Iva, hbieb tieghi, fil-11 ta’ Ottubru 1914, Regina Attard welldet f’Bormla lis-Sur Guze’ Chetcuti, iben ukoll Joseph, missieru nhar il-11 ta’ Awwissu, 1914.
Il-kapacitajiet letterarji tas-Sur Guze’ jinsguhom dawk kollha illi l-polz habbati u l-fervur ta’ qalbhom jisiltuh fost l-aqwa kittieba tal-letteratura Maltija.
Il-pinna tas-Sur Chetcuti hija pinna realista u
li tpaxxi. Jispikka fiha (fost kollox) l-imhabba lejn din l-art
helwa illi taghtna isimha, waqt illi tibbrilla meta kitbietu jikkwadraw
il-belt ta’ Bormla fejn fiha huwa ghex snin twal minn hajtu.
Fil-ktieb tieghu: “HAJTI : Mill-bidu sa qrib it-tmiem” Guze’ Chetcuti jfakkar il-Gwerra Mondjali 1914-1918 u jghid illi huwa twieled gimgha wara li faqqghet dil-gwerra fi Triq San Mikiel, qrib il-bieb falz tat-tarzna. Imma ma damx ma sab ruhu jghix fi sqaq, fil-quccata ta’ Triq il-Gendus (biswit l-Ufficcju Parrokkjali).
Hawnhekk, Guze’ Chetcuti kiteb (forsi) l-aqwa kitba f’rumanz bl-isem “L-Isqaq” u kiteb wkoll “Il-Kerrejja” fejn, hu stess jammetti illi dawn kienu fost l-aqwa xoghlijiet li hargu mill-pinna tieghu.
Fil-fatt insibu illi “L-Isqaq” kien rebah il-Premju
tal-Gvern ghall-Ahjar Rumanz tas-Sena 1971 u spicca biex sab postu
fl-iskejjel Maltin halli uliedna jixtarru minnu, il-kobor ta’ kitbietu
u l-gmiel u l-imhabba li huwa kien tant imsemmi ghalihom.
Interessanti huwa l-fatt ta’ kif is-Sur Guze’ Chetcuti
jiftah kitbietu fir-rumanz imsemmi “L-Isqaq”. U altru, hawn qed
nipproduci kelma b’kelma l-ewwel vrus ta’ kitbietu.
“Dan l-isqaq ma jinsabx f’xi rahal imwarrab fejn
il-hajja tinheba malli tinzel ix-xemx. Imma jinsab fil-qalba ta’
belt fejn is-sinjurija u l-faqar jimxu id f’id, fejn id-dwal jghammxu
l-ghajnejn, u fejn l-ucuh tan-nies jinhbew taht il-maskra tal-ipokrezija.
In-nies hawnhekk jidhku bik anqas tkun taf kif, juruk haga u jaghmlu
ohra, jahdmu minn warajk biex ifixkluh ghax jarawk ahjar minnhom,
u jduru ma’ kull rih ma’ kull min jaqblilhom.
“Din hi x-xorta ta’ nies li ssibha kull hin ma’ wiccek fid-dawl u fid-dlam, bin-nhar u bil-lejl. Minn dan l-isqaq fejn noqghod jien stajt nara l-hajja ghaddejja tigri, titbiddel il-hin kollu f’dawn l-ahhar sittin sena”.
Inhalli ghall-gudizzju tal-qarrejja Bormlizi jirriflettu jekk dak miktub dwar dal-poplu taghna snin u snin kbar ilu, ghadux jghodd ukoll ghal zminijietna… illum.
Dwar “L-Isqaq” nieqaf hawn. F’waqt iehor nittratta
aktar il-kobor ta’ dan il-Letterarju kbir Bormliz fejn allura, naraw
ghala l-istess Guze’ Chetcuti silet wkoll fost l-aqwa kitbiet tieghu,
id-dramm “Il-Kerrejja” bhala fost l-ahjar li ta lil din artna, Malta.

Fil-ktieb tieghu: “HAJTI: Mill-bidu sa qrib it-tmiem” huwa jsemmi (bir-ragun) lill-familja tieghu. Isemmi lil uliedu, fosthom lil Adrian. Isemmi lil bintu Josephine, mizzewga lis-Sur Joe Vella. U hawnhekk, altru fejn jien nista’ nespandi fit-tul f’kitbieti kieku kelli nittratta lil Adrian u lil Joe. It-tnejn hdimt maghhom ghal snin konsiderevoli fl-istamperija “Union Press” fi Triq l-Ifran, il-Belt Valletta.
Ibnu Adrian; rifless haj ta’ missieru li minbarra l-kapacitajiet sbieh letterarji li wiret (kont se nikteb “seraq”) minghand missieru, kien jilbes f’wiccu t-tbissima sabiha tal-papa’ tieghu. Ghandi bosta tifkiriet ta’ Adrian u rrid nassigura lil kull min qieghed jaqra, illi lil Adrian jien nafu bhala gentlom u persuna ferrieha u brava.
Lil Joe Vella nafu ta’ bilhaqq. Il-kapacitajiet tieghu fl-Union Press wassluh biex gie fdat b’wahda mill-Pubblikazzjonijiet ta’ dawk iz-zminijiet. Spicca editur. Ma’ Joe hdimt eqreb milli ma’ Adrian. Bhala editur kien jghaddi xoghlijietu lili biex jigu pprocessati fi vrus tac-comb u finalment, stampati f’gazzetta.
Le Adrian. Le Joe, ma nasal qatt ninsa l-hbiberija kotrana li ghext maghkom u l-esperjenzi sbieh li fawwartuli qalbi bihom.
Xieraq imma illi ntemm dal-versi tieghi billi mill-gdid infakkar Jum Twelid Guze’ Chetcuti. Nghid wkoll illi fil-15.12.03 kont mort ghandu Tas-Sliema biex ghamiltlu intervista ghal dan ir-radju komunitarju taghna u laqghani b’imhabba u bl-akbar sincerita’. Zewgt irgiel b’qalb wahda u bi skop wiehed.
L-awtografi tieghu fuq xi kotba ( xoghlijietu li
hadt mieghi) huma xhieda ta’ dil-wasla tieghi ghandu. Kien gentili
wkoll meta taghni kopja tal-ktieb “HAJTI: Mill-bidu sa qrib it-tmiem”,
illi fuqu wkoll, hazzizli kelmtejn ta’ tifkira.
Irrid nappella lill-Onorevoli Prim Ministru biex
jistudja ’l kif u l-waqt halli Bormla taghraf kif misthoqq b’mafkar
u b’tifkira ta’ ismu, fl-isqaq li tant habb u rabat ma’ qalbu. Cert
illi dan jista’ jsehh u ghandu jitwettaq minkejja illi, taf issib
fostna lil min forsi jahsibha mod iehor.
Aqraw hbieb tieghi xi vrus sbieh fiha din id-daqsxejn ta’ poezija tieghu u bilfors naslu nemmnu min kien tassew dan huna, Guze’ Chetcuti.
INT BISS
Gesu’, Int tajtni wisq,
ghax jien ma kienx jisthoqqli
il-ferh, ir-rebh, ir-rizq
li maghhom jien iltqajt fit-triq tal-hajja.
Chadtek, u Int habbejtni,
hrabtlek u grejt warajja,
Gesu’, aghtini nixrob mill-Ghajn tal-Hniena Tieghek
biex qalbi w mohhi fit-tarf tat-triq
twezinhom Int… Int biss!
|