Imma dan mhux kollox. Anzi. Niltaqghu ma’ Sophie (il-protagonista f’dan ir-rakkont). Niltaqghu ukoll ma’ Josette fejn insegwu storja drammatika marbuta maghhom illi fuqha u dwarha, l-awtur espanda kitbietu bi hsieb studjat tabilhaqq differenti mill-bosta rumanzi li llum tant indraw f’rakkonthom illi fihom tasal biex issib xebh wiehed.
Dwar l-istorja ta’ dawn iz-zewg nisa (u x’jigri wara) se nhalli bil-kurzita’ lis-segwaci taghna ta’ din il-frekwenza 98FM. Dan hu s-sabih ta’ kull rakkont li jinkiteb.
Nidhlu wkoll (f’kitbet Joe Galea) fit-Tieni Gwerra Dinjija. L-awtur jibda jitratta din il-gwerra sa kwazi mill-bidu ta’dan ir-rakkont. Jaghti deskrizzoni ezatta u dokumentata ta’ tant bastimenti li okkupaw il-Port il-Kbir f’dawk iz-zminijiet u ma jonqosx li jidentifika t-toroq kollha tal-belt ta’ l-Isla u l-hwienet li, dawn l-istess hwienet ghamluhom b’toroq popolari u mfittxija.
Joe Galea jitratta wkoll f’kitbietu ’l bosta tradizzjonijiet antiki f’dawk illi huma festi u manifestazzjonijiet b’rabta maghhom. Xi haga interessanti ghall-ahhar.
Dan m’huwiex xi rumanz bhal tas-soltu, u nappella lil kulmin isegwina fil-qari taghna biex (flimkien maghna) japprezza s-sabih tieghu – sabih li jaf jappella b’modi differenti minn dak li issa drajna bih f’certi rumanzi.
Alfred Attard
|