Joseph Serracino writes about Atlantis (Part 1)

Niftakar li fi tfuliti smajt hafna stejjer u rakkonti dwar Atlantis - il-gzira  vulkanika li skont il-kittieba antiki ghebet taht wicc l-ilma, u li l-ezistenza taghha sal-lum ghadha meqjusa bhala misterju.  Izda ghalkemm d-dubji kbar dwar l-ezistenza taghha, insibu diversi kitbiet li juru b’mod konkret, li matul il-medda taz-zminijiet din il-gzira kontinent affaxxinat bosta kittieba tal-qedem u li kitbiethom qed jigu studjati u analizzati b’reqqa kbira mill-istudjuzi u ricerkisti  ta’ zmienna.

Written by Joseph Serracino

 
 
 

Fil-fatt, f’dawn l-ahhar mitejn sena nkitbu mijiet ta’ kotba dwar din il-gzira misterjuza, u li matulhom saru ghexieren ta’ experimenti fl-Ocean Atlantiku u f’ibhra ohra bit-tama li x-xjenzjati xi darba jirnexxielhom jiskopru l-lokalita’ ezatta, fejn Atlantide, jekk tabilhaqq ezistiet tinsab mgharrqa. U kif jigri dejjem, l-interess dwarha mhux biss qajmet polemici mqanqla minn diversi kittieba u ricerkisti maghrufa fil-gazzetti u fl-aktar perjodici msemmija fl-Amerika u f’pajjizi ohra, izda sahansitra dan is-suggett kontroversjali gie diskuss ripetutament fuq diversi stazzjonijiet tad-radjijiet fl-Amerika, u li fihom hadu sehem l-aqwa studjuzi li kienu qeghdin jirricerkaw intensifikament fuqu.

Xi whud iqisu dan is-suggett bhala wiehed kontroversjali kemm minhabba d-dubji kbar dwar l-ezistenza ta’ Atlantis kif ukoll minhabba l-misteri u l-leggendi li din il-gzira hi mdawra bihom! B’danakollu, ghalkemm l-ezistenza taghha gabet qasma kbira fost l-istudjuzi ta’ zmienna, bejn dawk li jemmnu fiha u dawk li jqisuha bhala wahda leggendarja, l-istorja fittizja jew le ta’ dan il-kontinent mitluf nebbah lil bosta diretturi tac-cinematografija internazzjonali biex juzawha bhala sfond storiku ghal diversi filmsli meta hargu kisbu success, fosthom Atlantide -  film Franciz li nhadem fl-1921 u Atlantis - The Lost Continent  film iehor Amerikan li nhadem fl-1961, kif ukoll sensiliet ohra televizivi li nhadmu wara.

Sintendi, barra l-ghadd ta’ films li nhadmu fuq dan is-suggett, f’dawn l-ahhar tletin sena saru bosta dokumentarji dwar Atlantis, fejn aktarx, il-mottiv ewlieni ta’ kull produzzjoni hu mmirat li jissahhu d-diversi teoriji dwar l-ezistenza taghha, jinghata l-gharfien internazzjonali ghas-sejbiet godda li gew skoperti, kif ukoll biex isir studju analitiku tat-tempji u siti Megalitici li nstabu fuq l-art u fil-bahar u li dwarhom ghadhom qeghdin isiru studji xjentifici.

Ta’ interess partikolari kien id-dokumentarju li deher xhur ilu fis-sensiela ‘Geo’ fuq wiehed mill-istazzjonijiet televizivi Taljani, kif ukoll ghadd ta’ dokumentarji ohra li ntwerew dan l-ahhar fuq l-Education Channels fosthom Giants ( Discovery Channel ) u Atlantis in the Andes ( National Geographic Channel ) fejn it-tema principali kienet dwar l-ezistenza ta’ Altantis u t-tempji tal-qedem li huma mxerrdin f’diversi pajjizi madwar id-dinja fosthom dawk Mediterranji, b’harsa specjali ( wiehed jifhimha) lejn dawk li jinsabu fil-pajjizi tal-kontinent Sud Amerikan.

Certament li l-iskoperti dokumentati miksuba mir-ricerkisti ta’ fama mondjali, u msahhin bl-istudju profond fuq diversi sejbiet importanti li nstabu f’qiegh il-bahar f’lokalitajiet differenti jsahhu u jaghtu l-gharfien misthoqq lit-teoriji qodma mnissla mill-kittieba tal-qedem. Barra hekk, dawn l-iskoperti kapaci jiggeneraw teoriji godda li jkunu strumentali biex jespandu l-istudji taghhom fuq firxa aktar wiesa’ li tkopri wkoll civiltajiet eqdem minn dik ta’ Atlantis u forsi wkoll studji dwar l-orgini tac-civilta’ umana.

Sintendi l-istudju u r-ricerka dwar din il-gzira kontinent li mill-ibghad zminijiet hawdet bosta mhuh ta’ kittieba antiki ghandhom iservu wkoll ta’ stimolu biex iheggeg u jkattar entuzjazmu gdid fost lill-istudjuzi Maltin, li xi whud minnhom, b’determinazzjoni kbira qeghdin jintensifikaw it-tiftix taghhom fuq dan is-suggett biex ikomplu jsahhu b’mod konkret it-teorija li l-gzejjer taghna fil-qedem kienu jaghmlu parti minn Atlantide.

U biex l-istudenti taghna jifhmu ahjar l-gheruq tal-gzejjer taghna ma’ din il-gzira kontinent li l-filosofu Platun sejhilha Atlantikos, dan l-ahhar hareg il-ktieb ‘Echoes of Plato’s Island’ -  studju profond dwar preistorja ta’ pajjizna - frott il-hidma ta’ ricerka intensa mifruxa fuq numru ta’ snin u msejjes fuq dokumentazzjoni serja dwar l-istorja bikrija ta’ dawn il-gzejjer. M’hemmx dubju li l-format kif hu msensel dan il-ktieb jaghmilha aktar facli biex wiehed jifhem ahjar l-istorja tal-qedem taghna, kif ukoll jaqta’ l-kurzitajiet li sa ftit tas-snin ilu kienu difficli hafna biex wiehed jifhimhom.

Fil-fatt innutajt li din il-pubblikazzjoni qanqlet diversi kittieba Maltin biex juru fehemthom dwar dan is-suggett u sahansitra hajret ohrajn li kienu ilhom snin jirricerkaw dwaru biex juruna kif jahsbuha u fejn waslu fit-tifxix taghhom. B’hekk dan ix-xoghol serva wkoll biex il-qarrej ‘ingenerali jsir jaf dwar ir-rabta jew konnessi li kellha Malta mal-kontinent mitluf, u x’tishih hemm fit-teoriji ta’ l-istudjuzi taghna fuq din il-materja.

Aktarx li meta wiehed jgharbel sewwa kitbiethom jintebah mill-ewwel, li fil-konkluzjonijiet taghhom huma jsahhu xjentifikament dak li kienu jsostnu l-istorici antiki li Malta fil-qedem kienet taghmel parti minn pont li kien jghaqqad flimkien iz-zewg kontinenti, kif ukoll jaqblu mat-tezi li orginalment gziritna kienet taghmel parti minn art kbira li kellha medda ta’ eluf ta’ mili u li llum tinsab mgharrqa.

Kif jigri dejjem, suggett kontroversjali bhal dan iqanqal interess kbir fost  il-qarrejja li jhobbu jaqraw dwar xi haga gdida, b’mod specjali dawk li jhobbu jaqraw dwar l-istorja ta’ pajjizna. Jien ukoll interessajt ruhi f’dan is-suggett u fittixt li nkun naf aktar dwar l-iskoperti u s-sejbiet li nstabu f’postijiet differenti tad-dinja permezz ta’ l-internet. Aparti l-istejjer u rakkonti ta’ tfuliti dwar din il-gzira mitlufa fl-istorja, niftakar li l-ewwel darba li qrajt dwar Atlantide u l-ezistenza taghha kien xi tletin sena ilu meta kont qed naqra dwar il-qedem ta’ Malta fid-Dizzjunarju Enciklopedija Maltija ta’ Vincenzo Busuttil u Tancredi Borg. Niftakar li dak in-nhar gbart dan it-taghrif biex nghin student jibni essej fuq l-istorja u l-izvilupp tal-bahar Mediterran maz-zmien. Ghalkemm kont hazzejt xi riferenzi dwar Atlantide maz-zmien insejt fejn poggejthom u ma bqajtx nohlom b’din il-gzira misterjuza.

Izda dan l-ahhar meta qrajt xi artikli dwarha, l-isem antik ta’ Atlantide rega’ beda jberren f’mohhi u dhalt fl-interess li nkun naf aktar fuqha. Jien u naqra staqsejt lili nnifsi x’jigri jekk, it-teorija li qeghdin isostnu l-istudjuzi Maltin li l-gzejjer taghna huma l-qcacet ta’ l-gholjiet ta’ l-art li darba kienet Atlantide tigi accettata internazzjonalment. Ovvjament jekk xi darba din it-teorija tigi kkonfermata xjentifikament l-istorja tal-qedem ta’ gziritna trid terga’ tinkiteb mill-gdid...

Certament li l-istudjuzi taghna ghandhom sfida iebsa quddiemhom! Barra t-tkomplija tar-ricerka ntensa, l-istudju arkeologiku ta’ l-iskoperti li jaghmlu, id-dokumentazzjoni u d-damma ta’ kull nitfa ta’ taghrif li jirnexxielhom jiksbu dwar l-istorja komplessa ta’ perjodu twil ta’ snin li dwaru hemm hafna mistoqsijiet x’jigu mwiegba, aktarx li l-aktar haga importanti ghar-ricerkisti taghna hi, li fost il-fdalijiet tal-qedem li jsibu, jirnexxielhom isibu dik il-holqa li biha tghaqqad flimkien katina twila ta’ studji u sagrificcji kbar, u li finalment twassalhom biex jilhqu l-iskop taghhom - dik li juru lid-dinja li l-gzejjer Maltin huma Atlantis.

Ghaliex qed nghid hekk? Ghaliex b’hekk jistghu  jxejnu t-teoriji ta’ bosta studjuzi ohra li jemmnu bis-shih li Atlantis tinsab mgharrqa fl-Ocean Atlantiku, ohrajn isostnu li Kreta u l-gzejjer Griegi huma l-fdal ta’ Atlantis, waqt li ohrajn isostnu wkoll li din il-gzira kontinent tinsab mgharrqa ‘l isfel mic-Cina fl-Ocean Pacifiku. Izda kif jigri dejjem, fuq suggett daqshekk kontroversjali mhux l-istudjuzi kollha jaqblu ma’ l-istess it-teorija!

Certament li l-interess tal-kitbiet li qrajt u l-iskoperti li nstabu f’qiegh il-bahar u fuq l-art f’lokalitajiet differenti mxerrdin madwar id-dinja hajruni nikteb xi haga fil-qosor dwar Atlantis. Nifhem li b’din il-kitba nista’ nghin lill-qarrejja taghna jifhmu ahjar il-kobor ta’ l-istorja tal-qedem ta’ pajjizna, u xi sfida kbira ghandhom l-istudjuzi taghna biex jikkonvincu lill-istudjuzi barranin li Malta taghna hi parti minn Atlantis, meta l-kotra taghhom jemmnu li din il-gzira kontinent tinsab mgharrqa  fl-Ocean Atlantiku.


 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2012. All rights reserved.
1