| |
Fotografu
habib tieghi li dan l-ahhar iltqajt mieghu fil-Barrakka ta' Fuq
qalli li biex wiehed ikollu veduta kompluta tal-Port il-Kbir, irid
jigbed zewg ritratti, wiehed mill-Barrakka ta' Fuq u l-iehor mill-Gardjola
tal-Isla. U nahseb li ghandu ragun! Ghax waqt li mill-Barrakka ta'
Fuq wiehed igib tahtu xena pittoreska u panoramika tas-sbuhija naturali
tal-port li tibda mill-Break Water (ghalkemm ma jidhirx kollu),
bid-dahliet tal-Irnella tal-Kalkara, ta' Dockyard Creek (bil-bliet
tal-Kottonera), il-French Creek bit-Tarzna, Kordin, u tibqa testendi
sal-Marsa, mill-Gardjola tal-Isla, wiehed jista jkompli din id-dehra
meraviljuza b'dak kollu li ma jistax jara mill-Barrakka ta'
Fuq.
Fil-fatt,
mill-Gardjola wiehed jara veduta shiha mill-Marsa sal-Break Water
u jitpaxxa bis-sbuhija u l-gmiel tas-swar gholjin tal-Furjana u
tal-belt Valletta, bix-xtut ta' Lascaris u tal-Barrieri kif ukoll
ghadd gmielu ta' siti storici li jzejnu din ix-xaqliba li taghti
ghal fuq dan il-port storiku li hu meqjus bhala l-isbah port naturali
li hawn fid-dinja.
/Il-Barrakka ta' Fuq -2.JPG)
Il-Barrakka
ta' Fuq giet mibnija mill-kavallier Taljan Flaminio Balbiani
fl-1651 fl-oghla nhawi tal-belt Velletta bhala gnien privat ghall-kavallieri
Taljani. Originalment, il-parti fejn hemm l-arkati kienet msaqqfa,
izda fl-1775, il-Gran Mastru Francisco Ximenes de Texada kien
issuspetta li xi gemghat ta' nies maghrufin ghall-veduti taghhom
kontra t-tmexxija tal-Ordni kienu qeghdin jiltaqghu bil-mohbi f'dak
il-post u ordna li jitwaqqghu s-soqfa. Jinghad li fl-1824 dan il-gnien
infetah ghall-pubbliku.
Il-gnien
tal-Barrakka ta' Fuq hu gnien storiku u mzejjen
b'ghadd gmielu ta' monumenti ta' nies maghrufa Maltin u barranin
li jfakkruna f' epoki differenti tal-istorja ta' pajjizna kif ukoll
b' xoghlijiet ohra ta' skultura mahdumin minn artisti Maltin fosthom
ta' Sir Joseph Nicola Zammit, Lord Gerald Strickland, Giuseppe Cali,
Sir Wiston Churchill, Kolonna tal-Hagar b' tifkira ta' Clement Martin
Edward (segretarju tal-Gvernatur Sir Thomas Maithland), Rinaldo
Sceberras, Sir Thomas Freemantle, Sir Henry Hotham, Les Cavroches
u ohrajn.
Insibu
wkoll ghadd gmielu ta' lapidi kommemorattivi fosthom tal-Konvoj
ta' Santa Marija ( 15 t' Awwissu 1942), lista tal-haddiema li mietu
fuq il-vapur Moor (8 t'April 1941), tal-Poeta Ruzar Briffa (1906
-1963), t' Albert Einstein (1878 -1955).
Waqt li hafna anzjani
jqisu lill-gnien tal-Barrakka bhala post ta' mistrieh u 'l boghod
mill-istorbju tal-belt, hafna mit-turisti li jzuruh ta' kuljum, isostnu
li huma jqisu dan il-gnien bhala l-aktar post ideali fil-belt Valletta
fejn wiehed jista' facilment jintasab bilqieghda fuq il-bank u jghaddi
ftit tal-hin fil-kwiet. Huma jsostnu wkoll li barra l-gnien sabih
tal-Barrakka, mill-belvedere taghha wiehed jista' jigbed l-isbah ritratti
tal-port u jzommhom bhala tifkira hajja taz-zjara taghhom f' dan il-post
storiku.
/Il-Barrakka ta' Fuq.JPG)
Fi
tfuliti, l-istorja kienet kemmxejn differenti minn dik li naraw
illum! Waqt li jien nimmagina li l-familji Maltin minn dejjem kienu
jzuru dan il-gnien u jithennew bi gmielu, minflok turisti li naraw
illum, ta' kull filghaxija, il-Barrakka ta' Fuq kienet tkun mizghuda
bil-bahrin u fizzjali tan-Navy li kienu jitilghu bil-Lift mix-xatt
tal-belt, u qabel ikomplu triqthom lejn il-hwienet tax-xorb u divertiment
fi Strada Stretta jew f' Balzunetta, erhilhom jinfexxu fil-kant
u jinbxu lil xulxin biex jigbdu l-attenzjoni ta' xi tfajliet, li
xi whud minnhom ikunu dahlu hemm bil-hsieb biex jistennew jew jiltaqghu
man-namrati taghhom.
Sintendi
l-Barrakka ta' Fuq ma jzurhiex biss, koppji zghazagh bit-tfal, l-anzjani
u t-turisti, izda wkoll bosta zghazagh, hafna minnhom namrati u
gharrajjes, l-aktar fil-hin tal-brejk tax-xoghol taghhom u filghaxijiet.
Niftakar li f'zoghziti, fil-Hdud u fil-festi pubblici, strada
Rjali kienet tkun mimlija guvintur u tfajliet jippassiggaw bil-hsieb
li jaqbdu xi namrat jew namrata. Waqt li l-ghazla preferuta ta'
xi whud mill-mahbubin kienet tkun xi film talkies, ohrajn
kienu jippreferu laqgha ghall-kwiet fuq wiehed mill-bankijiet fil-gnien
jew fil-gallarija tal-Barrakka ta' Fuq. Jghidu li dan il-gnien ghandu
xi seher ghax jigbed lejh lill-mahbubin! Jekk jezistix xi seher
jew le fih jien ma nafx, izda minn xi kitbiet antiki li qrajt sibt
li antikament hekk ukoll kien maghruf. Dan isostnuh ukoll diversi
koppji anzjani li ghandhom tifkiriet sbieh tan-namur taghhom, proprju
f' dan il-gnien tal-Barrakka ta' Fuq.
Lili
l-Barrakka ta' Fuq ggibli nostalgija kbira ghax tfakkarni hafna
f'missieri. F' kull qadja li kien ikollu l-belt, (dak iz-zmien
konna nuzaw il-Lanec tal-Pass u l-Lift) qabel nohorgu mill-Barrakka
ta' Fuq, kien ihobb jaghti titwila lejn il-bastimenti tal-gwerra
biex jara x' bastimenti dahlu jew hargu mill-port. Fi tfuliti l-Port
il-Kbir kellu seher specjali ghax kien port haj u attiv hafna. Fil-fatt,
]afna min-nies li kienu jabitaw madwar iz-zewg portijiet kienu jhobbu
l-flotta u jinteressaw irwiehhom f'kull bastiment (jew qoxra tal-gwerra
kif kienu jsejhulha) li jidhol fil-port.
/Il-Monument%20ta%27%20Alexander%20Ball%20fil-Barrakka%20ta%27%20Islel.JPG)
Il-Barrakka
ta' Isfel huwa gnien pubbliku iehor fuq in-naha t' isfel fil-belt
kapitali, ftit metri 'l boghod mic-Centru tal-Mediterran ghall-Konferenzi
u tefgha ta' gebla 'l boghod mill-Forti Sant' Iermu. Dan il-gnien
li jiffrenkwentawh mijiet ta' turisti u bosta familji
li joqoghdu f'dawk in-nahat, hu kklassifikat bhala post ideali ta'
serhan tal-mohh minhabba l-kwiet u s-serenita' li tirrenja fih.
Hawn ukoll wiehed jista' jigbed sett ritratti ta' diversi veduti
sbieh tal-Port il-Kbir, kif ukoll iggib tahtek il-Break Water
li hafna jqisuh bhala l-akbar bicca xoghol ambizzjuza li saret mill-Inglizi
fil-bidu tas-seklu l-iehor (1903).
F'
dan il-gnien pubbliku nsibu monumenti u lapidi li saru f'epoki differenti,
izda bla dubju ta' xejn l-isbah fosthom hu dak ta' Sir John
Alexander Ball (l-ewwel kummissarju Civili ta' Malta) li fl-imblokk
tal-Francizi kien gie mahtur bhala l-mexxej ewlieni tal-Maltin.
Dan il-monument mahdum fi stil Doriku huwa xoghol sabih ta' l-arkitett
Antonio Pullicino u kien qam madwar £700. |