F’dawn in-nahat taghna,
il-qari bil-Malti nirreferu ghalih bhala l-“Qari tar-Rumanz”.
Certament illi l-qari bil-Malti huwa mfittex mis-semmiegha
kotrana taghna. Dan jghiduh lilna personalment, u dan jasal ukoll
lid-direzzjoni ta’ Kottoner 98FM.
Qrajna bil-bosta Rumanzi. Kollha ntoghgbu mis-semmiegha,
waqt illi (madanakollu) ma jonqosx illi whud jisiltu minnhom, dak
it-tali rumanz li jkun l-aktar li halla impressjoni f’mohhhom. Bhalissa,
naturalment, fomm is-semmiegha jtaqtaq fuq ir-rumanz illi mixjin
bih, jigifieri “Il-Misteri tal-Wardija”.
Ktieb partikulari, li b’danakollu nizel ghasel
maghkom is-semmiegha taghna kien “Taht is-Sinjal ta’ Tawrus”. Ktieb
li johrog mill-pinna ta’ Joseph Attard (imwieled il-Birgu). Rakkont
li baqa’ mitkellem ghal bosta zmien wara li temmejna naqrawh zmien
ilu.
Joseph Attard kiteb ukoll (fil-Malti) “It-Toroq
Kollha Jwasslu ghal Ruma”, “Ix-Xitan Wasal fit-Tlettax” u “L-Ahhar
Appuntament”. Sfortunatament ma rnexxilniex insibu l-ahhar wiehed
minn dawn l-erba’ ta’ Joseph Attard. Ghandi speranza madanakollu
illi xi darba nkunu fortunati li xi hadd jasal jislifulna biex naqrawh
ukoll.
L-awtur rega’ tfacca biex taghna ktieb interessanti
bl-isem “Fatati u Ihirsa ta’ Malta”. Storja li originarjament huwa
kien kitibha bl-Ingliz bl-isem “Ghosts of Malta”, ktieb li nizel
ghasel ma’ l-qarrejja u nxtara bil-bosta.
Bhalma jsir is-soltu, Kottoner 98FM dejjem ifittex
il-permess ta’ l-awtur u tad-Dar tal-Publikazzjoni qabel ma nittantaw
nirrekordjaw xi rakkont (jew kull kitbiet fejn dal-permess jintalab
minna) ghax is-serjeta’ hekk titlob u wisq aktar l-osservanza tal-ligijiet
ta’ l-istampa li jipprotegu lill-awtur u lid-Dar tal-Publikazzjoni.
Grazzi ghal Allied Publications dal-permess inghatalna.
Kien fadal li nitkellmu ma’ l-awtur innifsu ghall-permess tieghu,
u tabilhaqq illi fraht meta tkellimt bit-telefon ma’ Joseph Attard,
l-awtur tal-publikazzjonijiet imsemmija.
Biex inkun onest nghid illi dejjem xtaqt li naghmel
konoxxenza ta’ Joseph Attard. Principalment ghaliex xi ftit nostalgija
tirkbek ghall-fatt li huwa wild il-Kottonera u wkoll ghax dejjem
xtaqt li niltaqa’ ma’ dil-persuna-kittieb, illi minghandu hargu
dawn il-kitbiet u li bihom zejjen u mela tul ta’ xkaffa fil-libreriji
ta’ djarna.
.JPG)
Lil Joseph kellimtu telefonikament nhar it-Tnejn
12 t’Ottubru 2009. Kienet diskursata mill-aktar kordjali. Ferah
illi konna diga’ qrajna kitbietu fuq din il-frekwenza taghna meta
d-Dar tal-Publikazzjoni kienet Klabb Kotba Maltin (KKM) u laqa’
b’entuzjazmu ukoll il-fatt meta ghedtlu illi r-radju taghna dejjem
ta kopja rrekordjata lill-awtur ta’ kull rumanz li ahna naqraw.
F’hin u waqt propizju rrid niltaqa’ personalment
ma’ l-awtur, l-ewwelnett biex jiffirmali dal-ktieb “Fatati u Ihirsa
ta’ Malta” u wisq iktar biex naghmel konoxxenza tieghu.
Bhal dejjem ukoll, ahna ta’ dan ir-radju, nappellaw
lis-semmiegha taghna biex dan il-ktejjeb jinxtara u jinqara. Imbaghad
wiehed ikun jista’ jerga’ jaqrah maghna meta ntemmu naqraw dan ir-rumanz
li ghaddejjin bih bhalissa.
Grazzi mill-gdid lil Allied Publications (hawnhekk
insemmi lis-Sur Joseph Tortell li kien tant gentili ghad-domandi
taghna u biex tana l-permess mehtieg) u lill-awtur innifsu s-Sur
Joseph Attard ghall-mod kumplimentuz li bih wiegeb ghal dan il-peress
mitlub mil-Ligi ta’ l-Istampa.
Infakkarkom mela li r-rumanz ta’ wara dan li qed
jinqara bhalissa se jkun “Il-Fatati u Ihirsa ta’ Malta” ta’ Joseph
Attard.
Hudu hsieb ixtru kopja tieghu u segwu l-qari tieghu
mieghi, Alfred Attard fuq Kottoner 98FM. |