Joseph Serracino writes about Atlantis (Part 8)

Kritas jghidilna li l-flotta ta’ Atlantjani kienet mghammra tajjeb u ghalhekk it-trasport tal-prodotti taghhom kien isir bil-lejl u bin-nhar. Issa nafu, u dan jikkonfermah ukoll Platun, li Solon li fi zmienu kien legislatur maghruf fil-manuskritt tieghu kiteb ezattament x’kienu qallu l-qassisin l-kbir Egizzjan Psonchis, u ghalhekk zgur li ma kellux l-ebda skop li jivvinta stejjer.

Written by Joseph Serracino

 
 
 

Fid-djalogu ta’ Platun insibu li Nettunu, l-alla tal-bahar kellu hames pari ta’ tewmin minn mara mortali. Huwa hatar lil Atlas, l-akbar wiehed fosthom sultan tal-gzira sabiha tieghu. Platun jiddeskrivi lil Atlantis bhala gzira kontinent fil-punent tal Mediterran mdawra bl-Ocean Atlantiku. Bil-Grieg, il-kelma Atlantis tfisser il-gzira ta’ Atlas kif il-kelma Atlantiku tfisser l-Ocean ta’ Atlas. Atlantis kienet amministrata fil-paci, kotrana fil-kummerc, avvanzata hafna fit-teknologija u tiddomina  l-kontinenti u lill-gzejjer ta’ madwarha.

L-amminstrazzjoni ta’ din il-gzira kienet organizzata tajjeb, u s-sultan kellu poter assolut fuq il-poplu tieghu. Ghalkemm il-mexxejja  ta’ din il-gzira kienu jobdu l-ligijiet ta’ l-alla Nettunu li kienu skolpiti fuq il-kolonni tat-tempju, is-sultan kellu setgha li jikkastiga lil dawk ta’ tahtu u sahansitra anke jaghti s-sentenza tal-mewt lil kulhadd barra lill-qraba tieghu. F’dan il-kaz hu kien jehtieg l-approvazzjoni tal-maggoranza.

Skond il-grajja ta’ Platun, maz-zmien il-poplu ta’ Atlantis sar kompjacenti hafna u l-mexxejja taghhom saru arroganti hafna. Din l-imgiba nkurlat tant lill- allat li qerduha  f’kataklizma li hadet biss lejl u gurnata.

Kif accennajt f’taqsimiet ohra mhux l-istudjuzi kollha jaqblu ma’ l-istess teoriji. Xi drabi, dan in-nuqqas ta’ qbil jew interpretazzjoni differenti jew fehmiet godda dwar kif setghu sehhu certi avvenimenti storici matul il-milja taz-zmien  kapaci jsahhu u jistimulaw lir-ricerkisti fix-xoghol taghhom. Fortunatament fi zmienna, dawn l-istudjuzi jiltaqghu flimkien f’diversi konferenzi fejn tinghatalhom l-opportunita' u c-cans li juri fhemthom ma’ shabhom  u jiddibattu flimkien teoriji differenti, u li finalment tista’ twassalhom ghall-konkluzjonijiet taghhom. Din ir-riflessjoni qed naghmilha ghaliex  jien nahseb, li l-kittieba antiki li kienu jghixu ‘l boghod minn Ateni (mhux kollha) biex ma nghidx f’pajjizi ohra aktarx kienu jsibuha difficli hafna biex jivjaggaw minn post ghall-iehor biex  jiltaqghu flimkien, u ghalhekk certi skoperti li jkunu ghamlu xi whud minnhom mhux kulhadd ikun jaf bihom.

Xi kultant issib kittieba storici ohra li juri fhemthom wara li jkunu studjaw certi aspetti tac-cirkustanzi li jkollhom quddiemhom. Sintendi, hawnhekk ukoll tista’ issib  min ma jaqbilx maghhom! Xi kittieba jahsbu li Solon,  fil-vjagg tieghu fl-Egittu sar jaf bil-grajjiet  ta’ Keftiu, li skond il-leggenda Egizzjana, din il-gzira antika kellha civilta’ avvanzata hafna u li kienet tahkem fuq l-artijiet fil-punent ta’ Egittu. Keftiu kienet tikkummerca fl-avorju, ram u f’drappijiet maghmula mill-insig tal-qoton u s-suf kif ukoll kellha flotta kbira li kienet tikkontrolla l-kummerc ‘il boghod mid-dominju Egizzjan.  Skond il-leggendi Egizzjani Keftiu kienet gherqet taht wicc l-ilma fl-apokalissi.

Dawn il-kittieba jsostnu, li meta Solon rega’ lura fi Grecja rrakkonta dawn il-leggendi lil ibnu Dropides u dan irrakkontahom lin-neputih Critias. Mill-gdid Critias rega’ rrakkontahom lil ibnu li kien jismu  Critias bhalu, u dan min-naha tieghu rega’ rrakkontahom kif semmaghhom lil Platun. Huma tal-fehma wkoll, li f’kitbiet antiki, l-istorja, il-leggendi u l-hrejjef xi kultant gew imhalltin flimkien, u ghalhekk jista’ jaghti l-kaz li l-grajja ta’ Atlantis ta’ Platun fil-fatt hija repitizzjoni tal-grajja ta’ Keftiu ta’ l-Egittu, izda rrakkontata b’mod differenti u moghtija isem gdid. Aktarx li dawn il-kittieba waslu ghal din il-konkluzjoni meta pparagunaw it-tixbihat kbar li jezistu fir-rakkont ta’ Keftiu  mqabbel ma’ dak ta’ Atlantis ta’ Platun.

Jghidulek ukoll li meta Platun identifika l-post ta’ Atlantis fil-punent tal-Mediterran, fil-reata’ l-leggenda Egizzjana tqieghed lil Keftiu fil-punent ta’ l-Egittu u mhux necessarjamet fil-punent ta’ Mediterran. Huma jahsbu li meta Platun iddeskriva lil Atlantis bhala gzira jew kontinent fl-Ocean Atlantiku, jista’ jkun li kien zbaljat fl-interpretazzjoni tal-leggenda Egizzjana li hu kien qed jirrakkonta. Aktarx li Atlantis kellha kultura Minoana bhall-gzejjer ta’  Kreta u Thera, u ghalhekk, jekk din l-ipotesi hi korretta, allura jista’ jaghti l-kaz li Platun ma rrealizzax li hu diga' kien familjari maghha. Barra hekk hafna mil-leggendi antiki Griegi sehhu fi Kreta aktar minn 1,000 sena qabel Platun. L-istorici jsostnu li wara 1,000 sena ta’ dominanza assoluta l-kultura Minoana ntemmet f’daqqa wahda ghall-habta ta’ 1,470 sena qabel Kristu.

Izda x’gara mill-leggenda li skond l-Egizzjani tal-qedem Keftiu jew Atlantis inbelghet mill-mewg ggantesk f’gurnata u lejl wiehed? Din ukoll ghandha l-bazi storika taghha! It-tracci ta’ evidenza tehodna fil-gzira zghira ta’ Santorini maghrufa wkoll bhala Thera, li fl-antik kienet taghmel parti mill-artijiet Minoani u li tinsab madwar 75 kilometru fil-majjistral tal-gzira ta’ Kreta.  Jinghad li fic-centru ta’ din il-gzira kien jezisti vulkan kbir gholi madwar 1,500 metru mill-bahar. Dan il-vulkan beda l-izbruffar tieghu fl-1,500 sena qabel Kristu sakemm finalment zbroffa b’mod katastrofiku fl-1470. Jinghad li l-uniku bini li heles mit-terremonti tal-biza’ li kkaguna dan l-izbroff vulkaniku kien il-palazz ta’ Knossos li kien bena Daedalus.

Mill-gzira ta’ Santorini llum baqa’ biss  ix-xifer  ta’ dan il-vulkan bil-bahar Egew jaghti kompletament il-kaldera tieghu. Waqt li l-abitanti ta’ Santorini jhaffru ghall-irmied vulkaniku biex jaghmlu siment minnu ghadhom isibu l-fdalijiet tal-qedem taht il-gebel. L-irmied issa sar hamrija u sigar taz-zebbug, tal-laring, lumi u frott iehor jaghtu l-pajsaggi li darba kienu jsebbhu lil Atlantis, u li skond dawn il-kittieba partijiet ohra minn Kreta, Santorini u aktarx xi gzejjer Egew ghadhom midfunin. Waqt li l-abitanti godda bnew mill-gdid lil Kreta, hafna fdalijiiet tal-qedem ghadhom xhieda ta’ Atlantis.
Platun isemmi wkoll barrin fit-tempji ta’ Atlantis. Fil-fatt evidenza arkeoligika turi li l-Minoani kienu jibnu l-areni taghhom li fihom kien isir is-sarar tat-toru ( gendus) u jipprattikaw il-qbiz tal-barri bhala sport jew ritwal religjuż.

Jinghad ukoll li Atlantis kienet qrib d-dahla maghrufa ahjar bhala l-Kolonni ta’ Herculis. Ghalkemm l-istrett ta’ Gibilta’ hi maghrufa b’dan l-isem, fil-fatt insibu wkoll grupp cirkulari ta’ gzejjer fil-bahar Egew maghrufa bhala l-gzejjer Cikladita'  li wkoll isibuhom  bl-istess isem.

Atlantis kienet potenza qawwija li hakmet artijiet akbar mill-Libja u l-Asja kif ukoll il-gzejjer ta’ madwarha. Kellha baciri, mhazen kbar ghall-flotta taghha u l-akbar portijiet taghha kienu mimlijin bil-bcejjec u l-qxur tal-bahar ta’ pajjizi ohra. Fil-fatt, l-ibhra u l-influwenza ekonomika kkontollati mill-Minoani kienu jinkludu l-Afrika ta’ Fuq, il-Mediterran u l-Asja minuri, waqt li jinghad ukoll li l-ebda potenza ohra fi zmienhom ma kien jghaddihom ghall-kobor tal-flotta taghhom.

Waqt li Platun fid-djalogu tieghu jiddeskrivi zewg nixxieghat ta’ ilma speci ta’ funtani li kienet johorgu mill-art, wahda tarmi ilma shun u l-ohra ilma kiesah kienu jezistu wkoll il-banjijiet tas-sultan u ohrajn privati. Fit-tiftix taghhom, l- Arkeologisti rnexxielhom isibu wkoll sistema sofistikata ta’ drenagg, pajpijiet ta’ l-ilma fil-gzejjer ta’ Kreta u Thera, kif ukoll tojlits b’sistema ta’ l-ilma fi djar privati. Mit-tiftix li sar irrizulta wkoll li Minoani kienu jsahhnu d-djar taghhom b’ sistema ta’ toqob jew fethiet idrotermali li permezz taghhom setghu jkollhom l-ilma shun u kiesah.

 


 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2012. All rights reserved.
1