Ir-rumanz
‘Bint il-Vittma’ ta’ Pawlu Tanti huwa rakkont imsejjes fuq serqa
ta’ flus minn go dar, liema serqa giet aggravata meta (tabilfors)
kellu jsehh fiha, delitt ukoll.
Il-pulizija
xlew lil persuna bih, u (imma) il-Qorti illiberatu. Kien innocenti.
Gara illli wiehed
minn dawk illi wettqu s-serqa u l-qtil (fil-fatt kienu tnejn) ried
‘jehles’ minn sehemu f’din is-serqa, billi jrodd lura l-flus li
kien seraq (kien ha nofs dak misruq) lill-armla u bint il-vittma.
Ma kienx hu li qatel lil sid id-dar. B’xi mod huwa rnexxielu jirritorna
lura l-flus, fl-istess dar li seraqhom minnha.
L-awtur ibbaza
din il-grajja tieghu billi dahhal fiha bosta persunaggi, li kollha
kellhom l-istorja taghhom personali (imma) li b’xi mod, hija marbuta
ma’ dan id-delitt.
Naqraw dwar
avventura ta’zewg Maltin illi esperjenzaw sew il-hajja f’Soho go
Londra. It-tnejn familjari mac-celel tal-habsijiet ta’ hemmhekk.
Min kienu dawn il-persunaggi partikulari? Hemm xi rabta ma’ dan
id-delitt? Naslu biex naraw lill-hati fl-izbarra biex iwiegeb ta’
ghemilu?
Dan huwa tip
ta’ rakkont illi bosta dilettanti tal-ktieb Malti, jaf jinzlilhom
ghasel. Naghti parir lil dawk kollha li jsegwuna f’dal-qari tar-rumanzi,
biex ma jitilfu ebda silta minnu.
|