa l-ewwel lok ta’ kult Marjan f’Bormla. Fil-fatt, xi whud mill-istorici taghna huma tal-fehma li din il-kappella thaffret fil-blat mijiet ta’ snin qabel ma nbniet Bormla u ghalhekk hi l-ewwel knisja ta’ din il-belt antika.  Jidher car, li l-kotra tal-poplu ta’ din il-belt m’ghandux taghrif bizzejjed dwar l-ewwel kappella li kienet dedikata lill-Madonna fuq din il-medda art kbira li wara fuqha nbniet il-belt Cospicua. Hawnhekk jien qed nirreferi ghall-kappella li antikament kienet giet imhaffra fil-blat ftit ‘il isfel mill-Mina ta’ Santa Liena. Din il-kappella kienet il-lok, fejn hafna mis-sajjieda li kienu jghammru madwar jew ‘il gewwa mill-bajja ramlija li f’dawk iz-zminijiet kienet tidhol ‘il gewwa mill-pjazza Pawlino Gulia,  ta’ kuljum kienu jiffrekwentawha biex jaghtu gieh lil Sidna Gesu u l-ommu Marija.

Aktarx li qabel ma nbnew l-ewwel kappelli f’Malta, missirijietna kienu juzaw gherien jew dahliet fil-blat bhala post jew lok ta’ kult religjug. F’dawn l-gherien kienu jqeghdu xhiebat tal-Madonna, u biz-zmien, kemm minhabba l-grazzji maqlugha kif ukoll minhabba l-qima specjali li missirijietna minn dejjem kellhom lejn din il-Vergni Celesti, kienet titkattar devozzjoni kbira lejha u jsir lok ta’ kult Marjan.

L-Ewwel Kappella f’Bormla

L-ewwel kappella ta’ din il-belt antika kienet  iddedikata lill-Sidtna Marija taht it-titlu ta’ Santa Marija de Nativitate. Kienet giet mhaffra fil-blat, fil-genb tal-wied li antikament kien jinzel min-nahat tal-Fgura u jizbokka ghal gol-bahar. Fuq il-bieb tad-dar fejn tinsab din il-kappella, madwar 20 metru ‘l isfel  mill-Mina ta’ Santa Liena, hemm skrizzjoni fuq irhama li tfakkarna f’dan il-wirt storiku u partrimonju kbir Marjan. Sfortunatament, dan il-lok qaddis li hu xhieda hajja tal-qedem tat-twemmin nisrani f’Bormla jinsab madwar zewg sulari u nofs ‘l isfel mill-ghatba ta’ dan il-bieb.

Meta nbeda x-xoghol fuq il-bini tas-swar ta’ Santa Margerita, wicc il-wied gie mirdum u mgholli diversi metri biex tkun tista’ tinbena triq gdida, b’konsegwenza li din il-kappella sabet ruhha taht it-triq. Jista’ jaghti l-kaz li ghal xi zmien kien hemm xi access ghaliha, izda meta fl-1659 u 1668 din il-kappella giet ipprofanata ma baqghetx tintuza. Mid-dehra, fis-snin ta’ wara dawn l-inhawi bdew jinbnew, u peress li din il-kappella giet maghluqa jew abbandunata u n-nies bdiet tiffrekwenta knejjes ohra, fuqha tela’ l-bini, b’konseqwenza li l-generazzjonijiet li gew wara tilfu kull hjiel ta’ dan il-lok qaddis.

B’danakollu, hija haga certa li t-tradizzjoni li f’dawk l-inhawi darba kienet tezisti kappella ddedikata lil Madonna ghaddiet mill-missier ghall-iben, izda peress li mal-milja tas-snin tela’ l-bini, il-post ezatt fejn setghet kienet intilef. Kellhom ikunu l-bombi qerrieda tal-gwerra li kixfu mill-gdid dan il-wirt storiku, u meta dawn in-nahat regghu nbnew mill-gdid wara l-gwerra, il-gvern ta’ dak iz-zmien ha hsieb li jippreserva lil din il-kappella f’post mtella’ apposta u jaghmel access ghaliha.

Fortunatament, ftit tas-snin ilu, jien kelli x-xorti ninzel naraha mal-habib tieghi John Vella. Hasra li din il-kappella tinsab letteralment abbandunata f’speci ta’ kantina. Biex tinzel fiha hemm madwar 30 targa, u meta tasal fejna ssib ghadira kbira ta’ l-ilma tax-xita li aktarx jidhol minn xi xquq li hemm fil-blat. Il-post hu mudlam, bla dawl elettriku, u l-gheluq tieghu qed ikompli jzid l-umdita’ kbira li akkumulat maz-zmien - umdita’ li kwazi taqtaghlek nifsejk int u niezel jew tiela’ t-tarag.

Tajjeb li wiehed ifakkar ukoll li din il-kappella li skond it-tradizzjoni kienet maghrufa bhala Ta’ Fuq Santa Liena jew tas-Sokkors kienet maghrufa wkoll bhala tas-Santarena. Aktarx li din il-kappella kellha tliet altari, il-maggur dedikat lit-twelid ta’ Gesu Kristu, u t-tnejn l-ohra fil-gnub kienu ddedikati lil Sant Andrija  (patrun tas-sajjieda) u lil Santa Liena. Jinghad li fiz-zmien l-ewwel kappillan ta’ Bormla Dun Mikiel Cap din il-kappella kellha altar wiehed u kwadru dedikat lill-Madonna.

Ma’ l-ewwel daqqa ta’ ghajn lejn din il-kappella  wiehed mill-ewwel jirrealizza li n-nies li haffruha fil-blat kienu nies tal-mistier ghaliex ix-xoghol taghha hu rifinut hafna. Aktarx li matul il-medda tas-snin il-hajt taghha gie miksi b’xi materjal li jixbah hafna lis-siment, izda skond l-istoriku John Vella, din il-kisja ta’ materjal ta’ kulur griz m’ihiex siment izda xi kompozizzjoni ohra li tixbahha hafna. Il-fond tal-kappella li hi f’forma ta’ arzella hi mzejna b’arkata elaborata, hu ta’ mawdar erba’ metri bi tliet metri u nofs wiesgha.

Fuq in-naha ta’ gewwa l-art hi kemmxejn imhattba, u dan jaghti x’jifhem li f’dan il-post kien hemm l-artal il-maggur. Fuqu jidher bhall-gwarnicun irqiq li aktarx kien jingasta fih il-kwadru titulari, u aktar ‘il fuq minnu wiehed jinnota bastun arkitettoniku ornamentali. Fuq il-gnub ta’ l-Ghar hemm zewg pilastri mahdumin b’sengha kbira u sporguti ‘l barra li jaghtuk x’tifhem li dan l-Ghar kien jigi mzejjen bid-damask jew drapp iehor.

Fuq l-arkata hemm kitba Rumana li ghadha tidher cara li tghid hekk ‘Patrvm Mater Virgo Genvi’ li bi kliemna tfisser Omm xebba welldet il-Wirt li hu Gesu Kristu. Fuq kull naha ta’ din il-kitba,  hemm  imhaffra fil-blat f’forma ovali post ghal zewg midaljuni, b’dak tax-xellug aktarx kien xbieha ta’ mara mmermra  biz-zmien, waqt li l-midaljun tan-naha tal-lemin hu nieqes, aktarx gie  maqlugh minn xi hadd li xtaq izommu bhala tifkira. Jidher ukoll li din l-arkata kienet tinghalaq b’xi kancell jew speci ta’ zuntier baxx.

F’din il-kappella, fuq in-naha tax-xelluq, int u thares lejha mill-faccata taghha, livell ma’ l-art hemm fetha baxxa, aktarx dahla ta’ xi Ghar li maz-zmien gie mbarrat bil-gebel. Hemm ghajdut li dan il-Ghar kien jibqa’ sejjer sa’ Marsaxlokk, izda dan l-ghajdut qatt ma gie ppruvat.

Meta wiehed isib ruhu quddiem din il-kappella antika li aktarx thaffret fil-blat mill-ewwel nies li rifsu jew resqu lejn din id-dahla, l-ewwel mistoqsijiet li tistaqsi aktarx ikunu dawn; ‘ X’kienet ir-raguni li l-Knisja Parrokkjali ta’ Bormla li nbniet mijiet tas-snin wara ma nbnietx fuq l-istess sit fejn hemm din il-kappella? Li kieku nbniet fuq l-istess sit ma kinitx tippreserva dan il-wirt religjuh u patrimonju Marjan?  Nafu li f’diversi bliet Ewropej issib knejjes antiki li nbnew fuq siti ta’ knejjes ohra, fejn partijiet mill-fdalijiet taghhom huma ppreservati tajjeb u esposti ghall-pubbliku bhala xhieda tal-qedem tal-fidi taghhom.

Aktarx li dawn it-twegibiet hadd ma jista’ jwegibhom. Aktarx issib min jghidlek  li peress li dawn l-inhawi kienu mibnija, instabet bicca art kbira fil-qrib biex fuqha tinbena l-knisja ewlenija ta’ Bormla. Ma nehodhiex bi kbira li hemm diversi ragunijiet ohra, izda personalment nhoss li l-awtoritajiet religjuzi ta’ dawk iz-zminijiet setghu sabu mezz kif ippreservaw dan il-lok Marjan, anke jekk fil-fatt kien gie pprofonat darbtejn fi zmien disa’ snin. Jinghad li l-unici tifkiriet li l-poplu Bormliz ghandu ta’ din il-kappella huma Zimarra tal-Harir Celesti u Pjaneta bajda, li fortunatament, il-figura tal-Madonna li kellha minsuga fuq id-dahar taghha llum tidher fuq il-Ventaltar tal-kor.

Wara l-gwerra din il-kappella antika ghaddiet f’idejn id-Dipartiment tal-Muzewijiet, li minflok gharaf l-importanza ta’ dan il-wirt storiku li kien intifel maz-zmien u fetahha ghall-pubbliku, rega’ difinha mill-gdid f’qiegh ta’ dar mitluqa. Il-hasra hi, li lanqas l-awtoritajiet tal-knisja lokali ma wrew interess f’din il-kappella, li barra l-valur kbir storiku taghha ghall-beltna, hi xhieda hajja tal-patrimonju Marjan li hallew warajhom missirijietna. Hasra li din il-kappella mhaffra fil-blat giet abbandunata qisha qatt ma ezistiet.

Riferenzi:
Pietru Pawl Castagna: L-Istorja ta’ Malta bil-Gzejjer Taghha. Ed. 1888.
Charles Galea Scannura: Taghrif Storiku dwar il-Knisja Parrokkjali ta’ Bormla, p. 5.
Alfie Guillaumier: Bliet u Rhula Maltin, It-Tieni Edizzjoni 1972, p.55
John Vella: L-Eqdem Knisja fil-Port il-Kbir, programm tal-festa ta’ Marija Immakulata fil-Belt ta’ Bormla, 1999

 


 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2011. All rights reserved.
1