Joseph Serracino writes about Atlantis (Part 2)

Fl-ewwel parti ta’ din il-kitba rreferejna ghal Atlantis bhala gzira kontinent,  u li l-ezistenza taghha hawdet lil bosta kittieba tal-qedem. Ghidna wkoll li  dwarha nkitbu ghexieren ta’ kotba, inhadmu bosta films u saru ghexieren  ta’ dokumentarji serji dwar l-iskoperti ta’ fdalijiet imxerrdin f’lokalitajiet differenti u dwar civiltajiet tal-qedem ohra simili ghal dik ta’ Atlantis.

Written by Joseph Serracino

 
 
 

Xi kittieba jsostnu li Atlantis kienet diga’ tezisti meta l-Ewropa kienet miksija bis-silg. U dan hu kollu minnu, ghaliex meta l-pajjizi ta’ l-Ewropa ta’ Fuq kienu mirdumin taht mijiet ta’ metri ta’ silg, il-firxa tal-Mediterran kienet thaddar u madwarha kienu jghixu popli shah u fil-foresti taghha kienu jimirhu merhliet kbar  ta’ l-annimali.

Niftakar li darba qrajt ktieb interessanti hafna dwar l-istorja tal-qedem tal-gzejjer Brittanici fejn l-istorici jahsbu, li dawn il-gzejjer aktarx isseparaw mill-kontinent Ewropej bejn 9,000 u 6,000 sena qabel Kristu. Dawn l-istorici huma tal-fehma li meta twaqqaf it-tempju famuz ta’  ‘Stonehenge’  fil-pjanuri kbar ta’ Salisbury madwar 5,000 sena ilu, il-partijiet  ta’ fuq tal-gzejjer Brittanici kienu ghadhom miksijin bis-silg b’kuntrast kbir mal-pajjizi ta’ l-Ewropa ta’ Isfel li kienu diga’ jhaddru u bi klima shuna. Izda x’kien ezatt zmien is-silg.

Xi xjenzjati jsostnu li zmien is-silg beda madwar 120,000 sena ilu u spicca bejn 10,000 sa 20,000 sena ilu. Jahsbu li zmien is-silg seta’ beda gradwalment jew inkella f’daqqa wahda. Ċertament li jekk il-bidu tieghu kien gradwali, allura kemm il-bniedem kif ukoll l-annimali li kienu jghixu fil-pajjizi ta’ Europa ta’ Fuq kellhom cans li jinzlu ‘l isfel fejn il-kliema kienet aktar shuna u jissettiljaw hemmhekk. Sfortunatament min ma rnexxielux jaghmel dan spicca biex jintemm bil-ksieh.

Xi whud minn dawn ix-xjenzjati jsostnu li f’xi postijiiet il-kesha tant kienet qalila li ffrizat bosta annimali - xhieda ta’ dan huma dawk l-iljunfanti tal-qedem  b’nejbiet kbar fit-tond u b’kisja ta' xaghar twil li kienu jghixu eluf kbar ta’ snin ilu u li xi speci taghhom instabu midfunin bil-wieqfa fis-Siberia, u li dwarhom rajt dokumentarju ftit tax-xhur ilu fuq stazzjon Taljan.

Il-parti l-kbira ta’ razez umani li kienu jghixu fl-Ewropa fiz-Zmien is-Silg kienu kaccaturi u dawn kienu jghoddu biss fi ftit eluf. Kulhadd jiftakar bis-sejba ta’ dak il-kaccutur ta’ Zmien is-Silg li kien nstab fuq il-muntanji Alpi bejn l-Italja u Svizzera u li fuqu kienet nqalghet tilwima diplomatika bejn iz-zewg pajjizi.

Sintendi  kien hemm hafna fatturi li zammu lil din il-popolazzjoni zghira, u dawn kienu jvarjaw minn nuqqas ta’ ikel minhabba s-silg sad-dizastri naturali u l-mard. Dawn il-kaccaturi kienu jivvjaggaw fi gruppi zghar u li aktarx kienu jkunu familji shah li kienu jimirhu minn territorju ghall-iehor fit-tfittxija taghhom ghall-merhliet ta’ l-annimali li kienu jpassu minn post ghall-iehor. Aktarx ukoll li dawn in-nies kienu ghadhom slavag, u ghalhekk kienu kapaci jattakkaw u jiddefendu lilhom infushom minn razez ohra li kienu jahbtu ghalihom. B’danakollu , aktarx li maz-zmien dawn ir-razez bdew jaccettaw lil xulxin li jghixu flimkien fl-irhula jew qrib il-konfini taghhom, li f’dawk iz-zminijiet kienu jkunu x-xmajjar jew il-muntanji.

Aktarx li dawn ir-razez kienu dejjem jivvjaggaw, u peress li fl-Ewropa ta’ Fuq kienet miksija bis-silg bdew jersqu lejn it-territorji tan-nofsinhar fejn il-klima barra li kienet ahjar, il-pjanuri kienu mimlijin sigar u l-foresti kienu kotrana bil-merhliet ta’ diversi speci ta’ annimali. Xi kittieba jsostnu li dawn ir-razez kienu jidfnu lill-mejtin taghhom, u hawn wiehed jirrealizza li kienet diga’ dahlet il-kultura fejn il-bniedem tal-qedem beda jemmen li l-bniedem kien jixraqlu difna xierqa u mhux jithalla jiddewwed u jitmermer fix-xemx bhall-annimal. Jista’ jaghti l-kaz li kien hemm xi gruppi minn dawn ir-razez li kienu kannibali u li kienu joffru sagrificcji umani lil allat taghhom. B’danakollu hadd ma jaf ezatt li matul il-mixja taghhom lejn territorji godda dawn kinux nies  pacifici jew vjolenti. Haga ohra li sal-lum hadd m’ghandu hjiel taghha hi, jekk kienx hemm differenza f’dik li hi intelligenza u statura bejn ir-razez li kienu jghixu fiz-zewg nahat ta’ l-Europa.

Xi whud jahsbu li meta Zmien is-Silg lehaq l-oghla livell tieghu kien hemm postijiet fejn il-hxuna tieghu kienet ta’ mijiet ta’ metri. Gara li peress li din l-akkumulazzjoni kbira ta’ silg baxxiet l-ilmijiet ta’ l-ibhra ghal madwar 170 metru nkixfru bosta artijiet li qabel kienu mgharrqin taht l-ilma, fosthom artijiet kbar li kienu speci ta’ pontijiet li kienu jghaqqdu liz-zewg kontinenti flimkien, u li permezz taghhom il-bniedem kif ukoll diversi speci ta’ annimali setghu jaqsmu minn naha ghal ohra.

U proprju wiehed minn dawn il-pontijiet li f’dak iz-zmien inkixef kien dak iffurmat minn kullana ta’ muntanji gholjin ta’ madwar 1500 metru li kien jghaqqad lill-Ewropa ma’ l-Afrika ta’ Fuq, maghruf l-aktar bhala il-Kolonni ta’ Herculis u li permezz tieghu kien jimblokka l-ilmijiet ta’ l-Ocean  Atlantiku milli jidhol fil-firxa art baxxa li kienet testendi minn taht Spanja sa l-Egittu.

Din il-grajja kellha mpatt kbir fuq il-livelli ta’ l-ilma biex ikomplu jitbaxxew u gara, li f’nofs dak li hu maghruf bhala l-bahar Mediterran gie ffurmat pont iehor li kien jghaqqad lil Sqallija ma’ Tunis u b’hekk gew iffurmati zewg ghadajjar kbar ta’ ilmijiet fuq iz-zewg nahat tieghu. Gara wkoll, li waqt li l-massa ta’ silg li bdiet takkumula fl-Ewropa ta’ Fuq bdiet tikkompressa lill-art ta’ tahtha, fin-nofsinhar ta’ l-Ewropa, specjalment fil-bacir Adratiku, fl-Egew u f’dak li llum hu maghruf bhala l-Bahar l-Iswed l-aktar madwar il-Krimea. L-art fin-nofsinhar mhux biss inkixfet ghal kollox izda sahansitra gholliet ghexur ta’ metri b’konsegwenza li l-ilmijiet ta’ l-ghadajjar bdew jevaporaw u l-livelli komplew jitbaxxew, u dan kollu kien kkawzat bil-kompressjoni kontinwa li s-silg beda jaghmel fuq l-artijiet ta’ l-Ewropa  ta’ Fuq.

Xi kittieba jsostnu li meta Zmien is-Silg wasal biex jintemm (process ha eluf ta’ snin biex idub) is-silg ta’ l-artijiet polari kellu mpatt kbir fuq il-livelli ta’ l-ilmijiet ta’ l-Ocean Atlantiku. Matul il-milja taz-zmien, dawn l-ilmijiet bdew jghollu l-livelli ta’ l-Ocean Atlantiku tant, li waqt li bdew jaqbzu l-pont ta’ muntanji li kienu jghaqqdu lill-Ewropa ma’ l-Afrika ta’ Fuq bdew jippressawhom ‘il gewwa b’qawwa kbira.

L-istess xjenzjati jghidulna wkoll li l-ilmijiet ta’ l-Atlantiku hadu mijiet tas-snin sakemm mtela’ l-bacir tal-punent li kien jasal sal-pont li kien jghaqqad lil Sqallija ma’ Tunis, u daqshekk iehor ha zmien sakemm finalment intlahaq il-livell biex l-ilma seta’ jaqbez ukol dan il-pont u jimtela’ l-bacir tal-lvant. Hekk kif is-silg beda jdub, l-artijiet ta’ l-Ewropa ta’ Fuq bdew jiehdu l-hajja, l-ewwel bil-pjanti u sigar, imbaghad bl-insetti u t-tjur u warajhom bl-annimali.

Sintendi aktar ma l-ilmijiet bdew joghlew ‘il fuq, l-abitanti li kienu jghixu fuq l-artijiet baxxi bdew ifittxu postijiet aktar gholjin. Atlantjani mill-ewwel intebhu x’kien qed jigri madwarhom, u ghalhekk hafna minnhom iddecidew li jitilqu minn fuq il-gzira u jfittxu kenn iehor f’pajjizi ohra ta’ l-Ewropa u fl-Afrika ta’ Fuq. Fit-tentattiv taghhom lejn is-salvazzjoni li hadet is-snin, hafna minn nies bdiet temigra fi gruppi zghar lejn l-Ewropa ta’ Fuq li sa dak iz-zmien kienet ghadha bla nies u li issa kienet hielsa mis-silg, waqt li ohrajn ssettiljaw u kkolonizzaw artijiet gholjin fin-nofsinhar ta’ L-Ewropa. Izda gara, li matul dawn snin twal ta’ vjaggar kontinwu u t-tnissil ta’ generazzjonijiet godda, l-gherf u t-teknologija li darba genshom kien tant maghruf ghalihom intilfu u l-arlogg taz-zmien rega’ tefaghhom lura ghaz-Zmien il-Hagar.

Jidher li anke Malta ghaddiet minn dan l-impatt fiz-Zmien is-Silg. L-istudjuz u Botaniku maghruf John Borg fir-ricerka tieghu dwar il-pjanti li kienu jikbru fuq il-gzejjer taghna u l-effett li kellu fuqhom Zmien is-Silg kien jemmen, li l-gzejjer taghna fiz-zmien kienu jaghmlu parti minn gzira kbira li tinsab imgharrqa bejn Sqallija u l-Afrika. Fil-fatt fuq il-gzejjer taghna jezistu pjanti li l-origini taghhom imur lura sa Zmien is-Silg, u mir-ricerki li ghamel jirrizulta, li mal-milja taz-zmien, dawn il-pjanti kellhom jaddottaw ruhhom ghac-cirkustanzi godda li sabu fuq gzira zghira. Dawn il-pjanti huma prova ohra li juru tabilhaqq li fiz-Zmien is-Silg Malta kienet hafna akbar milli hi llum.


 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2011. All rights reserved.
1