Joseph Serracino writes about Atlantis (Part 7)

Il-mistoqsija li ilha tigi ntennija ghall-mijiet tas-snin u sal-lum ghadu  hadd wegibha minhabba d-dubji dwarha  tibqa’ dejjem l-istess: - fejn tinsab mgharrqa din il-gzira? Fl-Ocean Atlantiku li ismu aktarx hiereg minnha, jew fil-bahar Mediterran? Hadd ma jaf ezatt! Izda Platun jghid li din il-gzira kienet tinsab fil-punent tal-Mediterran, izda fil-fatt dan il-bahar kemm kien maghruf  fi zmienu?.

Written by Joseph Serracino

 
 
 

Mill-kitbiet ta’ Platun nafu li dan il-filosofu kien jivjagga hafna u kemm-il darba zar Sqallija bhala mistieden tas-sultan ta’ din il-gzira. M’hemmx l-icken dubju li dan l-gharef kien jaf, li ftit mili ‘l isfel minn Sqallija kien hemm ghadd ta’ gzejjer zghar fosthom Maleth jew Melath  - l-isem qadim ta’ Malta. Riflessjoni ckejkna dwar jekk l-ghorrief ta’ zmienu kinux diga' skoprew li d-dinja taghna hija tonda u mhux catta kif kienu jahsbu hafna ohrajn iggieghlni nieqaf ftit u nahseb! Hemm min isostni li f’dak iz-zmien xi ghorrief kienu skoprew li ‘l barra mill-bahar Mediterran kien hemm bahar enormi (l-Ocean Atlantiku) u li taht l-Asja kien hemm iehor (l-Ocean Pacifiku). Ovvjament dawn saru jafuh mill-bahhara li hargu mill-istrett ta’ Gibilta’ u daru mal-kosta ta’ kontinent Afrikan, u sintendi  dwar il-Pacifiku saru jafu bih mill-bahhara li kienu ta’ spiss  jivjaggaw tul ix-xmara Nil ta’ l-Egittu u li kienu jidhlu fih biex  jikkummercjaw  mal-popli  tal-pajjizi jew tal-gzejjer fil-qrib.

Nafu li Platun fil-kitba tieghu jaccenna li kull ma fadal bhala xhieda tal-gzira ta’ Atlantis huma l-qcacet ta’ l-gholjiet taghha li baqghu jghumu f’wicc l-ilma fil-punent tal-Mediterran. Issa jekk hu kienx qed jirreferi ghall-gzejjer ta’ taht Sqallija li kif nafu l-Arcipelagu Malti jaghmel parti minnhom jew jekk kellux f’mohhu xi gzejjer ohra li jinsabu ‘l barra mill-istrett ta’ Gibilta’ ( li hawn ukoll jinsabu fil-punent tal-Mediterran) tibqa’ dejjem il-mistoqsija li kulhadd jistaqsi izda mhux facli li tinstab twegiba ghaliha!

Xi whud jemmnu li Platun kien qed jirreferi ghall-gzejjer Maltin u l-gzejjer li hemm taht Sqallija waqt li ohrajn jahsbu li Atlantis tinsab f’lokalitajiet ohra kif  sejrin naraw. Jinghad li f’kitbiet antiki miktubin mill-Majas u mill-Aztecs bhal Chilan Balam, Dresden Codex, Popuhi Vuh, Codex Cortesianus u l-manuskritt ta’ Troano li wara gie tradott fil-istorja jitkellmu dwar il-qirda u d-distruzzjoni bl-gharqa ta’ Atlantis u Lemura.

Silta mehuda mill-ktieb Olandiz Oera Linda, meqjus bhala l-aktar ktieb qadim li sa issa ghandu nstab, tgharrafna dwar id-distruzzjoni u l-gharqa tal-gzira kbira fl-Atlantiku kkagunata bit-terremoti u l-mewg tal-marea ( mewg imqanqal minn maremot/terremot tal-bahar). ‘ Matul is-sajf kollu, ix-xemx inhbiet wara s-shab bhallikieku ma tridx tiddi fuq id-dinja. F’nofs din il-kalma u hemda, id-dinja bdiet titrieghed bhallikieku kienet qieghda tmut. Il-muntanji nfethu u bdew jarmu l-hgejjeg u fjammi kbar tan-nar. Xi whud mill-muntanji ghebu taht l-art waqt li f’postijiet ohra fil-pjanuri ffurmaw ohrajn godda. Atlantis ghebet, u l-mewg selvagg ghola tant li ghatta l-gholjiet, il-widien u difen kollox taht l-ilmijiet tal-bahar. Hafna nies inbelghu mill-art waqt li ohrajn li helsu mill-nirien inqerdu bl-ilmijiet.'

L-istoriku Grieg Diodorus li ghex mijiet tas-snin qabel Kristu kiteb li eluf ta’ snin qabel il-Fenici kienu zaru gzira kbira fl-Atlantiku fejn Platun kiteb li kienet Atlantis. Jinghad li geroglifiku (speci ta’ simboli ) Fenici nstabu fuq numru kbir ta’ fdalijiet imgarrfa ta’ siti qodma fil-gungli tal-pajjizi fil-kontinent Sud Amerikan. Diodorus kiteb ukoll li Atlantjani kellhom gwerra ma’ Amazonjani! Fuq din il-gwerra li semma dan il-kittieb nixtieq naghmel zewg riflessjonijiet qsar minghajr ma nidhol f’polemici dwar il-validita’ ta’ din il-kitba. Jekk ghall-beneficcju ta’ l-argument ninsew id-diversi teoriji li jezistu dwar il-lokalita' ta’ Atlantis ma tahsbux li d-distanza li kienet tezisti bejn iz-zewg postijiet hi tant kbira u li kienet taghmilha difficli hafna li ssir gwerra bejniethom? Barra hekk, gwerra ta’ din ix-xorta fi zminijiet bikrija kienet tehtieg flotta kbira u b’sahhitha tant li kapaci tbahhar u tittrasporta fuqha gwarnigjoni kbar ta’ gwerriera, l-ikel, taghmir tal-gwerra u kull provizjon iehor f’bahar miftuh. Barra hekk aktarx li f’dawk iz-zminijiet ma kinux jezistu flotot kbar, u li l-bcejjec jew il-qxur tal-bahar, sejhulhom kif tridu kienu jkunu mibnijin mill-qasab u dawn zgur ma kinux b’sahhithom bizzejjed biex ibahhru fit-tul. Riflessjoni ohra tista’ sa certu punt taghmel sens u forsi wkoll taghti sahha lil din il-kitba hi, jistax jaghti l-kaz kif jahsbu xi studjuzi, li l-Atlantjani setghu lahqu kkolonizzaw xi gzejjer u b’hekk kabbru d-dominju taghhom f’dak il-kontinent.

L-istoriku Grieg Ammianus Marcellinus kiteb ukoll dwar id-distruzzjoni ta’ Atlantis. Meta Proculus zar il-gzejjer Canaries u Azores fl-Ocean Atlantiku ‘l barra mill-istrett ta’ Gibilta, in-nattivi ta’ dawn il-gzejjer kienu qalulu bid-distruzzjoni ta’ Atlantis.
Herodotus, meqjus minn xi whud bhala l-aqwa storiku tal-qedem kiteb dwar civilta' misterjuza fuq gzira fl-Atlantiku.

Storiku Grieg iehor Timagenus kiteb fuq gwerra bejn Atlantjani u Ewropej u jghid li tribujiet fi Franza tal-qedem isostnu li Atlantis kienet art twelidhom.  Tpingijiet cari li nstabu fl-gherien fi Franza juru nies liebsin ilbies ta’ l-ghoxrin seklu. Tpingija minnhom twassal ghall-kumpless piramidu taht l-art. L-istoriku u l-arkeologista FrancIz Robert Charroux iddata dawn it-tpingijiet ghal madwar 15,000 sena qabel Kristu. Claudius Aelianus accenna ghal Atlantis fix-xoghol tieghu tat-tielet seklu  ‘The Nature of Animals'.

Proclus, li kiteb noti fuq ix-xoghlijiet ta’ Platun afferma li Krantor kien zar Sais fl-Egittu kif ghamel Solon 300 sena qabel. Hemmhekk il-qassisin Egizzjani wrewh il-kolonna tad-deheb li fuqha kien hemm minquxa l-grajja kollha  dettaljata ta’ Atlantis ezatt kif kienu rrakkontawha lil Solon il-predecessur tieghu.

Plato jghidilna li l-editti u decizjonijiet gudizzjali tas-slaten ta’ Atlantis kienu jigu mnaqqxa fuq kolonni tad-deheb. Kienu wkoll jaghmlu sagrificcju tal-barri lill-alla Nettunu. Dan ir-ritwal huwa karatterizzat ukoll fl-Andes maghrufa bhala Gomedha, Dan is-sagrificcju jikkommemora l-mewt tal-Genna ta’ l-Art li xi whud jahsbu li kienet  Atlantis infisha.

Platun jghidilna wkoll li l-gharqa ta’ Atlantis sehhet   9,000 sena qabel  Solon. Dan il-legislatur Grieg kien zar l-Egittu madwar 600 sena qabel Kristu. B’kollox jaghmlu 11,600 sena ilu. Din id-data hija precizament l-gheluq ta’ zmien is-silg u meta saret il-kateklizma li kkawzat id-dilluvju.

Strabo, storiku u geografiku Grieg  jghidilna li 2,600 years qabel it-twelidu  xi bahhara hargu ‘l barra mill-Kolonni ta’ Herculis u kkummercaw mal-Tartessians li kienu identifikati bhala Atlantjani. Huwa afferma li kellhom storja miktuba li tmur lura madwar 7,000 sena qabel. Jekk wiehed iqabbel id-dati ta’ Strabo li ghix fiz-zmien Kristu ma’ dawk moghtija minn Platun mijiet tas-snin qabel, allura 11,600 sena ta’ l-gharqa jikkonferma kemm Platun kien korrett fil-kalkoli tieghu u kien jaf fuqiex qed jikteb.

Arnobius, Isqof kattoliku li ghex fir-raba’ seklu wara Kristu f’wahda mill-priedki tieghu dwar il-katastrofi kbar li saru matul iz-zminijiet u li kienu qerdu u ghamlu herba minn civiltajiet shah semma dik li qerdet ghal kollox lil Atlantis ta’ Nettunu. Hawnhekk ukoll id-data li jaghtina Arnobius hi dik ta’ 11,600 sena,  ghalkemm jista’ jaghti l-kaz li dan l-isqof kien diga' familjari max-xoghol ta’ Platun.

 


 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2012. All rights reserved.
1