| |
U proprju dwar din il-Biblioteka se nikteb illum. Fil-fatt, jien u nhejji xi noti dwarha, harsti hi mifruxa fuq sett ritratti interessanti hafna tal-Pjazza Regina, fosthom wiehed ta’ l-inawgurazzjoni ta’ l-istatwa tar-Regina Vittorja li saret fil-5 ta’ Awissu ta’ l-1891, xoghol mill-isbah fl-irham ta’ l-iskultur Giuseppe Valenti. Interessanti hu l-fatt li dan l-iskultur hadem bosta xoghlijiet ohra f’Malta fosthom il-bust tal-Papa Piju 5 li kien fuq il-mina ta’ Putiljal l-antik.
Izda bla dubju ta’ xejn, jekk din l-istatwa ssebbah din il-pjazza li matul iz-zmien min jaf kemm laqghet nies fiha, daqstant iehor isebbahha l-bini majestuz tal-Bibljoteka Nazzjonali taghna. Din il-Bibljoteka hi familjari hafna mal-kittieba, ricerkaturi, gurnalisti, u llum aktar minn dari ma’ l-istudenti li jkunu qeghdin jippreparaw xi projett ta’ studju dwar l-istorja, il-folklor jew suggetti ohra.
B’xorti tajba, l-akbar gabra ta’ kotba li ghandna f’pajjizna jinsabu fil-Bibljoteka Nazzjonali. Maghhom insibu wkoll l-arkivji ta’ l-Ordni (madwar 7,000 volum). Nahseb li hawn issib min jistaqsi, kif originat din il-Bibljoteka u kif ingabru dawn il-kotba kollha. Fit-12 ta’ Mejju 1555, fiz-zmien il-Gran Mastru Claude de la Sengle, il-Kunsill ta’ l-Ordni kien hareg ordni li l-kotba kollha tal-kavallieri wara mewthom jaqghu f’idejn l-Ordni. Biex ikompli tissahhah din id-decizjoni, fl-1612 il-Gran Mastru Alof de Wignacourt ipprobixxa l-bejgh tal-kotba tal-kavallieri mejtin.
/Biblioteka Nazzjonali 02.JPG)
Originalment, dawn il-kotba kollha tqieghdu fis-swali ta’ l-oratorju tal-knisja ta’ San Gwann izda wara ittrasferewhom fis-swali ta’ fuq is-sagristija. Fl-1751, miet il-kardinal Gioacchino Portocarrero u halla kollezzjoni kbira ta’ kotba li nxtrat mill-Balliju Fra L. Guerin de Tencin, bil-ghan li bihom jifforma bibljoteka pubblika. Fis-snin ta’ wara dan il-balliju kompla jixtri aktar kotba minghand il-kavallieri, u meta gabar eluf kbar ta’ kotba rregalahom lill-Ordni bil-kundizzjoni li jservu ghall-pubbliku. Bhala l-ewwel bibljotekarju kien nhatar il-kanoniku Dun Frangisk de Soldanis
Il-Bibljoteka nbdiet fl-1776 fiz-zmien il-Gran Mastru de Rohan mill-arkitett Franciz Stefano Ittar izda tkompliet mill-arkitett Malti Duminku Cachia u tlestiet fl-1786. Sa l-1797 din il-librerija kbira kienet tinsab fit-tezor, sakemm finalment infethet ufficjalment fl-4 ta’ Gunju 1812 mill-Kummissarju Civili il- General Sir, Hilderbrand Oakes bi 30,000 volum. F’din il-librerija nsibu eluf kbar ta’ kotba u manuskritti, xi whud minnhom antiki hafna kif ukoll l-arkivji ta’ l-Ordni li fihom insibu l-istorja u l-grajjiet ta’ l-Ordni tal-kavallieri mill-origini taghha f’Gerusalem, f’Cipru, f’Rodi u f’ Malta.
/Biblioteka Nazzjonali 03.jpg)
Fil-Bibljoteka nsibu wkoll tista’ tghid il-gazzetti u r-rivisti kollha li gew pubblikati f’dawn l-ahhar 200 sena kif ukoll mijiet ta’ manuskritti, ritratti, mapep antiki relatati mal-istorja u l-kultura ta’ pajjizna.
Jien ukoll kelli x-xorti li parti sostanzjali tar-ricerka tieghi dwar it-tigrijiet tad-dghajjes fil-portijiet taghna ghaddejtha l-Bibljoteka. Ma nkunx qed nesagera meta nghid, li matul din ir-ricerka, xi kultant f’perijodi ta’ gimghat fi zminijiet differenti mill-1977 sa l-1985, jien mhux biss sirt familjari hafna ma’ l-istaff li b’pacenzja kbira kienu jgibuli l-kotba (xi whud minnhom antiki), ir-rivisti, il-gazzetti u l-perijodici li kont nitlobhom, izda wkoll mas-skiet u l-hemda li tirrenja fil-sala ewlenija ta’ din il-Bibljoteka.
Fortunatament, matul dan iz-zmien jien kelli x-xorti li niltaqa’ ma’ diversi studjuzi u kittieba u nsir nafhom aktar mill-qrib, fosthom il-Professur Andrew Vella, Joseph Galea, Angleo Dougal, Guze Cassar Pullicino, Guze Galea, Benny Pace u hafna u hafna ohrajn li lkoll kienu jghaddu sighat twal jirricerkaw u jippruvaw ifittxu taghrif gdid fuq is-suggetti taghhom.
Kien zmien meta fil-bibljoteka kont issib ftit nies, l-aktar anzjani, mitlufin fuq xogholhom, hadd ma jhares lejn hadd u kliem xejn. |ghazagh ftit li xejn, qisha din l-imbierka Bibljoteka kienet miftuha biss ghall-kbar. Illum l-istorja hi kompletament differenti, ghaliex waqt li l-ghadd ta’ nies li jaghmlu uzu mill-bibljioteka zdied hafna, illum tara hafna studenti universitarji li b’entuzjazmu kbir fuqhom jirricerkaw fuq suggetti differenti.
F’din il-bibljoteka nsibu wkoll il-gazzetti, rivisti u l-perjodici kollha li gew pubblikati f’Malta mill-1798 sa’ l-2008. Fost il-gazzetti u rivisti li fi zmienhom kienu popolari hafna mal-qarrejja Maltin u xi whud minnhom ghadhom johorgu sal-lum insibu dawn: Il Portafoglio Maltese (1838 – 1902), In-Nahla Maltija (1877 – 1879), Malta/ Gazzetta di Malta (1883 – 1940), Malta Chronicle and Imperial Services Gazette / Malta Chronicle Garrison Gazette / Daily Malta Chronicle (1887 – 1940), Malta Taghna (1891 – 1939), Il-Bandiera tal-Maltin (1898 – 1905, 1911 – 1914), Malta Herald (1905 – 1931), Il-Malti (1925 - ), Il-Kotra (1926 – 1933), Lehen is-Sewwa (1928 - ), Il-Berqa (1930 -1968), Malta Missjunarja (1932 - ), Doctor Brombos (1933 – 1941), The Bulletin (1944 – 1984 ), It-Torca (1944 - ), Il-Gannett (1945 – 1956), Lil Hbiebna ( 1945 - ), Is-Sebh (1949 – 1959 ),The Knight (1951 – 1956), Il-Poplu ( 1958 -1973 ), The Voice of Malta (1959 – 1972 ), L-Orizzont ( 1962 - ), The Malta News (1964 – 1979 ), Iz-|mien (1967 – 1972), Il-Hajja (1970 – 1987), Nazzjon Taghna /In-Nazzjon Taghna/ In-Nazzjon (1970 - ), Saghtar (1971 -), Il-Mument ( 1972 - ), The Sunday Times of Malta / The Sunday Times (1929 - ),The Times of Malta/ The Times (1935 - ), Ix-Xewka 2 (1981 – 1987), Il-Helsien (1987 – 1993), Il-Gens (1988 – 2009 ), Kulhadd (1993 - ), The Malta Independent on Sunday ( 1992 - ), The Malta Independent ( 1997 - ) … u hafna ohrajn.
/Biblioteka Nazzjonali 01.jpg)
Huwa kkalkulat li bejn l-1798 u l-2000 gew pubblikati ‘l fuq minn 1800 gazzetti u rivisti mill-gvern, mill-knisja, mill-partiti politici, mill-ghaqdiet religjuzi, socjali, letterarji, parrokkjali, trejdunjons, kazini ecc: ecc, li llum huma ppreservati tajjeb fil-Bibljoteka u qeghdin hemm ghal uzu tar-ricerkaturi u l-istudenti taghna li jixtiequ jkunu jafu aktar kif issawret l-istorja politika, socjali u kulturali ta’ pajjizna tul dawn l-ahhar 200 sena.
|