Rakkont li jitratta tfajla sbejha u mqarqca li trabbiet minn koppja bla tfal, liema tfajla (allura tarbija) gabuha minn Istitut tas-Sorijiet.
Gibdet l-attenzjoni ta’ ragel “tat-tajjeb”, imma ta’ eta’wisq akbar minnha u li, fuq kollox ma kienx mill-istess lokalita’ ta’ fejn kienet tghix hija. Izzewigha u hadha tghix mieghu f’Hal Warda, fil-limiti ta’ H’Attard.
Iz-zwieg ma tlaqqax, ghal bosta ragunijiet u cirkostanzi li nholqu. Ir-ragel (zewgha) marad serjament u sahhtu insibuha mghawweg u milwi fuq bastun. Kellu hanut fejn fih kien ibiegh affarijiet antiki. Spicca jsawwat lil martu u jheddidha bil-mewt.
Ragel sinjurun li mar jixtri xi affarijiet antiki minghandhom, stedinha f’daru l-Imdina, jekk qatt hija tigi fi htiega ghal dan. Fil-fatt, din ir-realta’ sehhet meta (wara xeba’ bastun li ddubbat minghand zewgha) hallewha tahrab bla ma taf fejn se ddabbar rasha. Insibuha l-Imdina ghand das-sinjur partikolari. Seftura f’daru, ma tantx hadet gost biha.
Manwela nqabdet b’tarbija. Hawnhekk qam kjass! Ta' min kienet din it-tarbija li hija qatt ma setghet ikollha matul is-snin minn zewgha, matul is-snin li damet f’daru ?
Tal-habib misterjuz li kellha ? Tal-habib li ggennen warajha minkejja li kien jaf li kienet mara mizzewga ? Ta’ zewgha?
Hawnhekk ghandna l-qofol ta’ dan ir-rakkont f’dar-rumanz qawwi ta’ Guze’ Chetcuti.
Ibdew segwuh mieghi fil-qari tieghu. Naghtikom dar-rumanz bhala wiehed mill-aqwa, mill-pinna ta’ Guze’ Chetcuti.
Alfred Attard
|