Fil-kelmtejn ta’ qabel il-qari tal-ktieb, l-awtur jaqsam dan ir-rakkont tieghu f’bosta waqtiet. Jghid, fost kollox, illi mirien ta’ mhabba jheggu f’kull dar, f’kull familja. Hekk kien minn dejjem. Ghadu u jibqa’.
Jikteb illi fl-ghajnejn jibbru ta’ l-omm u fil-harsa ghajjiena tal-missier u fit-tbissima taz-zghazagh hemm l-imhabba.
Imma meta l-imhabba tiddardar, il-qalb ticcappas bit-tajn tad-dnub. U d-dnub igib mieghu l-inkwiet. Itabba’ l-mohh u lkoll kemm ahna, taht is-sahta u l-qilla tieghu, naraw kollox imcajpar. Dak li kien safi, issa thammeg. Dak li kien abjad issa jidher iswed.
L-intricci u l-imbrolji jithalltu ma’ eghmejjel ta’ tjieba u eghmejjel hziena.
Ilkoll kemm ahna (jikteb l-awtur) tajbin u hziena, nghixu flimkien. Nahdmu id f’id. Insellmu u nifirhu b’xulxin. U lkoll ninsabu kull hin f’taqtiegha ghall-mewt.
Dan huwa r-rumanz illi ir-radju taghna se jibda jxandrilkom. Huwa grajja ta’ familja shiha: il-missier, l-omm u l-ulied. Huma nnifishom qed jghidulkom dak li ghaddew minnu. U din mhijiex xi familja partikulari. Kull familja – kull wiehed u kull wahda minna – nistghu naslu fit-tajjeb u l-hazin taghhom, fejn waslu huma.
Nirrakomanda dan ir-rumanz ta’ Guze’ Chetcuti maghkom, semmiegha taghna. Guze’ jispikka dejjem meta f’kitbietu jittratta l-grajjiet ta’ kull familja.
Alfred Attard
|