Ghaliex qed nikteb
illi Bormla hija Belt li ma jrid jaf biha hadd? Se nkun qed nikteb
dak kollu illi jigini f’mohhi dwar dan pajjizi biex, qabel xejn
inqajjem il-kuxjenza – forsi – ta’ min ma jridx jaf biha, jew li
raddilha tant ix-xejn (jew il-ftit) li ma haqqux il-grazzi tal-poplu
taghha.
Nixtieq nibda kitbieti billi mmur daqsxejn lura
fis-snin ta’ dil-belt ghaziza tal-Bormlizi, ghax se naraw flimkien
kif f’medda ta’ftit snin, il-kultura ta’ dil-belt inbidlet mill-lejl
ghan-nhar. U, allura tabilfors illi rrid insemmi lill-familjari
tieghi biex min qieghed jaqra jkollu f’idejh dokumentazzjoni u mhux
qlajjiet, jew x’wiehed sema’ u ivvinta.
Nannuwi bil-laqam – Il-Bugru – kellu familja gmielha
f’din Bormla taghna. Uliedu x-xebbiet, kienu kotrana. Fl-inhawi
ta' Fuq San Pawl kellu restaurant ta’ kobor notevoli. Uliedu x-xebbiet
u ghadd iehor ta’ lavranti kienu jahdmu bla serhan f’dan ir-restaurant
biex ilahhqu mad-domanda ta’ numru sabih ta’ haddiema, li kienu
l-pijunieri tal-Bacir Nru. 1. Tant kienet kbira din id-domanda tal-haddiema
tat-Tarzna illi hu nannuwi stess, bl-isem ta’ Salvu, fetah restaurant
huwa wkoll fi Pjazza Gavino Gulia ta’ biswit il-bacir innifsu.
Dan qed niktbu biex wiehed jibni f’mohhu x’kienet
tfisser Bormla ta’ dak iz-zmien ghac-cittadini taghha. U nixtieq
inzid aktar ma’ dan kollu, li fih rabta soda mal-kultura ta’ dil-belt.
Perezempju l-hwienet fiz-zewg pjazez ewlenin kienu
bil-bosta, u varji. Fuq quddiemnett, il-hanut ta’ Cordina li llum
insibuh fil-Belt Valletta, kien izejjen l-inhawi ta’Bormla u kien
imsemmi f’Malta ghas-servizz professjonali u ghall-prodott tieghu.
Mhux inqas minnu kien dak ta’ Sluta. Zewg dolceriji
dawn, illi libbsu b'giehhom lil dil-belt Bormliza u ghollewlha isimha.
Tawha identita’.
Is-swieq ta’ Bormla ghadhom fuq fomm kulhadd partikolarment
dawk il-Bormlizi ta’ l-eta’ tieghi u anke aktar. Ftit minna jiftakru
l-binja tal-Pitkalija, ahna u dehlin lejn l-Isla. Dwar din il-binja
ghad irrid nespandi kitbieti aktar ‘il quddiem f’dawn l-artikli
tieghi. Fuq kollox, kienet binja li l-konsumatur Bormliz sab bzonnijietu
kotrana fiha.
Ghaliex qed nikteb dan kollu f’din l-introduzzjoni
ghal kitbieti? Qed naghmel dan biex nistampa vizjoni f’mohh min
ma jafx, ta’ Bormla ta’ snin ilu a paragun ta’ Bormla ta’ llum.
F’dik illi hija kultura, Bormla nbidlet radikalment.
Il-popolari sfaxxa u nfirex. L-ismijiet li raddewlha l-gieh bdew
jitnaqqru u rajna ‘l posthom jimtela’ b’min gieh Bormla ghalih,
ma jfisser xejn. Gieh Bormla ghadda (u ghadu ghaddej) minn battalja
qalila. Battalja illi hezzet il-pedamenti taghha.
Naturalment ukoll, kellna (u ghad ghandna) fattur
principali fit-telfa kulturali ta’ dil-belt li darba kienet il-mimmi
t’ghajnejn missirijietna.
Il-persunaggi u l-irjus li bnewlha isem u li sebhulha
l-istorja taghha bdew jitnaqqru b’heffa sorprendenti b’detriment
illi s-sahha kulturali ta’ beltna sofriet minn zbilanc illi Bormla
ma rnexxiliex izzommu b’wiehed stabbli.
It-Tieni Gwerra Dinjija anqas ma ghenet lil Bormla
f’dar-rigward. Dabbru rashom wisq fin-numru dawk illi jiena nikklassifikahom
bhala ‘l-krema tal-pajjiz’ b’konsegwenza illi posthom beda jimtela
minn bosta barranin (igifieri familji li ma twieldux hawn) illi,
sfortunatament, mhux kulmin hadilhom posthom, onorana bil-‘grazzi’
tieghu. Anzi, naqra naqra beltna llum spiccat ‘il- Belt tal-Barranin’.
Il-maggoranza tal-popolin ta’ din beltna ta’ llum,
rebah fuqna stess li tghammidna hawn. Fuqna, li lil beltna bzajna
ghaliha u onorajniha. Fuqna, li minkejja din l-isfida ‘barranija’,
li akkost ta’ kollox ma tridx tissieheb maghna u tilbes ilbiesna
biex tiggedded il-kultura ta’ missirijietna, bqajna nisfidawhom
b’wiccna minn quddiem – bla biza’ – ghaliex Bormla jimmeritaha kull
gieh u unur, u ma haqqhiex il-faqar ta’ min hekk irid jaghzel li
jghix hajtu.
Ma niddejjaqx nidentifikahom f’kitbieti lil dawn
u nesponihom jekk inhoss li hekk ghandi naghmel dan.
Nikkonkludi kitbieti billi ninsisti nghid (kif
ghamilt u ghadni naghmel) illi l-Kottonera tibda terfa’ rasha BISS
meta XI DARBA jinqered minnha l-ballun politiku.
|