Qed nalludi ghal tipi ta’ volontarjat illi fih innifsu fih messagg qawwi t’imhabba. U f’dan il-kuntest tiskanta kultant kemm din l-imhabba tkun qawwija, u tiskanta wisq iktar meta ssir taf min ikunu dak wara diversi inizjattivi. Qed nikteb dan biex nislet certi kampanji ta’ gbir ta’ fondi. Kampanji b’ghan nobbli li ta’ fil-fors trid tlissen ghalihom l-apprezzament u l-grazzi.
Kampanja li ghext xi sighat qosra fiha kellha l-ghan principali li bil-loghob tal-pool bis-sehem ta’ bosta studenti zghazagh, jingabru fondi ghal ghan filantropiku. Din id-darba kien imiss li l-Fondazzjoni Daritama ta’ Bormla tibbenefika minn din il-kampanja.
U tabilhaqq dahal ghaliha l-Kullegg Santa Margerita tal-Kottonera permezz ta’ l-iskola tas-subien Fortini Annexe. Ta’ kull sena, ghal dawn l-ahhar ghaxar snin, l- istudenti u l-ghalliema ta’ din l-iskola meddew hidmiethom biex b’messagg car t’gharfien u mhabba, taw palata lil min jinhtiegha billi jingabru fondi ghalihom.
Meta niktbu dwar dan kollu, allura ghandna lista twila t’ismijiet wara maratona bhal din. M’inix se nsemmihom individwalment ghax kull sforz sar min massa ta’ persuni. Madankollu xieraq insemmi lill-Principal tal-Kullegg s-Sur Sandro Spiteri u l-Kap ta’ l-Iskola s-Sur Stephen Cachia. Le Le. Mhux dawn biss! Grazzi lil kulhadd. Il-Fondazzjoni Daritama tghid grazzi lil kulhadd, sa l-icken student. Lil kull ghalliem jew ghalliema. Lil kulmin kien strumentali biex l-iskop ahhari jintlahaq. Kif fil-fatt gara.
Kienu sieghat twal li paxxew lilna lkoll li napprezzaw kull forma li zzejjen lill-bniedem, wisq iktar meta naghrfu nferrhu u nbissmu lil xi entita’ bil-gbir ta’ fondi, waqt li fl-istess hin inkunu qed nghaddu hinijietna ghalenija f’familja wahda u bi skop wiehed.
Daritama hija komposta minn ferghat varji. Nislet f’din kitbieti lil Kottoner 98FM. Medium li dahal fi djar ta’ hafna mill-familji tal-Kottonera. Radju li jxandar bil-ghan li l-Kottonera kollha tkun vuci wahda biex inharsu ‘l quddiem b’certu altruwizmu. Frekwenza li f’dil-maratona ghex hinijietu fil-qalba ta’ din il-gabra “qaddisa”. Ghax kull min jgharaf htigijiet qaddisa, allura huwa mqaddes huwa wkoll. Hidmiet Daritama huwa wisq wesghin biex nelankahom hawn f’kitbieti.
Iva, konna hemm. Hadna l-apparat taghna u tajna sieghat “hajja” ta’ dak li kien qieghed isehh.
Ma nistax inhalli barra z-zjajjar li onorawna bihom, sew il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi, il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni Dr Joseph Muscat, ic-Chairperson ta’ l-Alternattiva Demokratika il-Prof Arnold Cassola u diversi personaggi distini li jixirqilhom l-apprezzament taghna.
Grazzi mill-gdid lill-iskola tal-Fortini, parti
mill-Kullegg Santa Margerita. Malta taghraf il-polz haj taghkom
u tbierek hidmietkom u hsibijietkom.
|