Joseph Serracino writes about Atlantis (Part 4)

L-istorici jqisu lill-bahar Mediterran bhala l-benniena tal-civilta’ umana kemm minhabba l-qedem tieghu kif ukoll minhabba d-diversita’ tal-kulturi u religjonijiet differenti li jhaddnu l-popli tal-pajjizi li jdawru x-xtut tieghu. F’nofs dan il-bahar storiku nsibu lil Malta, maghrufa mad-dinja kollha ghall-istorja antika taghha, u xhieda ta’ dan il-qedem huma t-Tempji tal-Hagar li ghandna mxerrdin fuq dawn il-gzejjer li jghoddu  aktar minn 5,000 sena.

Written by Joseph Serracino

 
 
 

Quddiem dawn il-fatti li ilhom snin jigu studjati u msahhin b’ricerki intensi li saru fuq sejbiet ta’ diversi fossili ta’ annimali, li fil-qedem tad-dinja kienu jimirhu fuq iz-zewg kontinenti, wiehed jasal biex jistaqsi jekk ic-civilta’ tal-gzejjer Maltin hix fil-fatt aktar antika milli hu mahsub, u jekk hux veru jew le li dawn il-gzejjer fil-qedem taghhom kinux jaghmlu parti mill-gzira kbira li llum tinsab mgharrqa.

Jista’ jaghti l-kaz li kieku dawn il-mistoqsijiet kellna naghmluhom lill-istudjuzi Maltin li qeghdin jirricerkaw fuq dan is-suggett ma nehodhiex bi kbira li bla tlaqliq xejn jikkonfermaw li Malta tabilhaqq kienet taghmel parti minn gzira kbira li antikament kienet maghrufa bhala Atlantide. U xi jgiehlni nasal ghal din il-konkluzjoni? Ghaliex mir-ricerki li qeghdin isiru mill-istudjuzi Maltin fuq dan is-suggett juru b’mod aktar car, li Malta fil-qedem taghha kienet hafna u hafna akbar milli hi llum, u prova konkreta ta’ din it-tezi huma l-fdalijiet Megalitici ( Hagar Kbir ) u t-Tempji Neolitici li jaghtuna stampa reali li eluf ta’ snin ilu fuq il-gzejjer taghna kienu jghixu razez ta’ nies b’kultura u b’teknologija avvanzata hafna.

Sintendi l-istudju dwar ic-civiltajiet ta’ qedem affaxxinaw bosta kittieba antiki, tant li mill-ibghad zminijiet insibu bosta kitbiet dwarhom, u li permezz taghhom sirna nafu dwar il-kult, il-kostumi u d-drawwiet ta’ dawn il-gnus li ntilfu mal-milja taz-zmien. Dwar l-istorja tal-bahar Mediterran u tal-pajjizi li jdawruh inkitbu eluf ta’ kotba, izda dwar il-preistorja taghhom jinghad li ftit li xejn nafu dwarha. U jekk il-preistorja ta’ dan il-bahar intilfet ukoll maz-zmien, aktarx li ahna qatt ma nistghu nsiru nafu b’mod konkret dwar l-origini tal-gzejjer taghna u ta’ l-art li minnha ssawru.

L-istudjuzi jsostnu li bl-iskoperti kbar li saru fix-xjenza moderna l-bniedem wasal fi stadju li jsir jaf b’ezattezza dak li z-zmien heba mill-ghajn bniedem  ghall-eluf kbar ta’ snin jew sfortunatament  ntesa minnu. Huma jemmnu wkoll, li l-arkeologisti  meghjuna bl-istrumenti sofistikati tax-xjenza moderna kapaci jsolvu hafna mit-teoriji li sa 50 sena ilu lanqas biss kienu jimmaginaw jitkellmu dwarhom. Illum qeghdin nghixu f’era xjentifika, fejn il-bniedem, bil-hila tat-teknologija ultra moderna u l-kompjuter wasal fi stadju li kapaci jaghmel kollox u sahansitra jiffacilizza x-xoghol tar-ricerka u finalment  jasal ghall-konkluzjonijiet tieghu.

U proprju ghax il-bniedem jaf x’kapacita’ kbira ghandha x-xjenza li l-mistoqsija dwar is-suggett taghna (Atlantis) tohrog wehidha! Fejn hi mgharrqa Atlantis - fil-bahar Mediterran, fl-Ocean Atlantiku jew f’ibhra ohra? Waqt li l-istudjuzi Maltin jsostnu li l-gzejjer taghna kienu jaghmlu parti minnha, ohrajn jemmnu li din il-gzira kontinent tinsab mgharrqa fl-Atlantiku. Kollox jindika li t-twegiba konkreta ghal din il-mistoqsija ghad tiehu s-snin biex jigu mwiegba xjentifikament.

Hawn min hu tal-fehma li l-fatt li l-istudjuzi m’humiex jaqblu bejniethom hija indikazzjoni cara li, jew ghad hemm dubji kbar dwar l-ezistenza taghha nkella l-fdalijiet li nstabu f’diversi lokalitajiet jikkonfermaw li hafna mic-civilazzjonijiet mitlufa kienu simili hafna ghal dik ta’ Atlantis. B’danakollu, ghalkemm jezistu diversi teoriji dwarha, hafna mill-istudjuzi madwar id-dinja ntesifikaw ir-ricerki taghhom bil-ghan li xi darba jirnexxielhom isibuha, u b’hekk jikkonfermaw darba ghal dejjem il-validita' tal-kitbiet li nkitbu minn kittieba antiki mijiet tas-snin qabel il-migja ta’ Kristu.

Izda kif jigri dejjem mhux l-istudjuzi jaqblu dwar l-ezistenza ta’ Atlantis! Xi whud isostnu li Atlantis qatt ma ezistiet waqt li jemmnu fit-teorja ta’ l-evoluzzjoni u jemmnu wkoll li n-natura ghamlet u sawret kollox. Veru li n-natura kapaci taghmel hafna ghegubijiet u l-bniedem bl-gherf kollu tieghu jitbellah quddiemhom u jaghraf ix-xejn tieghu, izda kulhadd jaf li waqt li n-natura bil-qawwa kollha taghha kapaci tizbroffa vulkan li jkun ilu mejjet mijiet tas-snin u thezzez l-art b’terrimoti qawwija ma tasal qatt biex tibni piramida. Il-bniedem jibnieha! Daqshekk iehor ma kinitx in-natura li f’diversi bnadi madwar id-dinja, imgharrqin b’ghexieren ta’ metri kbar taht wicc il-bahar sawret l- ghadd kbir ta’ fdalijiet ta’ tempji antiki, toroq u diversi tipi ta’ forom u strutturi kbar tal-gebel.

B’danakollu, dawn l-istess studjuzi, waqt li ma jemmnux fl-ezistenza ta’ Atlantis ma jistghux jifhmu minn fejn giet ic-civilazzjoni ta’ Maya u Inkas, kif ukoll, kif dan il-gens li kien gharef hafna fix-xjenza mbaghad kien primittiv fil-medicina. Mistoqsija ohra li hawdet hafna mhuh hi dwar l-Egizzjani u minn fejn inkisbet it-teknologija xjentifika biex inbnew il-piramidi, u kif ir-relikwi li nstabu fl-Amerika ta’ Isfel jixbhu hafna lil dawk Egizzjani izda fil-fatt huma eqdem minnhom.

Geologisti jaqblu li eluf ta’ snin ilu artijiet tropikali ccaqilqu u llum jinsabu mirdumin taht is-silg ta’ l-Alaska. Jitkellmu dwar epoki differenti, u li d-dinja mal-milja tas-snin inbidlet, u li gzejjer u artijiet enormi jinsabu mgharrqin taht l-ilma. F’kitbiet antiki aktarx miktuba mill-Aztec u l-Inkas kif ukoll ohrajn miktubin minn diversi kittieba antiki fosthom Platun tissemma’ Atlantis. Meta wiehed janalizza dawn il-kitbiet jibda biex jemmen li l-ezistenza ta’ din il-gzira kontinent mhix xi hlieqa ta’ xi kittieb izda aktarx li ezistiet tabilhaqq. Quddiem diversi teoriji, l-mistoqsija li ilha tidwi ghal mijiet ta’ snin terga’ titlissen mill-gdid:  Jekk Atlantis veru ezistiet fejn tinsab imgharrqa?

Nghid is-sewwa, certi kitbiet li qrajt hawduni hafna! Hawduni ghaliex waqt li l-maggoranza ta’ l-istudjuzi jaqblu dwar l-ezistenza taghha, hadd minnhom ma jaf ezatt fejn gherqet! Barra hekk, jidher car li fit-tfittixijiet taghhom f’diversi lokalitajiet differenti fuq iz-zewg nahat ta’ l-Atlantiku, partikolarment qrib il-kontinenti Amerikani nstabu sejbiet li jvarjaw minn fdalijiet Neolitici, tempji taht il-bahar, piramidi, oggetti sferikali, gebel ggantesk, toroq u hafna u hafna oggetti ohra li l-arkeologisti ddikjaraw li ghandhom eluf ta’ snin u lkoll qeghdin jassocjawhom ma’ Atlantis, li skont kif jinghad, il-poplu taghha kien hawtieli u teknoligikament avvanzat hafna.

Fil-fatt jezistu diversi teoriji dwar l-ezistenza ta’ Atlantis u fejn tinsab mgharrqa. Fosthom hemm min jemmen li Atlantis

  • kienet gzira kbira fil-bahar Mediterran bejn Sqallija u Tunis u sintendi hi   mgharrqa f’din il-lokalita'.
  • tinsab mgharrqa ‘l barra mill-istrett ta’ {ibilta’ bil-gzejjer Canary  huma l-fdal taghha.
  • Lil-gzira ta’ Kreta u xi gzejjer ohra Griegi huma l-fdal taghha.
  • li mill-fdalijiet li nstabu qrib Cuba u l-Bahamas aktarx li din il-gzira enormi kienet qrib il-kontinent Amerikan.
  • li Atlantis kienet taghmel parti mill-kontinent Sud Amerikan ghaliex il-fdalijiet li nstabu fil-Cili, fil-Peru u l-Boliva huma ta’ civiltazzjonijiet antiki hafna u simili ghal dawk ta’ Atlantis.
  • li din il-gzira kontinent tinsab mgharrqa fl-Ocean Pacifiku fl-ibhra taht ic-Ċina bl-Indonesia bhala l-fdal taghha

E,H. Thompson hu tal-fehma li civita’ b’sahhita kienet tghix f’Atlantis sa 10,000 sena qabel Kristu qabel din il-gzira gherqet. Huwa jsostni wkoll li l-poplu ta’ Atlantis kellu influwenza kbira fuq il-kolonji taghha, u jekk hu minnu li l-poplu ta’ din il-gzira miet mgharraq, il-kolonji taghhom li kienu mxerrdin matul il-kosta tal-Lvant taz-zewg kontinenti Amerikani, matul il-kosta Ewropeja li taghti ghall-bahar Atlantiku, il-Mediterran u l-kosta tal-punent tal-pajjizi Afrikani hellsuha mill-gharqa. B’dan il-mod wiehed jista’ jifhem ahjar l-ezistenza tar-razza bajda fil-punent ta’ l-Afrika u fil-Mediterran.


 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2012. All rights reserved.
1