Kien hsieb ghaqli.
Kienet bdiet issehh vizjoni kuragguza. Ghax, nghiduha kif inhi,
facli tghid li trid tibda xxandar. Ix-xewqa, maghduda ma’ volonta
u mad-determinazzjoni huma l-qofol ta’ bosta kisbiet li jitfasslu
f’mohh il-bniedem. U allura meta, fil-gabra ta’darek tisma’ dak
kollu sabih u li joghgbu jroddlok fi smiegh Kottoner 98FM, ftakar
dejjem f’din l-istorja qasira li rrakuntajtlek.
Ghax tabilhaqq illi huma biss erba’ kelmiet illi
jien hazzist biex stajt naggornak kif twieled dan ir-radju taghna.
Pero’ dan anqas m’ghandu jitfisser li dan ir-radju twieled billi
ntqalu erba’ kelmiet! Xi haga ta’ dal-generu – ta’erba’ kelmiet,
u fatta – jaf biss iwettaqha min johloq, u mhux min iwitti pjan
u jwettqu.
Ghaddew is-snin minn dakinhar illi inti, f’darek
stajt tisma’ lehinna; grazzi ghal dan ir-rigal misthoqq lill-popolin
tal-Kottonera u lil kulmin illum, bis-sahha ta’sistemi moderni ta’
xandir, jista’ jissieheb ma’ dil-familja taghna, sa anke minn trufijiet
id-dinja.
Lehinna jasal biex isemmek dak kollu illi qalb
il-bniedem timrah fih, waqt illi, mill-banda l-ohra, widnet il-bniedem
toghxa qatigh biex, flimkien dawn ghegubijiet il-bniedem isiru mezz
wiehed ta’ apprezzament. Il-grazzi taghkom lejna, ahna nrodduh aktar
bil-kbir lilkom li tant tonorawna.
Imma tajjeb u xieraq illi mmorru lura s-snin u
niftakru f’dakinhar li Kottoner 98FM sar realta’. Nifirhu ahna lkoll
hux tassew, meta s-snin johduna lura u ngeddu l-istorja ta’ hajjitna?
Bhal, perezempju meta xi hadd minna jitfarfar fl-eta’ tieghu u jgedded
jiftakar fi tfulitu. F’dak il-kaz, kull ritratt jghinek tiggedded.
Imma r-radju huwa haga ohra. Ifakkrek b’modi ohrajn.
Ir-radju llum jaf qieghed isemmghalek b’kumbinazzjoni
kbira xi kanzunetta li, altru inti taf li smajtha dakinhar li fetah
ixandar. U inti allura tkun qed iggedded dak is-sabih ta’ kull meta
dan kollu jasallek f’darek.
Kottoner 98FM huwa fergha minn tlieta illi flimkien
jiffurmaw Dar it-Tama. Dar illi nsibuha fi Triq Matty Grima f’Bormla.
Dar illi trodd is-sliem, il-paci u l-barka lejn kulmin jinhtieglu
jistkenn f’hajtu minn kull forma ta’ tigrib li jippersegwita lill-bniedem.
Il-kenn jaf jippacifika u jtaffi t-tbatijiet u t-tribalazzjonijiet,
waqt illi jirrendi felicita’. Anke meta l-vizjonijiet taghna li
jhajjruna nersqu lejn Dar it-Tama ma nhossuhomx iqarrbu lejn daqskemm
inkunu qed nanticipaw. Il-perseveranza tirbah.
Dar it-Tama hija dar li tistiednek tasal. Fiha,
inti milqugh u mismugh – u thossok mghejjun.
Dar it-Tama fost kollox tospita fiha lil ulied
Bormla u ulied ohrajn, biex tghinhom jibnu identita’. Tghinhom f’bosta
htigijiet u twittilhom triq li twassal. Iva, din id-Dar tfakkar
illi, ghal dan il-ghan dinjituz, hawnhekk – fiha – insibu ghadd
ta’ voluntieri, imma esperti kwalifikati f’dan il-qasam biex, minn
uliedna huma johorgu n-nisa u l-irgiel denji ta’ ghada.
Dar it-Tama tghix it-tama. Tghix, ghax temmen fil-missjoni
ta’ fejda li ntelqet biex twettaq. Temmen fikom. Temmen f’Alla,
li lejH u quddiemu ahna niccekknu u nadurawH. Din hija dar bi htiega
kontinwa ta’ finanzi. Ghal min huma dawn il-finanzi? Ghalxiex iservu?
Infakkar illi din hija dar bla xinxilli. Ma xxidx lussu. Tghix bil-generozita’
taghkom biex twettaq il-missjoni li twieldet ghaliha.
Lura ghar-radju komunitarju taghna, il-vuci taghna
lejkom ghal kull ghajnuna finanzjarja nwassluhielkom ukoll. Imma
dan qatt ma kien il-bazi principali taghna jew is-sors ewlieni biex
inxandru l-programmi taghna. Kottoner 98FM jasal f’darek biex jaghtik
lehen. Biex inti taghmlu s-sieheb tieghek. Biex insiru familja wahda
– ahna nxandru – intom tisimghu. Imma mhux tisimghu biss irridukom.
Ahna wkoll irridu nisimghu lehinkom. Irridukom iccemplulna. Bosta
huma illi jaghmluh dan. U, iva, dan huwa s-sabih ta’dan ir-radju
taghna.
Kottoner 98FM vara lehnu biex jibqa’. L-iskop li
nxandru - principalment kien – illi ahna nghollu gieh dan il-poplu.
Nitghallmu flimkien minnnu u nimmaturaw bih u mieghu. Hlifna li
bihnaghtu l-gieh misthoqq lil dawn il-bliet gheziez u ta’ storja
taghna.
Il-livell li mmirajna ghalih wassalna fejn ridna
naslu. B’wiccna minn quddiem nghidu illi dan ilhaqnih. Kottoner
98FM jaghmlilna unur lilna lkoll. Jonora lil din il-Kottonera taghna
(kif diga elenkajt).
Inti li qieghed taqra dal-kelmtejn taghna permezz
ta’ dan is-sit elettroniku, issieheb maghna b’kitbietek. Bit-telefonati
tieghek. Bl- SMSes u b’kull mezz elettroniku iehor, biex il-missjoni
taghna – dan l-impenn – iwassal ghal ghan wiehed, dak li nkabbru
l-Familja Kottoner.
Minghajrek dan ir-radju taghna huwa vuci fid-dezert.
Ma hux shih. Anzi! Ahna nistednuk thajjar aktar lil min jissieheb
f’dil-familja – katina ta’ hbiberija – katina ta’ servizz u ta’
sodisfazzjon. |