Joseph Serracino writes about Atlantis (Part 6)

Diversi kittieba kitbu dwar il-gzira ta’ Atlantis u dwar l-istorja tal-poplu taghha. Insibu ghadd gmielu ta’ kittieba antiki bhal Diodorus, Kantor, Marcellinus, Plutarch u Herorodus jitkellmu dwarha kif ukoll kitbiet  antiki ohra aktarx miktuba mill-Aztec u l-Inkas li jitkellmu wkoll dwar l-ezistenza taghha.

Written by Joseph Serracino

 
 
 

Plutarch kiteb dwar il-kontinent mitluf fil-ktieb tieghu ‘Lives’
waqt li d-distruzzjoni ta’ Atlantis tissemma’ wkoll ‘Oera Linda” ktieb Olandiz, mahsub bhala wiehed mill-aktar kotba antiki li sa issa nstabu. Meta wiehed jikkonsidra li ma’ dawn il-kitbiet ta’ kittieba antiki jezistu wkoll civiltajiet antiki bhal dawk ta’ Aztecs u l-Majas li kienu jafu biha, bla ma trid tibda taccetta l-ezistenza ta’ Atlantis.

Izda forsi l-aqwa kittieb li tant ghamel impatt kbir fuq dan is-suggett kontroversjali huwa Platun - meqjus mill-istudjuzi tal-klassici bhala wiehed mill-aqwa filosofi Griegi ta’ zmienu, u li kitbietu huma meqjusa bhala minjiera ta’ gherf kbir. B’danakollu, ghalkemm l-istudjuzi kbar iqisuh bhala genju ghall-gherf tieghu fl-istorja umana, meta jitkellmu dwar din il-gzira kontinent iriduna nemmnu li Platun kien qed juzaha bhala metafora.

Qabel ma nkompli nitkellem fuq Atlantis li tissemma’ f’wiehed mid-djalogi ta’ Platun, nahseb li tkun haga flokha li nghid xi haga fil-qosor dwar min kien dan l-filosofu Grieg. Platun li ghex bejn 427 u 347 sena qabel Kristu kien gej minn familja aristokratika Griega, u li minn tfulitu rcieva l-aqwa edukazzjoni li setghet tinghata fi zmienu. F’zoghzitu ltaqa’ mal-filosofu Socrates li nfluwenzalu hajtu, izda meta fl-399 qabel Kristu, Socrates gie kkundannat ghall-mewt wara t-telfa ta’ Ateni, Platun ta l-genb lill-politika u ntefa’ b’ruhu u b’gismu ghall-filosofija. Platun li matul hajtu kiteb ghexieren ta’ djalogi filosofici miet  ta’  80 sena, proprju fiz-zmien li kien ghaddej fuq l-ahhar djalogu tieghu maghruf bhala ‘Il-Ligijiet’.

Izda tiskantawx meta tisimghu lil min jghid li jekk Platun kien l-aqwa filosofu ta’ zmienu, Socrates kien meqjus bhala l-aqwa filosofu Grieg ta’ kull zmien ghaliex hekk hu! Jinghad li dan il-filosofu kbir kien ihobb ighallem lill-istudenti tieghu b’permezz ta’ laqghat ta’ tahdit, fejn l-istudent kien jistaqsi u hu jirrispondi. Peress li Socrates sfortunatament ma halliex kitba warajh, l-gherf tieghu twassal lilna permezz ta’ xi whud mill-istudenti fidili tieghu, b’mod specjali minn Platun, li biex zgur l-gherf kbir tas-surmast tieghu (Socrates) jibqa’ mahzun f’mohh il-kotra tal-poplu ta’ zmienu kitbu f’format ta’ djalogu, fejn tnejn min-nies jew aktar qeghdin jitkellmu u jghallmu fl-istess hin. Minn dawn id-djaloqi nsibu bosta u kollha jitkellmu fuq l-gherf u l-filosofija. Fost dawn id-djalogi nsibu lil Timaeus u Critias.

Timaeus u Critias huma zewg djalogi ta’ Platun li jsemmghu lil Atlantis. Dawn id-djalogi huma speci ta’ konversazzjoni bejn Socrates, Herocrates, Timeaus u Critias. B’risposta ghal tahdita li Socrates kien ghamel ftit qabel dwar is-socjetajiet ideali, Timeaus u Critias jaqblu li bhala moghdija taz-zmien jghidulu ( lil Socrates ) grajja li ma kinitx fittizja izda storja vera. Din il-grajja kienet dwar konflitt li kien gara 9,000 sena qabel bejn il-Griegi tal-qedem u dawk ta’ Atlantis jew Atlantikos. Sfortunatament, mal-milja tas-snin l-istorja ta’ din il-grajja kbira kienet intesiet u kien proprju Platun li rega’ taha  l-hajja mill-gdid  wara li kien semaghha minghand Critias li kien irrakkontahielu buznannuh Dropides, li min-naha tieghu aktarx kien qara l-manuskritt li kien kiteb missieru Solon, wara li dan ta’ l-ahhar kien zar l-Egittu u sar jaf b’din il-grajja minn fomm il-qassisin Egizzjani. Fil-fatt, f’dan il-djalogu Critias jaghtina diskrizzjoni cara  ta’ Atlantis u l-poplu taghha kif ukoll dwar l-Ateani tal-qedem waqt li Timaeus jaghtina biss introduzzjoni qasira dwar din il-gzira kbira.

F’dan id-djalogu Platun issemmi lil Atlantis fejn jghidilna li kienu ghaddew 9,000 sena minn mindu saret gwerra bejn dawk li kienu jghammru barra l-Kolonni ta’ Herculis immexxija minn Ateni u dawk ‘il gewwa minnhom immexxija mis-slaten ta’ Atlantis, li kienet gzira kbira akbar mill-Libja u li wara din il-gwerra ghebet taht wicc l-ilma.

Minn kitbet Platun jidher car li s-sbuhija ta’ Atlantis kienet xi haga tas-seher  ghaliex fiha jissemmew il-pjanuri mhaddra, l-ghelieqi ghammiela, l-annimali u t-tjur kienu abbundanti, ix-xmajjar mimlijin bil-hut u sahansitra jissemmew ukoll il-kukkudrilli. F’dan id-djalogu jissemmew ukoll l-gholjiet, it-toroq, il-palazzi sbieh u r-rikkezzi li kien fihom, l-istatwi u l kolonni miksijin bid-deheb tat-tempji majestuzi ghall-allat taghhom, il-portijiet u l-bini tad-dghajjes, il-qima taghhom ghall-gendus, it-tmexxija suprema tas-sultan u li l-princpijiet kollha kienu jaghrfuh bhala s-sid taghhom, il-qawwa ta’ l-armata u l-armonija tat-tmexxija gusta li dan il-poplu hawtieli kien jgawdi. Platun jghidilna wkoll li din il-gzira waslet fi tmiemha meta vulkan zbroffa b’qawwa kbira u kkaguna terremoti qawwija li wara li  hezzu l-art kollha din  bdiet tinqasam u tinfetah u f’lejl u gurnata ghebet taht l-ilma.

l-istorici jghidulna li l-qassisin Egizzjani tal-qedem kienu jhobbu jiddekoraw b’tinqix ta’ diversi forom ta’ figuri u simboli l-istorja glorjuza tas-slaten taghhom, il-gwerer u grajjet pajjizhom kif ukoll il-grajjiet kollha li kienu jsehhu madwarhom, u dan kienu jaghmluhom fuq il-hitan tat-tempji taghhom u fuq twavel tal-tafal kif ukoll b’kitba fuq il-papiru. Huma kienu jemmnu li b’dan il-mod il-grajjiet storici li sehhu tul iz-zminijiet f’pajjizhom u f’dawk ta’ madwarhom ma jintilfu qatt, u b’hekk, il-generazzjonijiet ta’ warajhom isiru jafu bil-kobor ta’ genshom. Jinghad li l-Griegi, maghrufin ghall-istorja antika taghhom u ghall-hassieba kbar li kellhom kienu tilfu bosta mill-kitbiet ta’ grajjiethom bid-dilluvju ghax kienu miktubin fuq il-karti u li wara regghu saru jafu bihom minghand l-ghorrief Egizzjani.

Solon li ghex  590 sena qabel Kristu u li fi zmienu kien maghruf bhala poeta u legislatur, f’wahda miz-zjajjar li ghamel fl-Egittu zar it-tempju ta’ Neith fil-belt ta’ Sais fejn hemmhekk iltaqa’ mal-qassis il-kbir Egizzjan Psonchis u dan irrakkontalu grajjiet il-qedem tal-Grecja, meta l-gwerrieri Ateaneni kienu rebhu gwerra kbira kontra qawwa tal-gzira ta’ Atlantide li kienet tinsab fil-bahar pelagos fil-punent tal-Mediterran. Psonchis irrakkontalu wkoll li din it-telfa giet segwita b’kataklizma tal-biza’ li gharrqet lill-Atlantis, u li minnha ma fadal xejn ghajr xi gzejjer zghar li ghadhom jghumu f’wicc fl-ilma.

Peress li kif accennajt qabel Socrates ma halliex kitba warajh, it-taghlim kollu li ghallem dan il-filosofu kbir twassal lilna permezz ta’ Platun. Wara l-mewt ta’ Socrates, Platun zar l-Egittu ma’ wiehed mid-dixxipli tieghu Krantor u hemmhekk iltaqa’ mal-qassisin Egizzjani li haduh fit-Tempju ta’ Neith u wrewh l-istorja tal-grajja minquxa fuq il-kolonni tat-tempju. B’hekk huwa kkonferma li l-istorja tal-manuskritt miktub minn Solon kienet grajja li sehhet tabilhaqq.  Izda mid-dehra f’kull zmien kien hawn studjuzi li ma jaccettawx kull ma jinghad! Wiehed minn dawn l-istudjuzi kien il-filosofu Grieg Aristotle li kien iqis din il-grajja bhala wahda fittizja. B’danakollu bosta awturi ohra Griegi, Rumani u Nsara accettaw l-ezistenza, l-istatus u l-gharqa ta’ Atlantikos kif abbozzata minn Platun.

 


 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2012. All rights reserved.
1