Joseph Serracino writes about 1963 Earthquake

Is-sismologi jsostnu li l-iskossi u t-theziz li normalment jikkawzaw hafna mit-terremoti jistghu jvarjaw minn ftit sekondi ghal ohrajn li jaqbzu l-minuta u aktar. Dan it-thezziz jikkaguna tahrik u treghid tal-blat ‘l isfel minn wicc l-art, u li l-impatt ta’ dawn il-movimenti jistghu jikkagunaw dizastri kbar li jhallu herba kbira warajhom.

Joseph Serracino

 
 
 

L-istorja tghallimna li f’dawn l-ahhar 500 sena saru bosta terremoti kbar f’bosta pajjizi. Kull fejn saru qerdu ghal kollox bliet kbar u hallew warajhom eluf kbar ta’ nies mejta. Izda t-terremoti ma jsirux kullimkien! Aktarx li r-raguni ewlenija li mhux fl-inhawi kollha tad-dinja jsiru terremoti gej mill-fatt li l-qoxra tad-dinja mhix kullimkien l-istess.

Fil-postijiet fejn fil-qoxra tad-dinja jezistu xquq kbar, mases ta’ blat jitharrku minn posthom u jibdew ihokku ma’ mases ohrajn u jikkawzaw caqliq kbir f’wicc l-art li jista’ jinfirex sa eluf ta’ mili. Il-qawwa tat-terremot jitkejjel  skond il-mod kif dawn il-mases ihokku ma’ xulxin. Il-parti fejn dan ic-caqliq jinhass l-aktar jissejjah l-epicentru tat-terremot, u dan jekk dan jinhass taht xi belt kbira jew qrib taghha jkun wiehed dizastruz. Is-sismologi jghidulna li wiehed mir-regjuni suggetti ghat-terremoti huwa l-Mediterran.

Fis-sensiela li jien ktibt dwar Atlantis accennajt ghall-istorja tal-qedem ta’ pajjizna, u ghidt, li z-zona centrali fejn jinsabu l-gzejjer Maltin hi wahda vulkanika u attiva hafna. Sfortunatament il-gzejjer taghna huma mdawrin b’kullana ta’ gzejjer vulkanici, b’xi whud minnhom meqjusin bhala reqdin, izda li jistghu jergghu jistenbhu, u jekk allahares qatt ifettilhom jizbruffaw f’daqqa jistghu jikkagunaw katastrofi kbira li kapaci tbiddel wicc dan il-bahar storiku.

Il-Vulkan Etna

Kulhadd jiftakar li shaba ta’ rimed iswed li ftit tas-snin ilu harget waqt eruzzjoni mill-Etna - l-akbar u l-aktar Vulkan attiv fl-Ewropa - u waslet fuq gziritna. Hafna jahsbu, li kieku fi sighat ma lahaqx dar ir-rih u din is-shaba sewda biddlet ir-rotta taghha, aktarx li l-gzejjer taghna kienu jinksew b’kisja rmiet b’danu kbir ghal sahhitna u ghall-ambjent taghna.

Kull min kellu x-xorti li jitla’ fuq vulkan Etna jtenni, li din il-muntanja gholja ssahhrek bi gmielha! Jghidulek li ssahhrek bil-kobor u bis-sbuhja taghha, bil-hdura tas-sigar u bl-ilwien u l-gmiel ta’ l-irhula mibnijin madwarha. Anzi xi whud isostnu, li din il-muntanja ssahhrek dejjem, sew meta dan l-imbierek ta’ vulkan ikun rieqed u  l-aktar meta jizbroffa.

Izda mid-dehra dan il-vulkan m’ghandux kwiet! Fil-fatt, matul il-milja tas-snin, l-attivita’ vulkanika ta’ l-Etna dejjem kienet tirrefletti twissija serja ghal xi terremoti li sehhew wara xi zbroff vjolenti fis-Sqallija jew fl-Italja. Xi xjenzjati jsostnu li f’dawn l-ahhar snin l-attivita’ vulkanika ta’ dan il-vulkan tant zdiedet, li t-thezziziet kontinwi ta’ terremoti hfief qeghdin ihallu impatt kbir fuq ic-centru tal-Mediterran f’treghid u caqliq kbir fil-qoxra ta’ blat f’qiegh il-bahar. Hafna qeghdin ibassru t-tlugh mill-gdid f’wicc l-ilma tal-gzira Craham wara 178 sena.

It-thezziziet kbar ikkawzati mill-izbroffi vjolenti tal-vulkan Etna jistghu jinhassu u jaffettwaw il-gzejjer taghna. Fil-fatt, l-izbroff kbir li sehh madwar 318 sena ilu rrizulta f’sensiela ta’ terremoti kbar li ghamlu herba kbira fi Sqallija u effettwaw bil-kbir il-gzejjer taghna. Fil-fatt, ghalkemm f’Malta minn zmien ghall-iehor jinhassu xi thezziziet hfief, f’dawn l-ahhar hamsin sena ma niftakrux li qatt sar xi terremot qawwi ghajr dak ta’ l-1972, fejn ghall-grazzja t’Alla, la kellna mwiet u lanqas hsarat.

B’danakollu, skond l-istatistika ta’ terremoti li nhassu f’Malta f’dawn l-ahhar 500 sena, gew irrekordjati madwar 38 terremot, b’dawk ta’ l-1693, 1743, 1856 u 1886 kienu meqjusin bhala qawwija hafna. Izda minn dawn kollha, l-aktar wiehed li jissemma fosthom hu dak li sehh fl-1693.

Terremot fi Sqallija

L-istorici jghidulna li dan it-terremot gie kkawzat minn attivita’ vulkanika kbira ta’ Etna. Wara l-ghadd ta’ thezziziet qawwija li bdew jinhassu bejn is-7 u d-9 ta’ Jannar 1693, f’hin minnhom bdew jinstemghu hsejjes kbar, il-muntajna bdiet tirbombja, l-art bdiet tithezzez u f’daqqa wahda l-vulkan deher jizbroffa. Ghall-abitanti tal-belt ta’ Catania, din id-dehra spettakulari hija komuni hafna u t-thezziziet hfief lanqas biss jaghtu kazhom. Izda meta dan l-izbroff beda jiggenera thezziza wara l-ohra, bl-aktar wahda tal-biza’ tfaqqa’ fil-11 ta’ Jannar li damet madwar sitt minuti, in-nies twewret u bdiet tippanikja

Jinghad li dawn it-thezziziet kellhom impatt kbir fuq l-ixtut tal-Lvant ta’ Sqallija fejn il-bahar irtira ‘l barra u dahal b’qawwa kbira tant li kisser u gharraq bosta ngenji tal-bahar. Dawn it-thezziziet inhassu l-aktar minn Messina sa Capo Parreso, fejn ikkagunaw l-imwiet ta’ eluf kbar ta’ nies u ghamlu herba shiha fil-bliet ta’ Catania, Modica, Augusta, Ragusa, Siacusa u Nato. It-terremot il-kbir sehh fil-11 ta’ Jannar ghall-habta tas-saghtejn ta’ wara nofs in-nhar! Inhass minn Palermo sa Messina fejn huwa stmat li mietu aktar minn 100,000 ruh u kkawza hsarat kbar fi 37 lokalita’ differenti madwar Sqallija.

Terremot f’Malta

Sfortunatament dan it-terremot inhass ukoll f’Malta!  Fil-fatt f’temp ta’ jumejn sehhu zewg terremoti, bl-ewwel wiehed isehh fid-9 ta’ Jannar u iehor akbar minnu fil-11 ta’ Jannar. L-ahhar wiehed kien vjolenti hafna u nhass ukoll fil-gzejjer ta’ madwarna. Ikkaguna bosta hsarat fir-Rabat u fl-Imdina, l-aktar milqutin kienu l-knisja u l-kullegg tal-{izwiti waqt li l-hsarat li garrab il-Katidral kienu tant kbar li setghux jigu rrangati.

Dan it-terremot ikkawza wkoll hsarat kbar f’diversi knejjes u bini fil-belt Valletta, fil-Kottonera kif ukoll fil-gzira ta’ Ghawdex. Jinghad li l-faccata tal-Berga ta’ Kastilja (l-antika) kellha bzonn ta’ manutenzjoni immedjata biex ma taqax. Il-faccata tal-Berga ta’ Aragona wkoll, waqt li diversi knejjes fil-belt garrbu xi hsarat ukoll. Jinghad ukoll li hafna Furjanizi u beltin tant twerwru li ghaddew iljieli shah barra.

Fl-Isla nqala’ paniku shih! Hafna familji abbandunaw djarhom u fittxew refugju fuq il-Galjuni ta’ l-Ordni u l-ingenji ohra tal-bahar li kienu ankrati f’Dahlet Ix-Xwieni (Dockyard Creek), waqt li ohrajn nizlu fil-foss li kien thaffer ‘il barra mis-swar ta’ l-Isla, faccata ta’ Bormla u raqdu taht it-tined. Il-Knisja Parrokkjali ta’ l-Isla garrbet hsarat fil-Koppla, fil-Lanterna kif ukoll fl-apsidi ( l-arzella )tal-kor, tant li l-periti taw parir biex jitwaqqghu minnufih. Anke l-Knisja ta’ San Filippu garrbet xi hsarat.

Il-Knisja ta’ San Lawrenz fil-Birgu garrbet hsarat kbar u wara nbniet mill-gdid fuq pjanta ta’ Lorenzo Gafa fl-1697. F’Bormla ma kienx hemm hsarat ghajr dar ckejkna vicin il-Mandra. Diversi bini f’lokalitajiet differenti f’Ghawdex garrbu xi hsarat, waqt li l-bahar fil-bajja tax-Xlendi rtira ‘l barra ghal madwar mil u rega’ lura b’qawwa kbira u kisser bosta ngenji tal-bahar.

Fil-jiem ta’ wara sar hafna talb kemm f’Malta kif ukoll f’Ghawdex. L-Isqof Palmieri ordna espozizzjoni tas-Sagrament ghal diversi jiem u procissjoni ghall-Grotta ta’  San Pawl fir-Rabat. Il-Granmastru Adrien de Wignacourt (1690 -1697) hareg digriet fejn ordna lill-kavallieri u lin-novizi biex jaghmlu atti ta’ penitenza u josservaw il-granet ta’ l-Erbgha, il-{imgha u s-Sibt ta’ dik il-gimgha bhala jiem ta’ astinenza, kif ukoll biex fil-quddies tal-Hadd jersqu ghall-qrar u jitqarbnu.

Sfortunatament l-Imdina garrbet hsarat kbar, l-aktar fis-swar, fid-djar qodma u fil-Katidral. Fil-fatt, ghalkemm il-Katidral li ma waqax kollu,id-decizjoni li jitwaqqa’ u jitella’ mill-gdid kienet ilha snin li ttiehdet. Il-Katidral li naraw illum, il-Palazz ta l-Isqof u s-Siminarju saru fuq pjanta ta’ Lorenzo Gafa (1639-1703) u tlestew fl-1733.  L-ewwel gebla tal-Katidral li hu dedikat lill-Konverzjoni ta’ San Pawl tqieghdet fil-21 ta’ Mejju 1697 mill-Isqof Cooco Palmieri u gie konsagrat fit-8 ta’ Ottubru 1702, waqt li l-koppla tieghu tlestiet fl-Ottubru 1705.

Ghalkemm f’Malta ma kienx hawn inwiet, ghadd ta’ Maltin li kienu jiffurmaw parti mill-ekwipagg ta’ Galjun ta’ l-Ordni li f’dak il-hin inzertaw fil-Fran ta’ l-Ordni li kellhom f’Augusta ntradmu taht il-gebel u t-terrapien, waqt li zewg patrijiet {izwiti u Ajk Frangiskan tilfu hajjithom.

Riferenzi:
Mdina and the Earthquake of 1693;  Can. John Azzopardi, Heritage Books.
Pietru Pawl Castagna: L-Istorja ta’ Malta bil-Gzejjer Taghha,p.83.
Conrad Thake: Lorenzo Gafa (1639 - 1703); Treasures of Malta,  No.16
The Earthquake of 1693; The Sunday Times, February, 14, 1993  p.13.
Vincent <ammit; Lorenzo Gafa; Fokus;, Il-Mument, 1 ta’ Lulju , 2001, p.21


 

 

 
1
© Kottoner 98FM, 2011. All rights reserved.
1