Skond Stephen Spiteri li huwa l-president ta’ Senglea din hija gurnata memorabbli ghal football fil-Kottonera ghaliex intefghu fil-genb id-differenzi kollha u inghaqdu flimkien ghal gid tal-footbal fit-tlett ibliet.
Minn din il-konferenza hareg ukoll li l-ghan ta’ din l-inizzjattiva kien minhabba li fil-Kottonera hemm minoranza ta’ tfal li jilghabu l-football u kien difficli li team wiehed biss ikun jista jiehu sehem fill-loghbiet bil-players kollha. Intqal illi sa 2013 anke jekk it-tfal kollha ta’ inqas minn sbatax –il sena kellhom jirregistraw ma xi team partikolari xorta ma jkunx bizzejjed team wiehed f’dawn il-kategoriji. U fuq kollox b’dan il-ghan ghall-player zaghzugh ikun iktar facli li jattira lil clubs ohrajn.
Kien ghalhekk li matul is-sena li ghaddiet li bdew id-dikussjonijet bejn it-tliet presidenti u it-tlieta li huma qabblu li jekk ma jsirx hekk it-tliet clubs kellhom jaghlqu l-bibien. F’Jannar tal-2010 iltaqghu ma Dr. Joe Mifsud, President ta l-MFA dak iz-zmien u spjegawlu dwar din il-proposta. Wara li din ghaddiet mill-board ta’ l-istess MFA, il-proposta giet milqugha.

Il-pjan huwa li coaches kwalifikati jaghzlu 22 persuna ghaz-zewg gruppi, dawk Under 15 u dawk Under 17 mit-tlett nurseries. Dawn it-22 persuna mbghad se jinqasmu f’zewg timijiet ohra Team A u Team B. Team A se jkun qed jiehu sehem f’kompetizzjonijiet tal-FA filwaqt li Team B se jiehu sehem f’loghob ta’ hbiberija.
Charles Callus, president ta’ Vittoriosa Stars tkellem dwar il-logo fejn qal li gie ddizinjat minn membru fil-kumitat ta Vittoriosa, Andre Bugeja. Hu spjega li l-bazi tal-logo huwa l-ballun bil-kuluri tat-tlett timijiet. Id-dehra tal-player jixxutja l-ballun mill-boghod tindika li qieghdin iharsu lejn dan il-progett ghal-tul ta’zmien. Is-sur jindika l-unita tat-tlett timijiet bhalma l-Granmastru Kottoner kien ghaqqad lit-tlett ibliet. Callus kompla jghid li l-kuluri se jkunu newtrali u l-flokkijiet se jinkludi it-tlett kuluri tal-clubs; ahmar, blu u isfar
Intant il-president tal-Youth Football Association Fr Hilary Tagliaferro esprima is-support tieghu ghal din l-inizjativa u qal li din kapaci tithaddem minn clubs ohrajn zghar. Huwa ta ukoll donazzjoni lil dan il-club ta’ ˆ500 mill-Youth FA u donazzjoni ohra ta’ ˆ500 minghand Maurice Mizzi Foundation li Fr Tagliaferro huwa wkoll membru taghha.

|