Joseph Serracino writes about Atlantis (Part 5)

Fir-raba’ parti qrajna dwar id-diversi teoriji fejn jahsbu li  tinsab mgharrqa Atlantis u dwar xi sejbiet ta’ fdalijiet tal-qedem li nstabu f’lokalitajiet differenti. F’din it-taqsima se jkomplu niskopru fdalijiet ohra mxerrdin f’lokalijiet ohra.

Written by Joseph Serracino

 
 
 

Henry Breuil irrefera ghal razza bajda li kienu jghixu f’Afrika ta’ Isfel u li kellhom xagharhom safrani jew hamrani. Dawn il-graffiti li nstabu f’Namib u Bradberg jidhru cari u huma simili hafna ghal dawk li hemm fl-Egittu u fi Kreta. Hemmhekk instabu rjus tar-razza Ewropeja li jmuru lura bejn 8,000 u 6,000 sena qabel Kristu. Il-graffiti ’Whire Lady’ li nstabet fl-Afrika ta’ Isfel u li jinghad li ghandha bejn 3,000 u 5,000 sena tirrapprezenta mara bajda b’xagharha hamrani u ragel warajha liebes ilbies Kretan kif ukoll irgiel suwed u Ċerva selvagga.

Fl-1970 Dr. R. Brown esplora Piramida f’qiegh il-bahar ‘il barra mill-Bahamas. L-erba’ ghaddasa li kellu mieghu sabu toroq, koppli, strutturi f’forma rettangulari, strumenti metallici mhux identifikati u sahansitra statwa qieghda jzomm kristalla b’piramida ckejkna fiha. Meta din l-istatwa ttiehdet fl-Universita’ ta’ Florida biex jezaminawha u giet amplifikata, instab li l-energija ghaddiet minnha. Dr. Brown isostni wkoll li fl-iskoperti li ghamel instabu kristalli bhalha u f’bosta kazi ta’ tiftix iehor fil-bahar Atlantiku nstab ukoll hafna fuhhar.

Fl-1981 f’espedizzjoni li saret minn P. Cappellano gew skoperti fdalijiet misterjuzi b’simboli strambi f’qiegh il-bahar ‘il barra mill-Gzejjer Canary. Fil-fatt, xi kittieba jassocjaw dawn il-gzejjer li jinsabu fl-Ocean Atlantiku ‘l isfel mill-istrett ta’ Gibilta’ ma’ Atlantis. Huma jemmnu li dawn il-gzejjer huma l-qcacet ta’ muntanji li jsemmi Platun fil-kitba tieghu, u li dawn huma xhieda konkreta ta’ l-ezistenza ta’ din il-gzira kontinent.

Jim Allen, kartografu famuz  u awtur tal-ktieb Atlantis - Andes Solution isostni li sab lil Atlantis fil-kontinent Sud Amerikan. Fil-fatt, fil-pajjizi ta’ dan il-kontinent, specjalment fil-Boliva u l-Peru, instabu civiltajiet antiki li jmorru lura eluf ta’ snin, u li l-fdalijiet taghhom jixbhu hafna lil dawk ta’ Atlantis. Quddiem dawn il-fatti nibtet il-mistoqsija li sal-lum ghandna bla twegiba, ‘ jekk dawn il-fdalijiet ma kinux ta’ Atlantis allura ta’ min kienu?’  Xi studjuzi jsostnu li d-dominju ta’ Atlantis kien mifrux fuq iz-zewg kontinenti, u li l-qxur tal-bahar taghha li kienu mibnijin mill-qasab kienu b’sahhithom bizzejjed biex jitrasportaw taghbijiet kbar minn port ghall-iehor u setghu jivjaggaw fit-tul.

Skont Cel. Braghine, l-awtur tal-ktieb The Shadow of Atlantis  certitribujiet ta’ Indjani Venezweljani msejha Paria fir-regjun ta’ Atlan kellhom gilda bajda u li kienu jippossjedu tradizzjonijiet tal-kataklizma l-kbira li garrfet kompletament lill-art originali taghhom li kienet gzira kbira ‘l boghod mill-ocean u abitata minn razza avvanzata, twajba mhux differenti mill-Atlantjani. Il-Toltecs li kienu il-predecessuri tal-Majas jirreferu ghal dan il-kontinent li kienu jsejhulu Aztlan. Il-Majas, Aztecs u l-Nahautls kienu sejhu l-eroj civilizzati bojod li kienu gew mill-gzira mgharrqa b’ismijiet ta’ Quetzalcoati, Kukulkan, Gucumatz u Bochica, li fil-linqwa taghhom tfisser Draguni tar-Rix.

F’espedizzjoni li kien ghamel Dr. Maxine Asher’s fl-1973 f’qiegh l-Ocean Atlantiku ‘l barra mill-kosta ta’ Spanja nstabet belt shiha. Fdalijiet ta’ toroq u bini iehor instabu ‘l barra mill-gzejjer ta’ Bimini fl-1960. Dawn il-fdalijjiet gew fotografati u wara gew inkluzi f’pubblikazzjoni minn Dr. Manson Valentine Steven Forsberg - ko-fundatur tal-gazzetta Lahaina Times li esplora dawn il-fdalijiet fl-1982.

Fdalijiet simili gew fotografati minn Cay Sal fil-Bahamas. Dawn il-fdalijiet ghandhom l-istess kostruzzjoni bhal dawk ta’ l-aktar belt antika li qatt instabet fuq l-art f’Tiajuanaco fil-Boliva, li skont l-arkeoligisti kien instab kalendarju li juri l-pozizzjoni ezatta ta’ l-istilel u l-pjaneti 27,000 elf sena ilu, madwar 20,000 sena qabel l-eqdem civilta’ li sa issa nafu biha.

Fdalijiet simili wkoll instabu ‘l barra mill-Marokk taht 20 metru ilma.
Sebja ohra rrappurtata minn Tony Benik kienet tikkonsisti f’Piramida kbira b’ghaxart ikmamar kbar bis-saqaf taghha tal-kristall nstabet f’nofs l-Ocean Atlantiku fond ta’ madwar 3,000 metru.  
Liecester Hemingway ikkonferma li l-ghaddasa tieghu sabu ejkri kbar ta’ fdalijiet li jixbhu lill-irham abjad f’qiegh il-bahar ‘il barra minn Cuba. Bazi strutturali kbar ta’ 30metru X 22metru nstabet f’qiegh il-bahar ‘il barra mill-gzira Andros fil-Bahamas.

Heinrich Schilemann, il-bniedem li sab u skava l-fdalijiet ta’ Troja li hafna storici kienu jqisuha bhala leggenda, fil-kitba tieghu ssemmi li go vazun tal-bronz u metal iehor mhux maghruf mix-xjenzati nstab glifu fil-Fenicju ( karattri/simboli skorpiti ) li kien jghid li dan il-vazun kien intbaghat mis-sultan Chronos of Atlantis. Fdalijiet identici tal-fuhhar instabu wkoll f’Tiajuanaco, Bolivia.

L-Aztecs, il-Majas, l-Incas u diversi tribujiet ohra ta’ Indjani kienu qallu lill-exploraturi bl-gharrqa ta’ Atlan (Atlantis) fl-Ocean Atlantiku u bl-gharrqa ta’ Mu (Lemuria) fl-Ocean Pacifiku. F’qiegh l-Ocean Pacifiku nstabu fdalijiet ta’ belt antika ‘l barra mill-gzira Ponape. Fdalijiet ohra nstabu taht l-ilma madwar 30 mil ‘il barra minn gzira Easter. Fdalijiet ta’ triq antika li minn fuq il-gzira Karatonga tindifen taht l-ilmijiet ta’ l-ocean ghal bosta mili u terga’ titfaccja mill-gdid f’wicc l-ilma u tkompli  f’direzzjoni dritta ghal fuq gzira ohra.

Il-professur Menzies mill-Universita’ Duke ha ritratti ta’  fdalijiet ta’ civilta' antika f’qiegh il-bahar bejn il-Peru u Tahiti b’geroglifiku (tinqix ta’ simboli) mhux maghruf fuq kolonna. Fdalijiet Monolitici ( skultura mahduma minn hagra wahda ) ta’ civiltajiet  mitlufa bis-snin instabu fuq sitt gzejjer fl-Ocean Pacifiku, li skont xi whud jinghad huma il-qcacet ta’ muntanji Lemurjani li baqghu jghumu f’wicc fl-ilma. Xi studjuzi jemmnu li Atlantis kien kontinent fl-Ocean Atlantiku b’civilta’ avvanzata hafna u li skond Platun zviluppat madwar 11,600 sena ilu u li ghebet taht l-ilma wara kataklizma vulkanika. Xi kittieba jsostnu li x-xjenza kif mghallma fl-iskejjel ma taccettax l-ezistenza ta’ Atlantis ghaliex sa issa ma nstabux l-ebda tracci reali li juru b’mod konkret li din il-gzira kontinent ezistiet tabilhaqq. Izda dejjem skond dawn il-kittieba, ir-raguni ghala gara dan hi semplici hafna, u dan ghaliex it-tfittxija ghal Atlantis qieghda ssir f’lokalitajiet zbaljati, meta fil-fatt din il-gzira kontinent tinsab mgharrqa fin-naha l-ohra tad-dinja jigifieri fl-Ocean Pacifiku.

Huma jsostnu li Atlantis u Lemuria kienu z-zewg kontinenti li gew mgharrqa bejn 10,000 u 12,000 sena ilu. Waqt li Atlantis kienet il-holqa bejn iz-zewg kontinenti Amerikani, l-Ewropa u l-Afrika ta’ Fuq, Lemuria kienet tinsab fl-Ocean Pacifiku ‘l fuq mill-kontinent ta’ Amerika ta’ Isfel u l-Asja. Ohrajn huma tal-fehma li l-isem tal-bahar Atlantiku gej mill-gzira ta’ Atlantis li fil-qedem kienet taghmel parti minnu u li llum tinsab mgharrqa fih. Jekk din it-teorija hix imsahha u kkonfermata xjenitifikament ma nafx ezatt, izda zgur li whud minn dawn il-kittieba jqisu lil din it-teorija bhala wahda valida u li l-aktar taghmel sens.

Xi whud isostnu wkoll li Lemura hija versjoni antika ta’ Atlantis. Fil-fatt, lil Lemura jxebbhuha mal-Gnien ta’ Eden fejn twieled il-bniedem u originat l-ewwel civilta’. Fiz-|mien is-Silg, bejn 20,000 u  30,000 sena ilu l-popli ta’ din il-civilta’ antika bdiet tinxtered u tfittex postijiet godda fosthom Altantis.


 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2012. All rights reserved.
1