Joseph Serracino writes about Atlantis (Part 3)

L-arkeologisti jsostnu li l-gzejjer Maltin saru b’mod naturali li hadu l-eluf kbar ta’ snin biex jifformaw ruhhom, fejn it-trab thallat ma’ l-ilma u sar tajn u meta nixef ghaqad u sar blat. F’dan il-blat  instabu fih fossili ta’ l-arzell, bebbux, rizzi u ta’ hlejjaq ohra li jghixu fil-bahar.Fil-fatt, is-saffi tal-blat taghna hu kompost minn zonqor tal-qawwi, gebla ramlija, tafal, gebla tal-franka u zonqor tal-qawwi.

Written by Joseph Serracino

 
 
 

Forsi l-aktar zewg civiltajiet qodma li l-istudjuzi taghna jafu li ezistew f’zewg perjodi differenti huma maghrufin bhala z-zmien tac-Civilta' Paleolitika li f’ilsienna tfisser hagar qadim u dik Neolitika li tfisser hagar gdid. Waqt li fic-civilta’ Paleolitika nsibu fdal ta’ ghodda tal-gebel mhux mahdum bis-sengha f’dak Neolitiku nsibu ghodda tal-gebel irfinuta.

Sfortunatament ma nstab l-ebda fuhhar ta’ zmien Paleolitiku, izda halla warajh thazziz fuq hitan ta’ l-gherien. Bi preistorja nifhmu z-zmien qabel ma nbdiet tinkiteb l-istorja u dan seta’ dam sa l-ahhar taz-zmien Neolitiku. I-civilta' Neolitika hi z-zmien bejn wiehed u iehor minn 3,560 sa 7,500 qabel l-istorja miktuba. F’Malta tal-qedem iz-zmien Neolitiku jilhaq bejn 2,300 u 5,000 sena qabel Kristu.

Xhieda konkreta li l-gzejjer taghna fil-qedem kienu maghqudin ma’ Sqallija u ma’ l-Afrika ta’ Fuq jikkonfermawh ukoll is-sejbien tal-ghadam ta’ bosta annimali kbar li kienu jghixu fiz-zewg kontinenti u li nstabu f’Ghar Dalam. Xhieda ohra li fuq dawn il-gzejjer kienu jghixu xi razez ta’ nies ohra eluf ta’ snin qabel il-wasla tal-Fenici fuq artna huma l-irjus ta’ ‘Neanderal’ li l-origini taghhom huma Ewropej. Waqt li l-mistoqsija dwar x’kienet l-origini ta’ l-ewwel razza ta’ nies li rifsu fuq dawn il-gzejjer dejjem hawdet lill-istudjuzi taghna, Sir Temi zammit isostni li l-irjus li kienu nstabu fl-Ipogew ta’ Hal Saflieni kienu ta’ l-ghamla Dolicephalic, u li dawn ghexu bejn  6500 u 3500 sena qabel Kristu.

Xi whud mill-studjuzi barranin jistaghgbu u forsi ghandhom ragun, kif il-gzejjer Maltin, meqjusa fost l-icken gzejjer tal-bahar Mediterran huma tant rikki fil-fdalijiet tal-preistorja. Jiskantaw, kif fuq dawn il-gzejjer wiehed isib diversi Tempji MegaliticI (gebel kbir ) ta’ zmien il-Hagar u li l-bini taghhom huwa eqdem b’aktar minn elf sena mill-Piramidi ta’ l-Egittu. Hawn min jahseb li dawn it-tempji nbnew minn bennejja li kienu teknologikament avvanzati hafna, u dawn jikkonfermawh l-ghamla u l-kostruzzjoni kif huma mibnija. It-Tempji ta’ l-Ipogew f’Hal Saflieni li skond kif qed jinghad jezistu siti ohra bhalu fil-gzejjer taghna, Il-Ggantija ta’ Ghawdex, it-Tempji Neolitici ta’ Hal-Tarxien, ta’ l-Imnajdra, Hagar Qim, Ta’ Kordin u dak ta’ Skorba jsahhu din it-tezi anke jekk dawn it-tempji ma nbnewx fl-istess zminijiet. F’Malta ghandna ghadd gmielu ta’ Dolmens ( hagra kbira u catta minduda fuq tnejn ehxen minnha weqfin ) li kienu monumenti ghal oqbra tan-nies neolitici, u Menhir ( hagra kbira wieqfa) li aktarx twaqqfu bhala monument u li bhalhom isib f’diversi pajjizi ohra fil-Mediterran.

Fid-diskrezzjoni ta’ Malta, ippubblikata minn Gian Francesco Abela fl-1647 jaghtina x’nifhmu li l-Tempji ta’ Hagar Qim inbnew minn xi razza ta’ gganti li kienu jghixu fuq gziritna eluf ta’ snin ilu. Sfortanatament din il-fehma baqghet tippersisti sad-dsatax is-seklu meta l-poplu beda jaccetta l-fatt li dawn is-siti nbnew minn bnedmin normali u mhux mill-gganti kif kienu jemmnu l-generazzjonijiet ta’ qabilhom. Kien proprju mal-qalba ta’ l-ghoxrin seklu li l-arkeologisti bdew jattribwixxu dawn it-tempji ghal zmien il-preistorja.

Jinghad li l-ewwel evidenza Neolitika tal-bniedem fuq dawn il-gzejjer  tmur lura sa 5,000 sena qabel Kristu fil-perjodu maghruf bhala dak ta’ Ghar Dalam ( 5,200 - 4,500 ) u dak ta’ Skorba ( 4,500 - 4.100 ). Dan jikkonfermawh is-sejba tal-fuhhar u l-ghodda tal-gebel li nstabu f’dawn il-lokalitajiet. Waqt li xi studjuzi jahsbu li dawn in-nies aktarx kienu bdiewa li gew minn Sqallija u maghhom gabu zrieragh bhal qamh u farru kif ukoll annimali domestici bhall-hniezer, naghag, moghoz u baqar, ohrajn huma tal-fehma li l-origini ta’ dawn in-nies kien Sirjan u li waslu fuq gziritna minn Sqallija fuq qxur zghar tal-bahar bil-hsieb li jikkultivaw il-hamrija fertili li setghu jsibu fil-gzejjer taghna. Dawn l-istudjuzi jsostnu wkoll, li dawn in-nies ghall-ewwel sabu kenn ghalihom u ghall-merhliet taghhom fl-gherien kbar li sabu mxerrdin fuq iz-zewg gzejjer fejn fihom kienu jahznu wkoll l-prodotti li kienu jipproducu bhal fuhhar u suf. Forsi l-gherien bhal Ghar Dalam. Ghar il-Kbir u Ghajn Abdul huma l-aktar li jissemmew mill-istorici taghna, izda gherien ohra bhal Ghar in-Naghag u Ghar il-Friefet u ohrajn zgur li setghu kienu ta’ kenn ghal dawn in-nies meta rifsu xtut gziritna.

Ghidna li l-ewwel kumunita’ ta’ bdiewa li ghammret fuq gziritna kienu jghixu fl-gherien izda maz-zmien tghallmu jibnu l-gherejjex u bdew jiffurmaw irhula zghar bhal rahal Neolitiku ta’ Skorba. Fil-fatt  f’Ghawdex ntabu tracci zghar ta’ gharix f’tac-Cawla. Jahsbu wkoll li matul dan il-perjodu, il-hajja li kienu jghixu dawn in-nies ma kinitx differenti hafna mill-bdiewa ohra li kienu jghixu f’pajjizi ohra fir-regjun tal-Mediterran, izda aktarx li mal-milja taz-zmien, dawn in-nies thalltu ma’ gruppi ohra li kienu aktar avvanzati minnhom, u jahsbu  li bejn 4,100 u 2,500 sena qabel Kristu nbnew it-Tempji tal-Hagar - tempji li llum huma maghrufin mad-dinja kollha u meqjusa bhala wirt dinji u l-benniena tac-civilta’ Mediterranja.

L-istudjuzi jghidulna wkoll fi zmien il-Bronz ( 2,300 -1,450 ) ra taqlib kbir fost l-abitanti ta’ dawn il-gzejjer. Kien zmien li matulu spiccat il-kultura tal-bini tat-tempji, u aktarx ukoll li dawn il-gzejjer ghaddew minn perjodu ta’ taqlib socjali b’xehta rivoluzzjonarja f’dik li hi tmexxija tal-poplu.  Hemm min jahseb ukoll li dawn il-gzejjer ma baqghux abitati ghall-perjodu ta’ snin izda wara gew jghammru nies ohra li kellhom teknologija avvanzata. Dan il-fatt huwa kkonfermat bis-sejba ta’ ghodod tal-bronz kif ukoll cimiterju f’Hal Tarxien b’fdalijiet ta’ umani mahruqa go bwieqi fil-hamrija.

L-ahhar fazijiet ta’ zmien il-Bronz bejn 1450 - 800 sena qabel Kristu huma maghrufa bhala dawk ta’ Borg in-Nadur u dak tal-Bahrija, fejn l-abitati ta’ dak il-perjodu kienu jibnu l-gherejjex taghhom fuq l-gholijiet u jdawruhom bil-gebel, aktarx biex iharsuhom minn xi hbit minn xi grupp rivali. Ohrajn  jahsbu li r-raddi li bhalhom jezistu wkoll fi Sqallija, Sardinja u f’postijiet ohra aktarx saru fiz-zmien il-Bronz. Dawn ir-raddi mhaffrin fl-art u jimxu paralelli ma’ xulxin jinsabu f’diversi lokalitajiet f’Malta u f’Ghawdex u saru biex permezz taghhom jingarru taghbijiet tqal ( aktarx gebel) minn post ghall-iehor.

U proprju zmien il-Preistorja jasal fi tmiemu bil-wasla tal-Fenici - gens li kien gej mill-art ta’ Libanu tal-lum u li f’dak iz-zminijiet kien jghammar matul ix-xtut tas-Sirja u l-Palestina. Ghalhekk wiehed jista’ jghid li l-istorja ta’ Malta bdiet mal-wasla tal-Fenici fuq gziritna ghaliex dan kien gens kien jaf jikteb u hallew xi kitba warajhom.

Perjodu                                     Fazi                          Data ( Approssimattiva)

zmien il-Hagar il-Qadim: - Ghar Dalam -                  5200 – 4500 Q.K.
Skorba -                          4 500 – 4100 Q.K.
zmien il-Hagar il-Gdid:    -  zebbug -                         4100 – 3800 Q.K.
Mgarr -                             3800 – 3600 Q.K.
Ggantija -                        3600 -3300/3000 Q.K
Hal Saflieni -                   3300/3000 -2500 Q.K

Hawnhekk gew razez godda:

zmien il-Bronz:         Ic-Cimiterju ta’ Hal Tarxien -   2300 -1450 Q.K.

Hawnhekk gew razez godda:

Borg In-Nadur -               1450 – 800 Q.K.

Hawnhekk gew razez godda:

   Il-Bahrija -                          900 – 800 Q.K.

.


 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2011. All rights reserved.
1