Joseph Serracino writes about Atlantis (Part 10)

Li Malta kienet maghquda maz-zewg kontinenti dan wiehed jista’ facilment jikkonfermah jekk iqabbel il-fdaljijiet ta’ fossili ta’ diversi annimali  li nstabu f’pajjizna ma’ fossili simili li nstabu fi Sqallija, l-Italja u l-Algerija. Dawn il-fdalijiet jikkonfermaw it-tezi li eluf ta’ snin qabel ma sehh id-dilluvju din il-firxa art baxxa li kienet testendi ghal eluf kbar ta’ mili minn taht Spanja sa l-Egittu u li aktarx li f’xi nhawi kienet abitata minn razez differenti.

Written by Joseph Serracino

 
 
 

Meta wiehed jifli sewwa dawn il-kitbiet interessanti, kemm dawkli nkitbu minn kittieba antiki, li aktarx ghal xi whud minnhom id-dinja ta’ zmienhom ma kinitx taqbez ‘il barra mill-bahar Mediterran, kif ukoll ghal dawk moderni li bl-ghajnuna tax-xjenza moderna skoprew dak kollu li sfortunatament ta’ qabilhom qatt ma waslu biex jiskopru, irrealizza, li minkejja teoritikament ma jaqblux bejniethom fejn tinsab mgharrqa Atlantis, ilkoll jemmnu u jishqu li din il-gzira ezistiet tabilhaqq u ghad isibuha.

Qrajna bl-iskoperti kbar li saru minn diversi ricerkaturi fl-Ocean Atlantiku. Wara l-istudju li sar fuq xi fdalijiet li nstabu, xi whud minnhom  jemmnu li fil-kontinent Amerikan kienet tezisti xi civilta' avvanzata hafna qabel dawk maghrufa ta’ Aztes, Majas u l-Inkas. Sintendi, dawn is-sejbiet tal-fdalijiet  tat-tempji Megalitici, piramidi, strutturi ta’ gebel kbir, villaggi shah simili ghal dawk Egizzjani  f’qiegh il-bahar, qrib il-kosta ta’ diversi gzejjer u fil-gungli tal-pajjizi ta’ dan il-kontinent jaslu biex  jistimulaw u jsahhu t-teorija taghhom li Atlantis kienet tezisti u gherqet fl-Ocean Atlantiku u mhux f’ibhra ohra.  Certament li dawn is-sejbiet huma kurjuzi hafna daqs id-diversi kitbiet u tinqix ta’ simboli li nstabu fl-gherien fil-Messiku u fil-Peru, fejn mit-tradizzjonijiet li ntirtu tul iz-zmien mill-missier ghall-iben insibu, li f’dawn il-pajjizi ghadhom jezistu certi tribujiet fil-gungli li kull meta jaraw ragel abjad b’daqna twila bajda jinzlu jqimuh b’wicchom ma’ l-art qishom raw xi esseri sopranaturali.

Li Atlantis hi mgharrqa fil-bahar Mediterran qrajna wkoll! U kien proprju l-kittieba antiki li jghidulna li din il-gzira kbira kienet f’nofs dan il-bahar bejn Sqallija u l-Algerija, u li skond l-istudjuzi taghna l-gzejjer taghna kienu jaghmlu parti fit-truf taghha fuq ix-xaqliba ta’ Sqallija. Din it-teorija hi bbazata fuq studju profond ta’ studjuzi Maltin! Li Malta fil-qedem kienet akbar milli hi llum jikkonfermawh il-provi li accennajt ghalihom f’partijiet ohrat a din il-kitba, u tajjeb li maghhom nzid ukoll sejba ohra ta’ fdal preistoriku ( aktarx ta’ tempju ) li nstab fil-bahar ‘il barra minn tas-Sliema kif ukoll diversi strutturi Megalitici u speci ta’ Raddi f’wicc il-qiegh ftit ‘il boghod minnu. Barra dawn nstabu fdalijiet ohra ta’ gebel kbir f’qiegh il-bahar fil-limiti ta’ Wied iz-Zurrieq, u dan huwa prova ohra li l-art xi darba cediet u kollox nizel maghha.

Xi whud jemmnu li l-gzejjer Canary huma l-fdal ta’ Atlantis. Din it-teorija hi ‘l boghod mir-realta' ghaliex il-firxa art li mijiet tas-snin wara ntliet bl-ilma u fuqha nfirex il-bahar Mediterran kienet maghluqa b’katina ta’ gholjiet ta ‘ madwar 1500 metru  ‘l fuq mill-ilma.

It-teorija li Atlantis kienet fil-kontinent Amerikan ( fl-Indes ) qajmet dubji kbar minn ricerkaturi ohra li sostnew li huma ma jarawx kif din it-teorija tista’ xi darba  titwemmen meta l-Atlantjani kienu fi gwerra mal-Griegi u mal-Egizzjani, eluf kbar ta’ mili ‘l boghod mill-kontinent Amerikan.

Sintendi l-varjazzjoni ta’  fdalijiet tal-qedem f’qiegh il-bahar hawdu bosta mhuh u ggeneraw bosta mistoqsijiet! Li fil-kontinent Amerikan kien hemm civilitajiet antiki hafna qrajna u smajna dwarhom, izda kif wiehed jispjega l-fatt li f’qiegh il-bahar u fuq l-art instabu fdalijiet ta’ tempji li jixbhu hafna lil dawk Rumani jew  Griegi jew sahansitra Egizzjani? Jista’ jaghti l-kaz li d-dinja kollha ghaddiet  minn  taqlib enormi meta sehhet il-kataklizma eluf ta’ snin ilu? Jista’ jkun li d-dominaza ta’ Atlantis (jekk veru ezistiet ) kienet testendi ghall-gzejjer u l- pajjizi ‘l barra mill-kolonni ta’ Herculis? Jista’ jaghti l-kaz ukoll li gruppi ta’ l-Atlantjani vvjaggaw ‘il barra mill-bahar Mediterran u kolonizzaw artijiet godda? Ghaliex certi civitajiet antiki fil-kontinent Amerikan qeghdin ixebbhuhom ma’ dik  ta’ Atlantis?

Nafu li t-Tempji Megalitici taghna huma unici tat-tip taghhom fid-dinja. Nafu wkoll li f’diversi pajjizi ohra fil-Mediterran u ‘l barra minnu jezistu tempji antiki li ghalkemm m’humiex bhal taghna ghandhom eluf kbar ta’ snin. Aktarx li xi whud minnhom huma wkoll eqdem mill-piramidi ta’ l-Egittu! Hawn min hu tal-fehma li dawn it-tempji nbnew minn razez ta’ nies b’teknologija avvanzata hafna u li aktarx xi whud minnhom inbnew fuq studju astrologiku kif jinghad li hu mibni Stonehenge fl-Ingilterra. Hu x’inhu l-kaz, u rrispettivament f’liema pajjizi huma mibnijin dawn it-tempji, tohrog mistoqsija ohra li sa issa mhux possibbli li wiehed jikseb twegiba ghaliha. - Possibbli li l-origini ta’ dawn il-bennejja li tant kienu kapaci fil-kostruzzjoni ta’ dawn it-tempji u l-immaginar ta’ gebel kbir gej mill-istess gherq? Mill-istess civilta'? Jista’ jkun li din ir-razza kienet wild civilta' wahda li finalment minhabba gwerer, guh jew dizastri naturali kellha tahrab minn pajjiza u tinxtered fi gruppi mdaqqsa matul il-firxa ta’ l-artijiet baxxi li eluf ta’ snin wara d-dilluvju mtliet bl-ilma u wara sar il-Bahar Mediterran?

Fost it-teoriji hemm dik ta’ l-istudjuzi Maltin li jsostnu, li l-fdalijiet li nstabu fuq l-art u fl-ibhra li jdawru l-gzejjer taghna huma validi hafna u jsahhu t-teorija taghhom li Malta hi parti minn Atlantide! Jekk Atlantis gherqet wara kataklizma kkawzata mill-izbruffar vulkaniku, nafu li l-gzejjer li jdawruna huma kollha vulkanici u li kollha huma qcacet ta’ gholjiet minn massa ta’ art kbira li tinsab mgharrqa f’qiegh il-bahar. It-tempji Megalitici li ghandhom ‘il fuq minn 5,000 sena jaghtuna hjiel tal-kultura avvanzata tal-gnus li kienu jghixu fuq dawn il-gzejjer, u li aktarx qabilhom kien hawn razez ohra li ma hallew xejn warajhom bhala xhieda ta’ l-ezistenza taghhom. Min jaf, forsi dawn kienu razza ta’ kaccaturi li minhabba s-silg u l-ksieh fil-pajjizi ta’ l-Ewropa ta’ Fuq nizlu jikkaccaw il-merhliet li kienu jfittxu kliema aktar shuna u li kienu jaqsmu minn kontinent ghall-iehor.

Sintendi jezistu diversi teoriji ohra dwar Atlantis u kitbiet dwarha ssib volumi shah. L-ezistenza taghha sal-lum ghadha misterju u aktarx li jridu jghaddu ghexieren ta’ snin sakemm dan il-misterju jigi solvut. Il-kitbiet antiki qeghdin hemm u ma nkitbux ghalxejn!  Jista’ jkun li l-ezistenza ta’ Atlantis ma kinitx hlieqa ta’ Platun izda ezistiet tassew!  Jekk il-gzira ta’ Atlantis kienet tassew fil-Mediterran kif hafna jemmnu, allura aktarx li l-gzejjer Maltin fil-qedem taghhom kienu parti minnha. Din it-teorija ghandha gheruq b’sahhithom u taghmel hafna sens.

Riferenzi:

Anton Mifsud, Simon Mifsud, Chris Agius Sultana, Charles Savona Ventura: ‘Echoes of Plato’s Island’
Anton Mifsud u Chris Aguis Sultana: Malta qabel l-Istorja: Torca 24 ta’ Marzu, 2002, p16.

Joseph C. Camilleri: Taghrif Generali u l-Gzira ta’ Graham:  Torca - Il-Hadd: Magazin 13 ta’ Jannar, 2002, p 24.
Charles Mizzi: Atlantis .. il-Kontinent Mitluf: Torca - Il-Hadd, 23 ta’ Dicembru 2001, pp 20 u 21: Il-Misteru ta’ Atlantis ( It-tieni Parti):  Torca - Il-Hadd: 30 ta’ Dicembru, 2001, pp 20u 21.
Joseph S.Ellul: Malta u Atlantis: Torca - Il-Hadd: 6 ta’ Jannar 2002, p16.
John Zammit: Malta kienet Atlantide: Torca - Il-Hadd: 13 ta’ Jannar 2002 pp 16 u 17.
Anthony Bonanno u Nicholas C. Vella: ‘Il-Wirt Arkeoligu Ta’ Hal Kirkop’  Hal Kirkop u l-Imhawi ta’ Madwaru.

Brian Blouet: ‘The Story of Malta’

D.H. Trump:  “Malta - An Archaeological Guide” 1972.
Harrison Lewis:  ‘A Study of its Antiquities’ Acient Malta.        
Reuben Grima: ‘Journal of Mediterranean Studies, Vol.8’
Rev.R.G. Bury: ‘Plato - Timaeus, Critias, Cleitophon, Menexenus Epistles’
Temi Zammit: ‘Il-Gzejjer ta’ Malta u l-Grajja Taghhom’
Vincenzio Busuttil u Tancredi Borg: ‘Dizzjunarju  Enciklopediku’
Profs. Guze Aquilina: ‘ L-istorja tac-Civilta’
Pietru Pawl Castagna : ‘L-Istorja ta’ Malta bil-Gzejjer taghha’ 
Dr. A.V. Laferla: ‘The Story of Man in Malta’

Internet: Firxa ta’ diversi Websites

 


 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2012. All rights reserved.
1