Joseph Serracino writes about Birmula Museum

Aktarx li l-kantina tad-dar antika li tinsab f’79, Triq Santa Margerita f’Bormla, maghrufa man-nies ta’ dawn l-inhawi bhala d-Dar tal-Konfoffi, hi xhieda awtentika ta’ l-origini ta’ din il-belt antika. Illum, din id-dar misterjuza tospita’ fiha l-muzew Bir-Mula Heritage- l-ewwel muzew tax-xorta tieghu fil-Kottonera, u li ismu hu relatat ma’ l-isem orginali ta’ Bormla, Bir- Mula li tfisser Bir il-Mulej.

Joseph Serracino

 
 
 

Niftakar li meta ltqajt mas-sur John Vella, il-proprjetarju u kuratur ta’ dan il-muzew storiku, kien qalli li l-kantina ta’ din id-dar antika hu mahsub li  ghandha aktar minn 1,000 sena. Aktarx li originarjament din il-kantina kienet taghmel parti minn razzett mibni f’dawk iz-zminijiet, meta xi bdiewa Zabbarin bdew jahdmu xi raba’ f’dawn in-nahat. Fil-fatt, xhieda tal-qedem ta’ din il-kantina huma l-fdalijiet ta’ ghodod u ghadd kbir ta’ graffiti li nstabu fiha - hafna minnhom jaghtuna hjiel tal-kultura tan-nies u l-ambjent ta’ epoki differenti.

L-ghadd gmielu ta’ fdalijiet tal-qedem li nstabu f’din il-kantina jvarjaw minn nejba ta’ Ħanzir selvagg sa ghodod taz-znied u taz-Zebbug, hgieg, musbieh Kartaginiz aktarx Paleo-Kristjan, parti minn kolonna Fenicja u diversi tipi ta’ fuhhar Barra hekk, instabu wkoll ghadd ta’ graffiti ta’ ittri Punici u simboli Aramajki u Kretjani. Graffit  zghir, izda interessanti hafna, hu dak ta’ Merkurju.

Ma’ l-ewwel daqqa ta’ ghajn li wiehed jaghti lejn l-arkittettura ta’ din id-dar mill-ewwel jintebah li jkun dahal f’dar li ghandha annati kbar ta’ snin. Tosserva wkoll li ghalkemm din id-dar hi mqassma fi tliet sulari, kull sular nbena f’epoka differenti. Dan wiehed jista’ facilment josservah mill-istruttura taghhom u mill-gebla li ntuzat.

L-entratura tad-dar tinsab fil-pjan tan-nofs. Hawnhekk wiehed isib kuritur twil, imdawwal hafna, u matulu wiehed isib diversi ghodod u varjazzjoni kbira ta’ affarijiet antiki. F’tarf dan il-kuritur, wiehed isib kamra mdaqqsa mizghuda b’siltiet minn artikli li nkitbu dwar Bormla u mijiet ta’ ritratti antiki.Uhud minnhom aktarx huma unici jew rari hafna. Hafna minn dawn ir-ritratti juru avvenimenti storici li graw fil-belt Cospicua matul dawn l-ahhar 150 sena,  u dawn jvaraw minn avvenimenti religjuzi, civili u sportivi. Kull ritratt li ssib f’dan il-muzew ghandu storja marbuta mieghu, kemm jekk hu sportiv u konness mal-Futboll jew inkella mar-Regatta (zewg dixxiplini sportivi marbutin storikament ma’ din il-belt antika) jew inkella ta’ xehta civili jew religjuza.

Waqt iz-zjara tieghi f’dan il-muzew osservajt xi vizitaturi jiccassaw lejn dawn ir-ritratti, qishom kienu qeghdin ifittxu lil xi hadd partikolari fihom, fejn naf jien, forsi xi qraba taghhom li jkunu ilhom mejtin is-snin. Fost dawn ir-ritratti interessanti, wiehed isib dawk ta’ toroq armati ghall-festa, bini antik li ggarraf fil-gwerra jew twaqqa’ biex jaghmel wisa’ ghal bini aktar modern, postijiet u siti storici antiki li twaqqghu partijiet minnhom (s-Swar ta’ Santa Margerita u dawk ta’ Cottoner) biex jinfethu toroq godda. Barra hekk, f’dan il-muzew wiehed isib hafna affarijiet interessanti ohra li ntesew maz-zmien - affarijiet li l-generazzjonijiet tal-lum ma lahquhomx u li ma jafux bihom.

Il-Kantina

L-entratura ta’ din id-dar hi sabiha hafna. Aktarx li nbniet fuq pjanta  tas-seklu 17, waqt li s-sular ta’ fuqha nbena aktar tard. Skond l-istoriku John Vella, meta xtara din id-dar ma kienx jaf li fil-bazi taghha kien hemm kantina mirduma. Fil-fatt, din il-katina li ghandha struttura antika hafna regghet rat id-dwal wara li giet skavata minnu personalment. Huwa tal-fehma, li din il-kantina ( parti minn razzett) li tigbor fiha ghadd ta’ kmamar zghar inbniet ezattament fuq sit ta’ xi bini iehor li kien inbena hafna u hafna snin qabel.

Interessanti hu l-fatt, li meta beda jitnehha l-qxur tat-tibjid biex tinkixef il-gebla u jkun jista’ jibda l-istudju dwar il-qedem ta’ din il-kantina, bdew jinkixfu diversi graffiti konnessi ma’ zminijiet differenti ta’ l-istorja taghna. Dawn il-graffiti stimulaw lil John Vella biex wara t-tnehhija tat-tibjid jibda jeskava din il-kantina. B’sorpriza kbira, midfunin fil-hamrija taht xi cangaturi nstabu diversi fdalijiet ta’ ghodod tal-qedem u recipjenti tal-fuhhar. Sintendi, dawn is-sejbiet gew analizzati b’reqqa kbira u l-istudju dwar l-istruttura u l-antikita’ ta’ din il-kantina jinsab avvanzat hafna.

F’din il-kantina wiehed josserva wkoll certa armonija strutturali. Ta’ interess partikolari hu l-Fuklar tal-{ebel li aktarx ma ssibx iehor bhalu fil-muzewijiet taghna. Skond John Vella, dan il-fuklar originarjament kien wiehed Ruman bil-gmamar fil-wicc izda fi zmien il-hakma Gharbija  gie mibdul f’dak li naraw illum. Il-prezenza ta’ ghadd gmielu ta’ simboli Punici mal-hitan, u ohrajn mibruxin mal-poggaman tar-tarag tqanqallek kurzita’ kbira, u jghallilek il-hsieb  jekk f’din id-dar kinux jabitaw nies bi twemmin Puniku.

Ghajdut

Dwar din id-dar jezisti bosta ghajdut. Aktarx li xi whud minnu ntiret minn generazzjoni ghall-ohra, u forsi wkoll maz-zmien issarrfu u nbidlu f’leggendi dwarha. Jinghad li f’din id-dar kienu jiltaqghu xi kavallieri li kellhom karigi gholja fil-gerarkija ta’ l-Ordni, u li fis-satra tal-lejl kienu jiddiskutu bejniethom  materji delikati fuq it-tmexxija ta’ l-Ordni. Jinghad ukoll li gieli kkonfoffaw kontra xi kbarat ta’ l-Ordni u sahansitra ddiskutew bejniethom l-ghazla u l-preferenza taghhom ghall-hatra ta’ Granmastru gdid.

Ghalkemm dawn il-laqghat huma bbazati fuq ghajdut u m’hemmx xejn konkret dwarhom, jinghad, li matul it-tmexxija ta’ l-Ordni f’Malta, u aktarx anke f’Rodi, konfoffi simili saru bosta drabi. Jista’ jaghti l-kaz li xi  kavallieri li ma kinux jaqblu mal-karattru rigidu ta’ xi whud mill-kanditati proposti ghall-hatra ta’ Granmastru u ppruvaw ifixklu kemm setghu billi kkonfoffaw kontra taghhom. Kemm hemm verita’ dwar laqghat simili f’din id-dar ghandi d-dubji tieghi, izda ma nehodhiex bi kbira li laqghat simili kienu jsiru, u aktarx, meta saru, il-postijiet maghzula kienu jkunu ‘l boghod mill-belt u  dejjem f’lokalitajiet  fejn l-inqas kienu jaghtu fi ghajn.

John Vella ssostni li l-fatt li fost il-graffiti li nstabu f’din id-dar hemm  wiehed ta’ arkebuzier Tork bil-qaws juri bic-car li fiz-Zmien l-Assedju din id-dar kienet okkupata mit-Torok, u li aktarx li fiha saru wkoll laqghat sigrieti bejn il-kavallieri u t-Torok.. Graffiti interessanti ohra konnessi mal-kavallieri huma dawk tal- Kavallieri Templari, slaleb ta’ l-Ordni u trofew tal-Granmastru Perino del-Ponte (1534- 1535).

Il-Pjan ta’ Fuq

Fil-pjan ta’ fuq wiehed isib sala kbira l-gmiel taghha. F’din is-sala, matul is-sena jsiru diversi wirjiet tal-pittura, skultura u tal-fotografija. Waqt li kont indur f’din is-sala osservajt li mal-hitan kienu jidhru xi graffiti ta’igfna u xwieni ta’ Zmien il-kavallieri f’Malta, b’xi whud minn qeghdin itajru l-bnadar ta’ tal-Gran mastru Cotoner. Sfortunatament hafna li xi whud minn dawn il-graffiti jinsabu fil-gholi, u jekk wiehed ma jkunx jaf bihom minn qabel ma jintebahx bihom. Nghid is-sewwa, il-fatt li dawn il-graffiti kienu fil-gholi u xi whud minnhom bil-maqlub hawditni xi ftit,  izda meta s-sur Vella qalli li dan is-sular kien twaqqa’ u nbena mill-gdid, u li fir-ristrutturar  tieghu ntuzaw l-istess cnagar,  intbaht li l-bennejja qieghdu c-cnagar bl-amment u dawn il-graffiti ndifnu taht it-tibjid

Fl-istess pjan hemm kamra mdaqqsa li aktarx kienet tintuza bhala kappella ghall-abitanti ta’ din id-dar. Sintendi, mhux kull dar antika kellha l-kappella taghha! Nafu li fl-antik ftit kienu dawk li kellhom dan il-privilegg, u dawn  aktarx kienu jkunu kavallieri, familji nobbli, xi sinjuri li kellhom renti kbar jew familji li kellhom xi membru jokkupa kariga gholja fil-gerarkija tal-Knisja. Meta wiehed jikkonsidra dawn is-suppozizzjonijiet kollha, wiehed jista’ facilment jasal f’konkluzjoni li din id-dar setghet f’xi zmien kienet abitata minn  xi hadd li kellu xi setgha fl-amministrazzjoni tal-pajjizna jew li kien sinjur hafna.

Il-Muzew Bir-Mula Heritage huwa muzew li jigbor fih parti mill-istorja u l-folklor  ta’ Bormla. Hu muzew li fih wiehed isib minjiera ta’ taghrif interessanti  kemm ghall-istudjuz ta’ l-istorja, kif ukoll ghall-istudenti taghna li minn zmien ghall-iehor jigu mitluba jaghmlu xi progetti ta’ studju fuq l-istorja u l-qedem ta’ pajjizna. Zjara lil dan il-muzew tghinek tkun taf aktar dwar Bormla u l-inhawi ta’madwar.


 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2011. All rights reserved.
1