Joseph Serracino writes about Atlantis (Part 9)

Hawn min hu tal-fehma li dawn is-sejbiet minflok ghenu lir-ricerkaturi biex jaslu ghall-konkluzjonijiet taghhom aktar hawduhom. Il-fatt li l-fdalijiet ma nstabux f’post wiehed izda kienu mifruxin f’diversi lokalitajiet ta’ l-Ocean Atlantiku u f’ibhra ohra jaghmilha aktar difficli biex ir-ricerkaturi  jaslu ghal xi konkluzjoni. Barra hekk, mill-istudju intensiv li sar fuq il-fdalijiet ta’ tempji tal-qedem li kienu jippartjenu lic-civiltajiet antiki tal-pajjizi ta’ l-Amerika ta’ isfel instab li kienu simili hafna ghal dawk ta’  Atlantis.

Written by Joseph Serracino

 
 
 

Waqt xi whud mill-istudjuzi u ricerkaturi barranin isostnu li l-fdalijiet li nstabu f’Atlantiku ikomplu ssahhu t-tezi taghhom li din il-gzira tinsab f’qiegh dan l-ocean, l-istudjuzi Maltin jemmnu bis-shih li Atlantis tinsab mgharrqa fic-centru tal-bahar Mediterran u li l-gzejjer Maltin huma parti mill-fdal taghha.

Kittieba ohra li aktarx kitbiethom hi msejsa fuq it-tradizzjoni li ntirtet minn generazzjoni ghall-ohra, waqt li jsostnu li fil-qedem il-gzejjer Maltin kienu akbar milli huma llum, u li jezistu provi konkreti li juru li Malta u Ghawdex kienu maghqudin flimkien, huma jwarrbu l-idea li gziritna xi darba kienet taghmel parti minn Atlantide li skont kif jinghad kellha firxa ta’ art kbira li kienet tlahhaq madwar 93,750 mil kwadru. Dwar kif iffurmaw il-gzejjer Maltin, dawn jemmnu li kollox sar wara d-dilluvju li qered id-dinja u lill-hlejjaq kollha li kienu jghammru fuq l-art.

Din il-kataklizma tal-biza’ li ghaddiet minnha d-dinja eluf ta snin ilu u li aktarx li mpatt taghha nfirex tul il-pajjizi tal-Mediterran sa’ l-Iraq, gabet maghha tempesti qliel ghal erbghin jum, terremoti ta’ qawwa tremenda u zbruffar ta’ vulkani li qasmu l-art u bidlu wicc id-dinja, fejn artijiet shah gherqu taht wicc l-ilma u ohrajn iffurmaw godda. U la qeghdin insemmghu l-vulkani, hawn min jahseb li peress li Malta tinsab qrib hafna Sqallija, u li f’xi leggendi antiki jinghad li fuq il-gzira ta’ Ghawdex darba kien hemm vulkan u li  l-art taghna hija vulkanika mhu veru xejn! L-arkeologisti jikkonfermaw li l-kompozizzjoni tas-saffi u l-blat ta’ gziritna juru l-oppost. B’danakollu tajjeb li wiehed ifakkar ukoll, li l-gzejjer li jdawruna bhall-Pantelleria, Limosa u Lampedusa huma vulkanici waqt li Sqallija kif nafu hi art vulkanika u msemmija l-aktar ghall-vulkan Etna.

Insibu wkoll li fl-Awwissu ta’ l-1831 madwar 100 mil ‘il boghod minn Malta ( fil-punent majjistru ) ‘l isfel minn Sqallija telghet f’wicc il-bahar gzira zghira vulkanika ta’ madwar 1,000 metru fic-cirkonferenza taghha. L-Inglizi nizlu fuqha u tawha l-isem ta’ Graham. Sfortunatament il-hajja ta’ din il-gzira f’wicc l-ilma kienet wahda qasira ghaliex f’Dicembru ta’ l-istess sena regghet mill-gdid ghebet taht l-ilma, ghalkemm illum jinghad li regghet tiela’ bil-mod il-mod.

Kittieb iehor jghidilna li Atlantide kienet fl-Ocean Atlantiku, u li meta gherqet  thezzet l-art b’tant qawwa li sfondat l-istmu li kien jghaqqad iz-zewg kontinenti ( Spanja mal-Morokk)  u li minnu dahal b’qawwa kbira l-ilmijiet tal-bahar Atlantiku li qered u gharraq l-artijiet kollha li sab quddiemu. Meta maz-zmien l-ilma qaghad fil-partijiet baxxi ta’ dan ir-regun inkixfu biss il-qcacet ta’ l-gholjiet li darba kienu jaghmlu parti minn art akbar u b’hekk gew isseparati miz-zewg kontinenti. B’hekk gie iffurmat kif jahsbu hafna l-bahar Mediterran - il-bahar li madwaru nbniet l-istorja tac-civilta' bikrija, u li fil-firxa tieghu matul il-milja tas-snin sehhu l-aqwa u l-akbar avvenimenti ta’ l-istorja umana.

Xi whud jahsbu li din il-kataklizma firdet  lil Malta minn ma’ Sqallija u bhalna ffurmaw ukoll il-gzejjer ta’ Sardinja, Korsika, Cipru, Kreta u l-ohrajn li nafu bihom. Xi storici huma tal-fehma li l-art ta’ Malta nfirdet fi gzejjer zghar mijiet ta’ snin wara f’kataklizma ohra li sfrondat l-art u partijiet minnha nizlu taht l-ilma! Prova konkreta li ssahhah din it-tezi hija d-direzzjoni tar-Raddi ( il-kanali mhaffrin fl-art ) fejn jekk wiehed jistudjahom tajjeb ghandu jinnota li d-direzzjoni taghhom tibqa’ sejra dritt lejn Kemmuna, b’indikazzjoni cara li dawn ghaddew minn fuqha fi triqthom lejn Ghawdex. F’xi lokalitajiet ohra d-direzzjoni ta’ dawn ir-raddi jidhru cari taht wicc l-ilma, u din hi prova ohra li l-gzejjer taghna fil-qedem taghhom kienu ferm akbar.

Meta eluf ta’ snin ilu dab is-silg u l-ilma ghola, dan gharraq il-partijiet baxxi li kellna madwar il-kosta u b’hekk il-gzejjer taghna ckienu. Prova ohra konkreta li turi l-impatt enormi li halliet warajha din il-kataklizma hi dik ta’ l-irdumijiet gholjin mijiet ta’ metri li jharsu lejn in-nofs in-nhar tal-gzejjer taghna. Dawn l-irdumijiet jibqghu nezlin dritti dritti ghal mijiet ta’ metri, qishom gew maqtughin b’sikkina sa qiegh il-bahar.

Giorg Grognet de Vasse, l-arkitett li ddisinja il-knisja Rotunda tal-Mosta u li ghex fis-seklu dsatax isostni, li mill-istudju li ghamel dwar il-qedem ta’ Malta jirrizulta li l-gzejjer Maltin kienu jaghmlu parti minn Atlantide. Dan l-istudju jsahhu b’mappa dettaljata ta’ din il-gzira kbira li kienet tinsab taht Sqallija u li l-kobor taghha kien jestendi sal-golf ta’ Gabes tat-Tunesija. Dan il-kittieb jghidilna li din I-gzira kienet gherqet taht wicc l-ilma wara katastrofi kbira kkawzata minn sensiela ta’ terremoti qawwija u zbroffi vulkanici kbar li qasmu u sfondaw l-art ta’ tahta. Finalment huwa jsostni wkoll li l-unici fdalijiet li fadal minnha huma l-gzejjer Maltin u xi gzejjer ohra f’nofs dan il-bahar kbir.

Harsa lejn il-mappa tal-Mediterran wiehed jinnota wkoll li tul il-firxa tieghu jezistu diversi postijiet fejn il-bahar hu fond hafna aktar minn bnadi ohra, waqt li f’postijiet ohra huwa aktar baxxi. Aktarx li l-art li minnha fadal biss il-gzejjer taghna u li llum tinsab mgharrqa, fil-qedem kienet fuq wicc l-ilma u fuqha qalb l-gholjiet, ix-xmajjar u l-ghadajjar kienu jghixu popli shah, razez differenti ta’ annimali u tjur. Jinghad li meta l-art thezzet u nbelghet mill-ilmijiet tad-dilluvju, mijiet tas-snin wara din l-art regghet telghet f’wicc l-ilma u zmien wara regghet ghebet mill-gdid. Bhala xhieda ta’ l-ezistenza taghha halliet jghumu f’wicc il-bahar il-qcacet ta’ l-gholjiet taghha li providenzjalment xi whud minnhom huma l-gzejjer taghna.

Sintendi fuq dan is-suggett wiehed kapaci jsib mijiet ta’ kitbiet minn awturi differenti, izda peress li issa qeghdin nikkwadraw il-lenti taghna fuq gziritna nkomplu niflu sewwa x’kitbu l-kittieba Maltin. F’kitba ohra interessanti nsibu li 6,000 sena ilu saret kataklizma tal-biza’ fejn nizlet l-art miz-zewg nahat u fforma speci ta’ wied li beda minn {ibilta’, ghadda ‘l barra minn l-Algerija u minn Tunis u nqasam f’zewg frieghi, wahda gibded lejn Sqallija ghall-gzejjer vulkani ta’ Lipari li fuqhom hemm il-vulkan Stromboli, u l-ohra gibded lejn Malta fejn halliet l-impatt kbir fuq l-irdumijiet ta’ gziritna li jinsabu fuq in-nofsinhar tal-gzejjer taghna minn Ghawdex, Ras il-Qammiegh sal-Ponta ta’ Dellimara.

F’din il-kitba nsibu li l-ilmijiet ta’ l-Ocean Altantiku li dahal b’qawwa kbira mill-istrett ta’ {ibilta’ mhux biss bela’ l-artijiet kollha li darba kienu jiffurmaw ir-regjuni baxxi ta’ artijiet fertili izda sahansitra wasal ukoll sa l-Iraq u Mesopotanja fejn hafna mill-ghadajjar ta’ l-ilma helu nbidlu f’dak mielah u ghadu hekk sal-lum. Aktarx li dan il-mewg ggantesk dahal ukoll sad-dezert tas-Sahhara fejn jinghad li barra li nstabu kwantita kbira ta’ fossili ta’ tal-bahar, ezistu lokalitajiet fejn ir-ramel huwa mielah. Kien proprju wara din il-kataklizma li din l-art kbira li wara saret gzira u bdiet tissejjah Atlantis infirdet minn ma’ Sqallija. Hu mahsub ukoll li meta sehh dan il-katastrofi eluf ta’ snin ilu, Malta kienet diga' mifruda minn Atlantis, u m’alla gara hekk, ghaliex mijiet tas-snin wara vulkan kbir li kien jiddomina c-centru ta’ din il-gzira zbroffa b’qawwa katasfrofiku, sfonda l-art ta’ tahtha u l-gzira ta’ Atlantis bin-nies u bil-hlejjaq kollha li kien jghammru fuqha ghebet taht wicc il-bahar f’temp ta’ 36 siegha li jaghmlu lejl u gurnata.

Kitba ohra li ssahhah dak li ktibt s’issa tghidilna li qabel id-dilluvju l-bahar Mediterran ma kienx jezisti u li fil-firxa tieghu minn taht {ibilta’ sa’ l-Egittu kien hemm erba’ ghaddajjar kbar ta’ l-ilma helu, waqt li l-kumplament kien blat li jghaqqad lill-Malta ma’ Sqallija u l-Afrika.

 


 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2012. All rights reserved.
1