Joseph Serracino writes about Cospicua: The Immaculate Conception City

M’hemmx l-icken dubju li l-poplu ta’ din il-belt antika mill-ibghad zminijiet ta’ l-ezistenza tieghu kellu mhabba kbira lejn il-Madonna. Xhieda hajja ta’ din l-imhabba specjali li l-Bormlizi ghandhom lejn l-Immakulata m’ihiex il-wirja tal-festi kbar u sbieh li jaghmlu ta’ kull sena nhar it-8 ta’ Dicembru izda hi d-devozzjoni kbira li minn dejjem kienet theggeg f’qalbhom lejn din l-Omm hanina.

Joseph Serracino

 
 
 

L-ewwel Kappella ta’ Bormla ddedikata lill-Sidtna Marija taht it-titlu ta’ Santa Marija tan-Nativita’ kienet mhaffra fil-blat madwar 20 metru ‘l boghod mill-Mina ta’ Santa Liena. Illum din il-kappella tinsab midfuna f’dar maghluqa, u li kieku fuq il-bieb taghha m’hemmx skrizzjoni fuq irhama li tfakkarna f’dan il-wirt storiku, kieku hadd ma jaf li madwar zewg sulari ‘l isfel mill-ghatba ta’ dan il-bieb hemm l-ewwel kappella ta’ din il-belt antika

Meta nbeda l-bini tas-swar ta’ Santa Margerita, l-art tal-Wied gholliet diversi metri biex tkun tista’ tinbena triq gdida, b’konseqwenza li din il-kappella giet taht it-triq. Jista’ jkun li ghal xi zmien kien hemm xi access ghaliha, izda meta maz-zmien ma baqghetx tintuza u kienet ipprofanata fl-1659 u 1668, nbena xi bini fuqha u ntesa’ l-post ezatt fejn kienet, sakemm il-bombi qerrieda tal-gwerra kixfu mill-gdid dan il-wirt storikur li sfortunatament ftit huma dawk li ghandhom access ghaliha peress li tinsab f’bini maghluq. Jinghad li c-cwievet ta’ din id-dar jinsabu ghand il-kunsill.

Bormla nfirdet mill-Matrici tal-Birgu fl-1586 u saret parrocca indipendenti. Dun Mikiel Cap (Cappara) li sar l-ewwel kappillan taghha twieled is-Siggiewi fit-2 ta’ Settembru 1563. Aktarx li dan sacerdot mahbub li ghamel snin twal kappillan ta’ din il-parrocca trabba fl-Isla jew il-Birgu, peress li ghadd gmielu ta’ familji Siggiewin kienu sabu refugju f’dawn il-bliet fiz-zmien l-Assedju l-Kbir. Fil-fatt, 570 suldat Siggiewi kienu ddefendew bi qlubija kbira s-swar tal-Macina, u jinghad li xi whud minnhom baqghu jghixu fiz-zewgt ibliet minhabba l-biza’ kontinwa  ta’ xi hbit iehor Tork.

Fiz-zmien l-Isqof Senglean Ferdinandu Mattei (1761-1829) saret talba lill-Papa Piju Vll biex dan is-Santwarju ddedikat lill-Immakulata jinghata gieh ta’ Kolleggjata. Il-Papa laqa’ b’ferha t-talba tal-Bormlizi u b’bolla mahruga minn Santa Maria Maggiore fis-17 ta’ Lulju 1822 ipproklama lill-parrocca ta’ Bormla ghall-Kolleggjata Insinji.

Matul is-snin il-knisja parrokkjali kompliet tikber u tistaghna f’dawk li huma xoghlijiet artistici u ta’ arti sagra. Din il-knisja hi maghrufa ghall-patrimonju kbir Marjan li hallew l-antenati taghna u ghar-rikkezzi kbar li ghandha. Fil-fatt, din il-knisja hi meqjusa fost l-aktar knejjes sinjuri li ghandna f’pajjizna, kif ukoll  muzew imprezzabbli f’dik li hi arti sagra. Fiha nsibu xoghlijiet ta’ kwadri tal-pittura mill-isbah minn diversi artisti Maltin u barranin, kif ukoll statwi ta’ l-injam u tal-kartapesta mill-aqwa statwarji Maltin.

M’hemmx dubju li l-akbar gawhra prezzjuza f’dan is-Santwarju Marjan hi l-Istatwa sabiha u mirakuluza  ta’ l-Immakulata  Fl-1905 din l-istatwa saret tal-fidda mid-ditta Antonio Ghezzi & Filgi  ta’ Milan fl-Italja fuq disinn ta’ Abram Gatt  u mill-istatwa originali ttiehdu biss ir-ras, l-idejn, r-riglejn u parti fejn hemm is-serpent. Peress li din l-istatwa tbiddlet kompletament mill-original, hafna jattribwixxu l-vara tal-Kuncizzjoni lil Abram Gatt. Izda qabel din l-istatwa kien hemm ohra tal-Kuncizzjoni li llum tinsab fil-parrocca tal-Qrendi, li skond tradizzjoni antika giet skolpita minn zokk ta’ harruba li fuqha dehret il-Madonna, u li din is-sigra kienet fuq l-art fejn illum hemm il-kor tal-knisja

Ġawhra ohra imprezzabbli li nsibu f’dan is-Santwarju Marjan hi l-pittura titulari li naraw fil-kor tal-knisja u li aktarx hi t-tielet wahda. It-tieni kwadru tat-titular li kien pinga Karlu Gimach u li dam fil-kor sa l-1850 illum jinsab fis-sagristija. Il-pittura tat-titular li naraw illum fil-kor hi xoghol mill-isbah ta’ Pietru Pawl Caruana (1794 -1852)  li saret fl-1828. Din il-pittura giet irregalata lill-parrocca ta’ Bormla minn Mons. Lodovic Mifsud Tommasi (1796 -1879) li kien inhatar kanonku tal-Kolleggjata fl-1857 u ha l-pussess fit-2 ta’ Jannar 1858. }afna ssostnu li dan il-kwadru fih innifsu kien profezija kbira, ghaliex waqt li fl-1854 il-Papa Piju IX ipproklama lill-Madonna bhala l-Immakulata, erba’ snin  wara, jigifieri fl-1858, il-Madonna kienet dehret gewwa Lourdes liebsa l-abjad b’terha celesti ma’ qaghda kif  kien pingiha Caruana fuq ix-xewqet  il-Mons. Mifsud Tommasi.

Jinghad li ghall-ewwel il-kleru ma accettax dan il-kwadru u ghalhekk kellu jinzamm ghand il-familja Tommasi, izda snin wara accettawh, u fis-19 ta’ Novembru 1850 tqieghed fuq l-altar tal-kor.  Jinghad, li wahda mir-ragunijiet li dan il-kwadru artistiku ma giex accettat mal-ewwel kienet li l-mudella li fuqha tpingiet ix-xbieha tal-Madonna kienet tiffrekwenta l-parrocca u l-kleru kien kostrett li jhalli jghaddu ftit tas-snin sakemm finalment qieghdu fil-kor.

Fil-25 ta’ Gunju 1905 il-Kardinal Domenico Ferrata  qieghed kuruna tad-deheb u hagar prezzjuz fuq ras ix-xbieha tal-Madonna, disinn ta’ Abram Gatt.. }amsin sena wara, fl-24 ta’ Lulju 1955 kien imiss lill-Kardinal Federiku Tedeschini li jaghti gieh lill-Immakulata, meta quddiem eluf kbar ta’ nies, devoti ta’ Marija, migburin fix-Xghajra ta’ Bormla huwa qieghed stillarju ta’ tmien stilel tad-deheb u djamanti madwar ir-ras tal-Madonna.

Kienet manifestazzjonijiet kbira Marjana li fiha l-poplu Malti ghal darb’ohra wera l-imhabba kbira tieghu lejn din l-Omm tas-sema f’nofs is-seklu l-iehor. Niftakar, f’dik il-lejla ghaziza kont magenb missieri, Bormliz minn gheruqu! Hekk kif il-Kardinal Tedeschini qieghed l-istillarju madwar ras il-Madonna, il-poplu nfexx f’dellirju ta’ capcip kbir u l-ghajta ta’ ‘Viva l-Immakulata’ dwiet ma’ kullimkien. Kienet grajja li ma nsejtha qatt u ghandni nghozza f’qalbi ma’ hafna tifkiriet ohra li fihom il-Maltin, f’diversi okkazjonijiet ohra wrew tabilhaqq l-imhabba kbira li ghandhom lejn Sidtna Marija.

Turija ohra ta’ din l-imhabba kbira li l-Bormlizi minn dejjem kellhom lejn il-Madonna huma z-zewg pellegrinaggi kbar li saru fl-1944 u fl-1994. L-ewwel wiehed, dak ta’ 19 ta’ Novembru 1944, kien it-twettieq tal-weghda solenni li l-kapitlu u l-poplu Bormliz kien ghamel lill-Madonna, li jekk is-Santwarju taghha ma jiggarrafx bil-bombi tal-gwerra, huma jittrasportaw solenniment b’pellegrinagg bil-mixi bhala radd ta’ hajr il-Kwadru Titulari u l-Istatwa ta’ l-Immakulata mill-Kolleggjata ta’ Birkirkara ghas-Santwarju taghha f’Bormla. U din il-weghda nzammet mill-Bormlizi kollha! Fis-19 ta’ Novembru 1944 sar pellegrinagg Nazzjonali kbir minn Birkirkara sa Bormla u fih hadu sehem eluf u eluf kbar ta’ Maltin. 

Din il-weghda regghet giet ikkommemorata mill-gdid ezattament 50 sena wara, meta l-Istatwa tal-Immakulata ghal darb’ohra regghet ittiehdet ghal ftit jiem fil-Kolleggjata ta’ Birkirkara fejn saru diversi funzjonijiet Marjani. Nhar is-19 ta’ Novembru 1994, ghal habta ta’ xid-disa’ ta’ fil-ghodu, l-istatwa halliet Birkirkara fi triqtha lejn il-knisja ta’ Sant’ Antnin ta’ Ghajn Dwieli, minn fejn ftit tas-sighat wara ttiehdet b’pellegrinagg bil-mixi sas-Santwarju taghha gewwa Bormla. Kienet lejla ghaziza u wahda memorabbli ghall-Bormlizi kollha. Kienet manifestazzjoni Marjana ohra li l-poplu Bormliz ta lill-patruna ta’ beltu! U proprju minhabba d-devozzjoni kbira li l-poplu Bormliz minn dejjem kellu lejn l-Immakulata, din il-belt antika bdiet tissejjah il-belt tal-Madonna


 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2011. All rights reserved.
1